32002R1799



Official Journal L 274 , 11/10/2002 P. 0001 - 0016


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1799/2002

tat-8 ta’ Ottubru 2002

li jimponi taxxa definittiva għal kontra d-dumping fuq prodotti impurtati tal-fibri ewlenin tal-poliester li jkunu ġejjin mill-Belarus

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-bejgħ b’inqas mill-prezz ta’ prodotti impurtati minn pajjiżi terzi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea [1] (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament bażiku"), ul-aktar l-Artiklu 11(2) u (3) u l-Artiklu 13 miġjubin fih,

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni, wara li saret konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA

1. L-Istħarriġ ta’ qabel

(1) F’Lulju 1996, bir-Regolament (KE) Nru 1490/96 [2], kienet ġiet imposta taxxa definittiva għal kontra d-dumping fuq prodotti impurtati tal-fibra ewlenija tal-poliester (FEP) li jkunu ġejjin mill-Belarus. Fl-1997, bir-Regolament (KE) Nru 2513/97 [3], il-miżuri twessgħu biex ikopru l-importazzjonijiet ta’ stoppa tal-fibra tal-poliester (SFP), li tkun ġejja mill-Belarus, u dawn ma kinux fi qbil mal-miżuri oriġinali.

2. L-Istħarriġ dwar pajjiżi oħra

(2) Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri definittivi għal kontra d-dumping fuq prodotti impurtati tal-FEP li jkunu ġejjin mit-Tajwan (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1728/1999 [4], l-Awstralja, l-Indoneżja u t-Tajlandja (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1522/2000 [5] kif ukoll mill-Korea t’Isfel u l-Indja (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 [6].

(3) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 902/2001 [7] ġew imposti taxxi kompensatorji definittivi fuq prodotti impurtati tal-FEP li jkunu ġejjin mill-Awstralja u l-Indoneżja.

3. L-Istħarriġ preżenti

3.1. Talbiet għal reviżjoni interim u ta’ għeluq iż-żmien

(4) F’Ottubru 1999, il-Kummissjoni rċeviet talba biex din tagħmel reviżjoni interim tat-taxxi definittivi għal kontra d-dumping li hemm fis-seħħ bħalissa (Regolament (KE) Nru 1490/96) dwar prodotti impurtati tal-FEP fil-Komunità li jkunu ġejjin mill-Belarus. Din it-talba kienet issuktata fis-27 ta’ April 2001minn talba oħra biex issir reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien.

(5) It-talba għar-reviżjoni interim saret mill-esportatur ewlieni fil-Belarus, Khimvolokno VSV Trading Co. ("Khimvolokno"). It-talba għar-reviżjoni interim kienet ġiet ibbażata fuq ix-xhieda prima facie li ngħatat mill-applikant, fejn iċ-ċirkustanzi, inter alia l-prezzijiet lokali fil-pajjiż analogu, li fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri kienu ġew stabbiliti, inbidlu u dawn huma ta’ natura li jintemmu.

(6) It-talba għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien saret mill-Kumitat Internazzjonali tar-Rayon u Fibri Sintetiċi ("CIRFS") li qed jaġixxi f’isem il-produtturi tal-Komunità li jirrappreżentaw sehem ewlieni mill-produzzjoni sħiħa tal-FEP tal-Komunità. It-talba għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien kienet ibbażata fuq il-bażi li l-għeluq taż-żmien tal-miżuri x’aktarx iwasslu biex ikun hemm rikorrenza ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq u ħsara lill-industrija tal-Komunità.

3.2. Avviżi ta’ introduzzjoni

(7) Il-Kummissjoni, wara li stabbiliet li kien hemm xhieda biżżejjed biex tkun tista’ tibda r-reviżjoni interim, u wara l-konsultazzjonijiet li din għamlet mal-Kumitat Konsultattiv, ħabbret b’avviż ("l-avviż ta’ l-introduzzjoni") li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [8], il-bidu ta’ stħarriġ skond l-Artiklu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar il-prodotti impurtati tal-FEP li jkunu ġejjin mill-Belarus, u li dan għandu x’jaqsam biss mal-kwistjoni tad-dumping.

