32002R2153



Official Journal L 327 , 04/12/2002 P. 0004 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2153/2002

tat-3 ta’ Diċembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1599/97 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ prezzijiet minimi ta’ importazzjoni għal ċertu frott artab li joriġina mill-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Islovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta’ Ottubru 2000 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli provduti fil-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu, u d-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu tar-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jirrelataw ma’ l-Istati Baltiċi u mal-pajjiżi oħra Ewropej ċentrali u tal-Lvant ikkonċernati,

Billi:

(1) Fl-egħluq tan-negozjati riċenti dwar kummerċ bejn il-Komunità, minn naħa ‘l waħda, u l-Latvja u l-Litwanja minn naħa ‘l oħra, is-sistema ta’ prezzijiet minimi ta’ importazzjoni għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċertu frott artab li joriġina f’dawn il-pajjiżi terzi għall-ipproċessar kienu emendati. Il-dispożizzjonijiet il-ġodda ta’ din is-sistema huma stipulati fl-appendiċi ta’ l-Anness C(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2002 [2] għal-Litwanja u l-appendiċi tal-Anness C(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2002 [3] għal-Latvja.

(2) Ghal raġunijiet ta’ kjarezza u ċertezza legali, il-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni li fil-preżent huma stipulati fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1599/97 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 538/2000 [5], m’għandux jidher iktar f’dak l-Anness. Iżda huwa meħtieġ li tiġi ndikata l-leġislazzjoni tal-Komunità li taħtha huma ffissati dawn il-prezzijiet. Din tista’ tkun Regolament tal-Kunsill, skond il-pajjiż terz in kwistjoni, li jistabbilixxi l-forma ta’ kwoti ta’ tariffa tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli provduti fil-Ftehim Ewropew mal-pajjiż koncernat, jew id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Ewropew ma’ dak il-pajjiż.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1599/97 għandu għalhekk jiġi hawnhekk emendat.

(4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1599/97 huwa emendat kif ġej:

1. It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 1 hija sostitwit b’dan li ġej:

"Kull dikjarazzjoni tista’ tkopri biss oġġetti ta’ l-istess oriġini li jaqgħu f’kodiċi wieħed tan-nomenklatura maqgħuda, u, fil-każ ta’ prodotti ffriżati, kodiċi wieħed tat-Taric kif muri fl-Anness I."

2. L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 3

1. Għal kull lott u kull oriġini konċernat, matul it-tlestija tal-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni bil-għan tar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu l-valur muri fid-dikjarazzjoni doganali u l-prezz minimu ta’ importazzjoni muri, għall-prodott in kwistjoni, fil-leġislazzjoni tal-Komunità, kif imsemmi fl-Anness II, applikabbli għall-importazzjonijiet in kwistjoni.

2. Fejn il-valur muri fid-dikjarazzjoni doganali huwa inqas mill-prezz minimu applikabbli msemmi fil-paragrafu 1, imposta ta’ kumpens għandha tiġi mposta f’ammont ugwali għad-differenza bejn dak il-valur u l-prezz minimu."

3. L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Għall-prodotti elenkati fl-Anness I hawn mehmuż, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera u l-valuri tagħhom, imqassma skond l-oriġini u l-Kodiċi NM u, għall-prodotti ffriżati, skond il-kodiċi Taric."

4. L-Anness huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Dicembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1.

[2] ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 1.

[3] ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 13.

[4] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 63.

[5] ĠU L 65, ta’ l-14.3.2000, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

Lista ta' prodotti soġġetti għas-sistema ta' prezzijiet minimi ta' importazzjoni

Kodiċi NM | Kodiċi Taric | Deskrizzjoni |

ex08101000 | 0810100010 | Frawli għall-ipproċessar |

ex08102010 | 0810201010 | Lampun għall-ipproċessar |

ex08103010 | 0810301010 | Żbib iswed għall-ipproċessar |

ex08103030 | 0810303010 | Żbib aħmar għall-ipproċessar |

ex08111011 | 0811101110 | Frawli, iffriżat, li fih zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa b'kontenut ta' zokkor li jeċċedi 13 % skond il-piż; sħiħ |

0811101190 | Frawli, iffriżat, li fih zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa b'kontenut ta' zokkor li jeċċedi 13 % skond il-piż; ieħor |

ex08111019 | 0811101910 | Frawli, iffriżat, li fih zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa b'kontenut ta' zokkor li ma jeċċedix 13 % skond il-piż; sħiħ |

0811101190 | Frawli, iffriżat, li fih zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa b'kontenut ta' zokkor li ma jeċċedix 13 % skond il-piż; ieħor |

ex08111090 | 0811109010 | Frawli, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; sħiħ |

0811109090 | Frawli, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; ieħor |

ex08112019 | 0811201911 | Lampun, iffriżat, li fih zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti ħlewwa b'kontenut ta' zokkor li ma jeċċedix 13 % skond il-piż; sħiħ |

0811201919 | Lampun, iffriżat, li fih zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti ħlewwa b'kontenut ta' zokkor li ma jeċċedix 13 % skond il-piż; ieħor |

ex08112031 | 0811203110 | Lampun, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; sħiħ |

0811203190 | Lampun, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; ieħor |

ex08112039 | 0811203910 | Żbib iswed, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; mingħajr zokk |

0811203990 | Żbib iswed, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; ieħor |

ex08112051 | 0811205110 | Żbib aħmar, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; mingħajr zokk |

0811205190 | Żbib aħmar, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra li tagħti l-ħlewwa; ieħor |

L-ANNESS II

Legislazzjoni tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 3(1)

Pajjiż terz ta' l-oriġini | Leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità |

Il-Bulgarija | L-Anness li jinsab ma' l-Anness A(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 262, tas-17.10.2000, p. 1) |

L-Ungerija | L-Appendici li jinsab ma' l-Anness A(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/2002 tad-29 Lulju 2002 (ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 9) |

Il-Polonja | L-Anness li jinsab ma' l-Anness VIII tal-Ftehim Ewropew anness mad-Deciżjoni 93/743/KE, ECSC, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 348, tal-31.12.1993, p. 1), kif emendat bil-Protokoll anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/63/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 (ĠU L 27, tat-30.1.2002, p. 1) |

Ir-Rumanija | L-Anness li jinsab ma' l-Anness A(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2435/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 17) |

L-Islovakkja | L-Anness li jinsab ma' l-Anness A(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2434/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 9) |

Ir-Repubblika Ċeka | L-Anness li jinsab ma' l-Anness A(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2433/2000 tas-17 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 280, ta' l-4.11.2000, p. 1) |

L-Estonja | L-Anness li jinsab ma' l-Anness C(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2002 tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 15) |

Il-Latvja | L-Anness li jinsab ma' l-Anness C(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2002 tat-22 Lulju 2002 (ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 13) |

Il-Litwanja | L-Anness li jinsab ma' l-Anness C(b) li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 1). |

"

--------------------------------------------------