32002R1935



Official Journal L 295 , 30/10/2002 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/2002

tad-29 ta' Ottubru 2002

li jemenda għas-seba’ darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al Qaida u t-Talibani, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxu l-esportazzjoni ta' ċertu merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, isaħħu l-projbizzjoni tat-titjir u jestendu t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Talibani ta' l-Afghanistan [1], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1893/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li fuqhom huwa impost it-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond ir-Regolament.

(2) Fil-25 ta' Ottubru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-elenku tal-persuni, l-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi, u għalhekk, l-Anness I għandu jkun emendat.

(3) Biex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-inter tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU C 286, ta' l-24.10.2002, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

il-persuni ġuridiċi, gruppi jew entitajiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet":Jemaah Islamiya (magħruf anki bħala Jema'ah Islamiyah, Jemaah Islamiyah, Jemaah Islamiah, Jamaah Islamiyah, Jama'ah Islamiyah)

--------------------------------------------------