(8) Il-Kummissjoni, wara l-konsultazzjoni li din għamlet mal-Kumitat Konsultattiv, ħabbret b’avviż ta’ introduzzjoni li ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [9], il-bidu ta’ stħarriġ dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-FEP li jkunu ġejjin mill-Belarus, fi qbil ma’ l-Artiklu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.3. Il-Perjodu ta’ l-istħarriġ

(9) Il-perjodu ta’ l-istħarriġ fuq id-dumping għar-reviżjoni interim huwa mill-1 ta’ Ottubru 1999 sat-30 ta’ Settembru 2000 ("PS interim"). Il-perjodu ta’ stħarriġ fuq id-dumping għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien huwa mill-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2001 ("PS ta’ għeluq iż-żmien"). Il-perjodu meqjus għall-valutazzjoni ta’ l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità, kif applikat fir-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien, kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1997 sa l-aħħar tal-PS ta’ għeluq iż-żmien ("il-perjodu meqjus").

Meta wieħed iqis it-tirkib parzjali tal-PS interim u l-PS ta’ għeluq iż-żmien, kien meqjus bħala xieraq, minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, biex iż-żewġ investigazzjonijiet li kienu qed isiru jingħaqdu fi stħarriġ wieħed.

4. Il-Partijiet ikkonċernati mill-istħarriġ

(10) Il-Kummissjoni tat parir b’mod uffiċjali lill-produttur applikant li qed jesporta fil-Belarus, lill-CIRFS u lill-produtturi tal-Komunità li huma applikanti, lill-produtturi esportaturi u lill-importaturi meqjusa li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lir-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll lill-utenti tal-Komunità u lill-għaqdiet meqjusa bħala kkonċernati, dwar il-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet involuti direttament ingħataw l-opportunità biex dawn jagħtu l-opinjonijiet magħrufa tagħhom bil-miktub u biex dawn jagħmlu talba ħalli jingħataw smigħ xieraq fiż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ l-introduzzjoni li huwa applikabbli.

(11) Il-Kummissjoni bagħtet kwistjonarji lill-partijiet kollha magħrufa u rċeviet risposti minn erba’ produtturi tal-Komunità li huma applikanti, il-produttur esportatur ewlieni fil-Belarus, produttur wieħed fil-pajjiż analogu, il-Polonja, u minn żewġ importaturi.

(12) Il-produttur esportatur fil-Belarus, il-produtturi tal-Komunità li huma applikanti, l-utenti tal-Komunità u l-importaturi taw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha, li għamlu talba fiż-żmien applikabbli stabbilit u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex dawn kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ xieraq.

(13) Il-Kummissjoni ssukktat bil-valutazzjoni tat-tagħrif kollu li din qieset bħala meħtieġ biex ikunu stabbiliti l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara, kif ukoll l-interessi tal-Komunità u l-valutazzjonijiet li saru fil-bini tal-kumpanniji li ġejjin:

(a) Produtturi tal-Komunità:

- Wellman International Ltd, Co. Meath, l-Irlanda,

- Trevira GmbH & Co., Frankfurt am Main, il-Ġermanja,

- Trevira Fibras, SA, Portalegre, il-Portugall,

- Montefibre SpA, Milano, l-Italja;

(b) Importatur fil-Komunità li mhux relatat:

- Barnett Europe, Aachen, il-Ġermanja;

(ċ) Prodottur fil-pajjiż analogu:

- Elan SA, Torun, il-Polonja.

B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTTI LI JIXXIEBHU

1. Il-Prodott ikkonċernat

(14) Il-prodotti li qed ikun ikkonsidrat huma l-fibri sintetiċi ewlenin tal-poliester, li ma jkunux imqardxa, mimxuta jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil, u li bħalissa huma kklassifikat taħt il-kodiċi CN 55032000. B’mod komuni dan jissejjaħ fibri ewlenin tal-poliester jew FEP. Qed jerġa’ jissemma li minħabba l-evażjoni, il-miżuri li kien hemm kienu twessgħu biex ikopru l-istoppa tal-fibra tal-poliester, imqassar bħala SFP, li taqa’ taħt il-kodiċi CN 55012000; Fil-Komunità din tintuża biex tinbidel f’FEP.

(15) Il-prodott huwa materjal bażiku li jintuża fi stadji differenti fil-proċess tal-manifattura ta’ prodotti tessili. Il-konsum tal-Komunità tal-FEP jintuża jew għall-għażil, i.e. il-manifattura ta’ fibri għall-produzzjoni ta’ ħwejjeġ, imħallta jew mhux imħallta ma’ fibri oħra bħalma huma l-qoton u s-suf jew għal użi oħra li ma jinvolvux l-għażil, bħalma huwa l-mili (il-mili tal-fibra), i.e. mili jew ikkuttunar ta’ ċerti prodotti tessili bħalma huma mħaded, siġġijiet tal-karrozzi u ġgieget.

(16) Il-prodott jinbiegħ f’tipi differenti li jkun jista’ jiġi identifikat permezz ta’ speċifikazzjonijiet differenti, bħalma huma l-ħxuna, it-tul, it-tenaċità, l-ammont ta’ taqsir bix-xrib, it-tleqqija u t-trattament tas-silikon, jew permezz tal-klassifikazzjoni tagħhom f’familji tal-prodott, bħalma huma l-fibri regolari, moħwija, spirali u bi-komponenti u fi speċjalitajiet bħalma huma l-fibri kkuluriti, immarkati u trilobali.

(17) Għall-għan ta’ l-istħarriġ, l-għamliet differenti huma meqjusa bħala familja waħda ta’ prodott għaliex il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi ta’ l-għamliet differenti ma jwasslux biex ikun hemm differenzi kbar, anki l-użi u l-kwalità tal-FEP mibjugħa jistgħu jvarjaw. Ma jeżistu l-ebda linji ċari li jiddistingwu bejn l-għamliet differenti; dan għaliex hemm it-tirkib, u għalhekk ikun hemm kompetizzjoni bejn għamliet qrib.

(18) Kif kien il-każ fi stħarriġ li sar qabel għal kontra d-dumping fuq il-FEP, uħud mill-partijiet, l-aktar l-industrija ta’ l-utent, argumentaw li għandu jkun hemm differenza skond l-użu tal-FEP għall-għażil jew dik li ma tkunx għall-għażil, għaliex it-twaqqif tal-prezz għaż-żewġ applikazzjonijiet huwa kompletament differenti. Dawn issuġġerew li l-kodiċi CN għall-FEP għandu jinqasam fi tliet jew erbgħa sotto-kodiċi differenti skond il-ħxuna, u li l-paragun bejn il-FEP maħduma fil-Komunità ma’ dik impurtata fil-Komunità għandu jsir b’mod separat f’kull sotto-kodiċi.

(19) Fil-premessa 9 tar-Regolament (KE) Nru 2852/2000 kien intwera li fil-fatt kien hemm tirkib sostanzjali bejn l-għamliet differenti ta’ FEP fejn għandhom x’jaqsmu s-sostitwibbiltà tagħhom kif ukoll il-kompetizzjoni bejn dawn l-għamliet. L-istħarriġ ta’ bħalissa jikkonferma dan. Dan ikkonferma wkoll li m’hemm l-ebda linja ċara li tagħraf bejn it-tipi differenti ta’ FEP li jistgħu jwaqqfu rabta unika bejn il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott u l-użu tal-prodott. Għalhekk, bil-fatti li hemm disponibbli s’issa, id-distinzjoni bejn il-prodott mhix waħda possibbli. Barra minn hekk, wieħed irid isemmi wkoll li analiżi f’laboratorju ma tistax tistabbilixxi b’mod definittiv l-użu aħħari tal-FEP.

(20) Fil-każ preżenti, wieħed irid isemmi wkoll li l-ebda parti ma ppreżentat argumenti li jikkonvinċu jew kriterji li jkunu jippermettu l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-FEP f’sotto-kodiċi. Fil-fatt, kif issemma fuq, il-karatteristiċi fiżiċi mhux neċessarjament jistabbilixxu l-użu aħħari tal-prodott, u l-ħxuna hija biss waħda mill-karatteristiċi tal-prodott.

(21) Fuq il-bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, għall-għan ta’ dan ir-rapport qed jiġi kkonfermat li l-għamliet diversi ta’ FEP li huma involuti jiffurmaw bejniethom prodott wieħed.

2. Il-Prodotti li jixxiebhu

(22) Fl-istħarriġ oriġinali kien ġie konkluż, fil-premessa 6 tar-Regolament (KE) Nru 1490/96, li kemm il-FEP li tinħadem u tinbiegħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità kif ukoll l-FEP li tinħadem u titpoġġa fis-suq tal-pajjiż analogu kienu, fis-sens ta’ l-Artiklu 1(4) tar-Regolament bażiku, jixbhu ħafna lill-FEP li kienet tkun impurtata fil-Komunità mill-Belarus. Fil-fatt, m’hemm l-ebda differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi bażiċi u l-użi ta’ bejn il-FEP li tiġi impurtata fil-Komunità mill-Belarus u dik li tinħadem mill-produtturi applikanti tal-Komunità u li tinbiegħ fis-suq tal-Komunità. Il-FEP li ġejja mill-Belarus għandha wkoll karatteristiċi u użi bażiċi li jixbhu dawk tal-FEP li tinħadem u tinbiegħ fil-pajjiż analogu. Ma nġiebu l-ebda argumenti ġodda li jiċħdu dawn ir-riżultati, u li għalhekk dawn huma kkonfermati.

Ċ. IL-KONTINWAZZJONI U L-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ BEJGĦ BI PREZZ INQAS MINN TAS-SUQ

1. Ir-Reviżjoni interim

1.1. Il-Pajjiż analogu

(23) Billi l-Belarus mhux ikkaratterizzat b’ekonomija tas-suq, fis-sens ta’ l-Artiklu 2(7) tar-Regolament bażiku, kellu jiġi bbażat valur normali fuq it-tagħrif miksub minn pajjiż terz xieraq li għandu ekonomija tas-suq xierqa, li fih il-prodott ikun inħadem u tqiegħed fis-suq. Fl-avviż ta’ l-introduzzjoni tar-reviżjoni interim, il-Kummissjoni ssuġġeriet lit-Tajwan bħala pajjiż analogu xieraq, minħabba li t-talba għar-reviżjoni interim kienet ibbażata, inter alia, fuq il-fatt li l-prezzijiet lokali fit-Tajwan bħala pajjiż analogu, li kienu wżati biex jistabbilixxu l-valur normali fl-istħarriġ ta’ qabel, kienu naqsu b’mod sostanzjali.

(24) Kienu ntbagħtu kwistjonarji lill-produtturi magħrufa tal-prodott li hemm fit-Tajwan iżda, minkejja l-ħafna sforzi mill-Kummissjoni, ma kienet inkisbet l-ebda koperazzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tfittex il-koperazzjoni ta’ produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat f’sitt pajjiżi oħra li huma kkaratterizzati b’ekonomija tas-suq. Produttur wieħed biss fil-Polonja kien lest jikkopera b’mod sħiħ u ta t-tagħrif meħtieġ li wara ġie vverifikat.

(25) It-tagħrif mogħti mill-kumpannija Pollakka li kkoperat wera li l-Polonja huwa pajjiż analogu xieraq, għar-raġunijiet li ġejjin:

- il-proċess tal-manifattura u l-aċċess għall-materjal mhux maħdum kienu, ħafna drabi, l-istess bħal fil-Polonja u l-Belarus,

- il-produttur Pollakk kien qed jipproduċi u jbiegħ il-prodott fi kwanitajiet sostanzjali,

- għalkemm kien hemm biss produttur wieħed biss tal-prodott fil-Polonja, u għalkemm kien hemm id-dazju fuq l-importazzjoni tal-prodott minn numru ta’ pajjiżi, is-suq lokali Pollakk għall-prodott kien jiddependi mill-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, waqt li kwantitajiet kbar tal-prodott li fuqu ma kien hemm l-ebda dazji fuq l-importazzjoni, kienu ġew impurtati minn pajjiżi ta’ oriġini differenti.

1.2. il-Valur normali

(26) Kif ingħad fuq, il-valur normali nħadem fuq il-bażi tat-tagħrif li ġie vverifikat fil-bini tal-produttur Pollakk li kkopera bis-sħiħ fl-istħarriġ.

(27) Ġie eżaminat l-ewwel jekk il-bejgħ totali tal-produttur Pollakk tal-FEP u l-IFP kienx kbir biżżejjed li joħloq bażi ta’ min jorbot fuqha biex ikun jista’ jinkiseb il-valur normali. Minħabba li dan biegħ kwantitajiet kbar fis-suq lokali tiegħu, ġie konkluż li dan kien il-każ.

(28) Wara kien ġie eżaminat jekk il-FEP u l-IFP li nħadmu u nbiegħu fil-Polonja setgħux jitqiesu l-istess jew kumparabbli direttament għall-FEP u l-IFP li nbiegħu għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-esportatur tal-Belarus. Billi, f’kull tip, dawn għandhom l-istess karatteristiċi kimikali u fiżiċi, il-prodotti Pollakki u tal-Belarus tqiesu bħala prodotti kumparabbli.

(29) Għal kull għamla tal-prodott mibjugħ mill-produttur Pollakk fis-suq Pollakk, kien ġie stabbilit jekk il-bejgħ tiegħu fis-suq Pollakk kienx kbir biżżejjed biex joħloq bażi ta’ min jorbot fuqha biex ikun stabbilit il-valur normali. Instab li dan kien il-każ.

(30) Fl-aħħar ġie eżaminat jekk il-bejgħ tal-produttur Pollakk tal-prodott fis-suq Pollakk jistax jitqies bħala wieħed li jkun sar matul il-proċess ordinarju tal-kummerċ, billi wieħed iħares lejn is-sehem tal-bejgħ bi qligħ tat-tip in kwistjoni.

(31) Fil-każijiet fejn il-bejgħ bi qligħ ta’ kull tip ikun irrappreżenta 80 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz lokali attwali, maħdum bħala medja mgħobbija tal-prezzijiet tal-bejgħ lokali kollu ta’ dak it-tip li jkun sar matul il-PS rispettiv (kemm jekk PS interim jew PS ta’ għeluq iż-żmien), irrispettivament dwar jekk dan il-bejgħ kollu kienx wieħed bi qligħ jew le. F’każijiet fejn il-bejgħ bi qligħ ikun irrappreżenta inqas minn 80 % iżda aktar minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali għal kull tip, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz lokali attwali, maħdum bħala medja mgħobbija tal-bejgħ bi qligħ biss.

(32) F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ bi qligħ ta’ kull tip ta’ prodott ikun irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali, dan it-tip partikolari tqies bħala wieħed li kien inbiegħ fi kwantitajiet mhux suffiċjenti għall-prezz lokali biex jipprovdi bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(33) Għal dak it-tip fejn il-valur normali ma setax jiġi bbażat fuq il-prezzijiet lokali, il-valur normali nħadem fi qbil ma’ l-Artiklu 2(3) tar-Regolament bażiku. Dan jinħadem billi wieħed iżid man-nefqa tal-manifattura għal kull tip tal-produttur Pollakk, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (BĠ & A), kif ukoll għall-qligħ. Fi qbil ma’ l-Artiklu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż ta’ BĠ & A u għall-qligħ kienu bbażati fuq il-bejgħ li kien sar fil-proċess ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott li jixxiebah, mill-produttur Pollakk.

1.3. il-Prezz ta’ l-esportazzjoni

(34) Khimvolokno, l-uniku produttur esportatur tal-Belarus, iddikjara li dan kien esporta volum sostanzjali tal-prodott lejn il-Komunità matul il-PS interim. Madankollu, fil-verità dawn "l-esportazzjonijiet" inbiegħu fuq kondizzjonijiet kummerċjali ta’ tpartit lil kumpannija waħda fil-Komunità li ma kellha x’taqsam xejn magħha. Dan sar permezz ta’ kumpannija kummerċjali fl-Isvizerra li ħadet biss marġinu żgħir. Il-bqija nbiegħ lil tliet negozjanti oħra fil-Komunità li ma kellhom xejn x’jaqsmu magħha. Il-prezzijiet li ġew stabbiliti taħt l-arranġamenti kummerċjali ta’ tpartit normalment jitqiesu bħala mhux ta’ min jorbot fuqhom. F’każijiet bħal dawn, il-prezz ta’ l-esportazzjoni għandu jinħadem, fi qbil ma’ l-Artiklu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ l-ewwel bejgħ li jkun sar bi prezzijiet ta’ min jorbot fuqhom. F’dan il-każ, il-prezz ta’ l-esportazzjoni jista’ jiġi mibni mill-ġdid b’mod effettiv billi jkunu mistħarrġa l-operazzjonijiet mill-Khimvolokno lejn il-kumpannija kummerċjali fl-Isvizzera, kif ukoll lejn il-kumpannija fil-Komunità li mhix relatata. Fil-fatt, kien possibbli li jkun stabbilit il-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità billi jitnaqqas il-marġinu intermedjarju ta’ l-Isvizzera mill-prezz li dawn iċċarġjaw lill-kumpannija fil-Komunità li mhix relatata. Imbagħad, dan il-prezz ikkorrisponda għall-prezz iċċarġjat mill-Khimvolokno lill-kumpannija Svizzera, u seta’ jitqies bħala l-prezzi ta’ l-esportazzjoni kif deskritt fl-Artiklu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(35) Kemm il-kumpannija intermedjarja Svizzera kif ukoll il-kumpannija fil-Komunità li mhix relatata kkoperaw fl-azzjoni u rrispondew għall-kwistjonarju li bagħtitilhom il-Kummissjoni. L-istħarriġ li sar fil-bini tal-kumpannija fil-Komunità li mhix relatata wera li l-kwantità sħiħa mixtrija minn dik il-kumpannija matul il-PS interim kienet maħsuba biex titqiegħed fi swieq barra l-Komunità, l-aktar fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u b’mod effettiv ma kinitx impurtata fil-Komunità. Skond it-tagħrif li kiseb l-Eurostat, l-ebda FEB jew SFP li kienu ġejjin mill-Belarus ma kienu impurtati fil-Komunità matul il-PS interim. Għalhekk, wieħed jikkonkludi li l-kwantitajiet li baqgħu li ġew irrappurtati mill-Khimvolokno bħala li nbiegħu lejn il-Komunità ukoll b’mod effettiv ma kinux impurtati fil-Komunità. Madankollu, għandu jkun innutat li Khimvolokno milli jidher irrappurtat dan il-bejgħ bħala esportazzjonijiet lejn il-Komunità in bona fede, u ma kinitx konxja mill-fatt li dawn il-prodotti ma kinux impurtati b’mod effettiv fil-Komunità.

(36) Wara dan t’hawn fuq, minħabba li b’mod effettiv ma kien hemm l-ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità, għall-PS interim ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda prezz ta’ l-esportazzjoni għall-bejgħ mill-Khimvolokno lejn il-Komunità.

(37) Madankollu, jidher li jekk il-produttur esportatur fil-Belarus kien fil-fatt qed jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, dan seta’ kien bi prezzijiet li jwasslu għal marġinu iżgħar ta’ bejgħ bi prezz iktar baxx mit-taxxa ta’ 43,5 % li hemm fis-seħħ bħalissa. Fil-fatt, il-prezzijiet tal-kwantitajiet irrappurtati mill-Khimvolokno bħala li ġew allegatament esportati lejn il-Komunità matul il-PS interim juru marġinu ta’ bejgħ bi prezz baxx u sostanzjalment iżgħar mit-taxxa li hemm fis-seħħ bħalissa. Aktar minn hekk, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni tat-taxxa għal kontra d-dumping li tħallset minn impurtatur fil-Ġermanja fuq l-importazzjonijiet qabel il-PS interim, l-aktar bejn April 1997 u Ottubru 1997, urew ukoll li l-bejgħ bi prezz baxx li sar fil-fatt matul dak il-perjodu kien inqas min-nofs tat-taxxi li ġew applikati fil-fatt.

(38) Għalhekk, kien deċiż li l-prezzijiet tal-prodott li kien allegatament esportat lejn il-Komunità matul il-PS interim jintużaw bħala bażi biex ikun stabbilit il-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità; dan minħabba li dawn il-prezzijiet jirrappreżentaw f’dan il-każ speċifiku l-aktar tagħrif ta’ min jorbot fuqu, u juru wkoll li ċ-ċirkustanzi marbuta mad-dumping inbidlu sew, kif meħtieġ bl-Artiklu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(39) Minħabba li l-Belarus jitqies bħala pajjiż li m’għandux ekonomija tas-suq, normalment għandu jiġi stabbilit prezz wieħed ta’ l-esportazzjoni għall-pajjiż kollu. Fid-dawl ta’ dan, minħabba li Khimvolokno hija l-unika produttur esportatur magħruf tal-prodott fil-Belarus, l-esportazzjonijiet ta’ din il-kumpannija tqiesu bħala rappreżentattivi ta’ l-esportazzjonijiet kollha tal-Belarus lejn il-Komunità, u għalhekk it-tagħrif mogħti minn din il-kumpannija kien użat biex jiġi stabbilit il-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-prodott mill-Belarus.

1.4. Il-Paragun

(40) Għal għan biex ikun żgurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret qtigħ it-tara xierqa fl-għamla ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz fi qbil ma’ l-Artiklu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati bi provi, kif kien il-każ għall-prezz tat-trasport u l-kreditu.

1.5. Il-Marġinu tal-bejgħ bi prezz baxx

(41) Il-marġinu ta’ bejgħ bi prezz baxx kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali tal-medja mgħobbija għal kull tip ta’ prodott bi prezz ta’ l-esportazzjoni tal-medja mgħobbija skond it-tip tal-prodott. F’dan il-każ, dan il-metodu jirrifletti il-grad kollu ta’ bejgħ bi prezz baxx li kien qed isir. Il-marġinu ta’ bejgħ bi prezz baxx qabel it-taxxa, stabbilit matul il-PS interim u mfisser bħala perċentaġġ tal-prezz ħieles fil-Komunità mis-cif netta, kien ta’ 21,0 %.

1.6. Emendi għall-miżuri li qed ikunu kkonsidrati

(42) Fi qbil ma’ l-Artiklu 9(4) tar-Regolament bażiku, it-taxxi m’għandhomx jaqbżu l-marġinu tad-dumping stabbilit, iżda għandhom ikunu inqas mill-marġinu jekk din it-taxxa inqas tkun biżżejjed biex tneħħi l-ħsara li tkun saret lill-industrija tal-Komunità. Minħabba li din ir-reviżjoni hija llimitata għall-istħarriġ ta’ l-aspetti tad-dumping, il-livell ta’ taxxi imposti għandu jkun ogħla mill-marġini ta’ ħsara li jkunu nstabu matul l-istħarriġ oriġinali.

(43) Minħabba li l-livell ta’ ħsara li nstab fl-istħarriġ oriġinali huwa ogħla mill-marġinu tad-dumping li nstab fir-reviżjoni preżenti, il-livell tat-taxxi għandu jkun stabbilit għal dak tal-marġinu ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq li nstab, jiġifieri 21,0 %.

2. Ir-Reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien

2.1. Il-Pajjiż analogu

(44) Minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 23 sa 25, il-Polonja kienet użata bħala pajjiż terz xieraq li għandu ekonomija tas-suq biex ikun stabbilit il-valur normali għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien.

2.2. Il-Valur normali

(45) Għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien, il-valur normali kien stabbilit fuq l-istess bażi tar-reviżjoni interim, kif spjegat fil-premessi 26 sa 33.

2.3. Il-Prezz ta’ l-esportazzjoni

(46) Il-Khimvolokno, l-uniku produttur esportatur fil-Belarus, iddikjara li matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien dan esporta volum kbir tal-prodott lejn il-Komunità.

(47) L-istħarriġ li sar fil-bini tal-kumpannija li mhix relatata mal-KE, li allegatament din impurtat il-biċċa l-kbira tal-prodott tal-Belarus, ikkonferma li fil-fatt matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien l-ebda kwantità mixtrija minn dik il-kumpannija ma kienet ġiet impurtata fil-Komunità. Madankollu, skond it-tagħrif li għandu l-Eurostat, inqas minn 10 tunnellati ta’ SFP, i.e. inqas minn 1 % tal-kwantità rrappurtata mill-produttur esportatur, kienu impurtati fil-Komunità matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien.

(48) Din il-kwantità inqas minn 10 tunnellati setgħet tingħaraf bħala operazzjoni waħda li saret mill-applikant stess lejn wieħed mill-impurtaturi fil-Komunità li mhumiex relatati. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ din l-operazzjoni intuża bħala l-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, fi qbil ma’ l-Artiklu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(49) