32002R2103



Official Journal L 324 , 29/11/2002 P. 0011 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21032002

tat-28 ta’ Novembru 2002

li japprova operazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-frott u ħaxix frisk imwettqa fl-Afrika t’ Isfel qabel l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottobru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta’ Ġunju 2001 dwar il-verifiki fuq konformità ma’ l-istandards tal-marketing kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2590/2001 [4], jistipula l-ħtiġijiet għall-approvazzjoni tal-verifiki tal-konformità mwettqa qabel l-importazzjoni lejn il-Komunità minn pajjiżi terzi li jitolbu hekk.

(2) Fil-11 ta’ Marzu 2002 l-awtoritajiet ta’ l-Afrika t’Isfel bagħtu talba lill-Kummissjoni għall approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ verifika mwettqa mill-Bord tal-Kontroll ta’ l-Esportazzjoni tal-Prodotti li Jitħassru (BKEPJ) taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru ghall-agrikoltura. Din tgħid illi l-istabbiliment in kwistjoni għandu l-impjegati, it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex iwettaq verifiki, li juża metodi ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 u li l-frott u l-ħaxix frisk esportat mill-Afrika t’ Isfel lejn il-Komunità jridu jissodisfaw standards ekwivalenti għall-istandards tal-marketng tal-Komunità

(3) L-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Memnri u fil-pussess tal-Kummisjoni turi illi, bejn l-1997 u l-2002, importazzjonijiet ta’ frott u ħaxix frisk mill-Afrika t’ Isfel ippreżentaw inċidenza relativament baxxa ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-istandards dwar il-kummerċ.

(4) Rappreżentanti tas-servizzi ta’ ispezzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel huma parteċipanti regolari fi sforzi internazzjonali biex jiġu miftehma standards tal-marketing għall-frott u l-ħaxix fil-Kumitat ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazjoni tal-Prodotti li Jitħassru u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kumitat Ekonomiku għall-Ewropa tal-Ġnus Magħquda (UNECE). L-Afrika t’ Isfel qed tieħu wkoll sehem fl-iskema għall-Applikazzjoni ta’ Standards Internazzjonali dwar il-Frott u l-Ħaxix taħt l-Organizzazjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD). Fl-aħħar, għal numru ta’snin, is-servizzi ta’ ispezzjoni ta’ l-Afrika t’ Isfel ħadu sehem f’ diversi konferenzi u attivitajiet ta’ taħriġ organizzati minn diversi Stati Membri.

(5) Il-verifiki dwar konformità mwettqa mill-Afrika t’ Isfel għandhom għalhekk jiġu approvati b’ effett mid-data li fiha l-kooperazzjoni amministrativa msemmija fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 tiġi stabbilita.

(6) Il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-Frott u Ħaxix Frisk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-verifiki dwar konformità ma’ l-istandards tal-marketing fil-frott u l-ħaxix frisk imwettqa mill-Afrika t’ Isfel qabel l-importazzjoni fil-Komunità għandhom jiġu approvati skond it-termini stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

Artikolu 2

Dettalji dwar l-entitajiet uffiċjali korrispondenti u ta’ l-ispezzjoni fl-Afrika t’ Isfel imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 huma mogħtija f’L-Anness I ta’ dan ir-Regolament

Artikolu 3

Iċ-ċertifikati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001, maħruġa wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom isiru fuq formoli konformi mal-mudell mogħti f’L-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-avviż imsemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001 dwar l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni amministrativa bejn il-Komunità Ewropea u l-Afrika t’ Isfel.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 1

[3] ĠU L 156, tat-13.6.2001, p. 9.

[4] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 20.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Korrispondent uffiċjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001:

Dipartiment Nazzjonali ta’ l-Agrikoltura

DPHQ

Private Bag X258

Pretoria

0001

L-Afrika t’ Isfel

Tel.: (27-12) 3196502

Fax (27-12) 3265606

Posta Elettronika: smph@nda.agric.za

Korp ta’ Spezzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001:

PPCEB (Bord tal-Kontroll ta’ l-Esport ta’ Prodotti li Jitħassru)

Kaxxa Postali 15289

7500

Panorama, Parow

L-Afrika t’ Isfel

Tel.: (27-21) 9301134

Fax (27-21) 9306046

Posta Elettronika: ho@ppecb.com

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------