Official Journal L 274 , 11/10/2002 P. 0021 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1282/2002 li jemenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ fil- u l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’Regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ u l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’Regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 22 tagħha. Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2002 kien adottat fil-15 ta’ Lulju 2002 biex jemenda d-Direttiva 92/65/KEE. (2) Biex ikun żgurat li jkun hemm perjodu xieraq biex id-dispożizzjonijiet emendati jiġu implimentati fl-Istati Membri kollha, id-data dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1282/2002 kellha tiġi stabbilita. (3) Madankollu, waqt il-proċess ta’ l-adozzjoni, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dik id-data tħalliet barra. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2002 għandu għalhekk jiġi korrett minn dan l-aspett. (5) Huwa meħtieġ li l-korrezzjoni tibda sseħħ mid-data li jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1282/2002. (6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2002, jiddaħħal it-tieni paragrafu li ġej: "Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Marzu 2003." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-5 ta’ Awwissu 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. [2] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 3. --------------------------------------------------