Official Journal L 297 , 31/10/2002 P. 0006 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1938/2002 tat-30 ta’ Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2273/93 li jiddetermina ċ-ċentri ta’ intervent għaċ-ċereali Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Iċ-ċentri ta’ intervent huma stabbiliti fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2273/93 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1792/2001 [4]. Xi Stati Membri talbu bidliet għal uħud minn dawn iċ-ċentri. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2273/93 għandu jiġi emendat skond hekk. (3) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2273/93 huwa emendat skond l-Anness ma dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1. [3] ĠU L 207, tat-18.8.1993, p. 1. [4] ĠU L 243, tat-13.9.2001, p. 25. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2273/93 huwa emendat kif ġej: 1. Fis-sezzjoni ta’ BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND-Brandenburg, iċ-ċentru ta’ "Furstenwalde-Finow" huwa msemmi "Furstenwalde". 2. Fis-sezzjoni tar-RENJU UNIT, iċ-ċentru ta’ "Locharbriggs" huwa sostitwit b’ "Henstridge". --------------------------------------------------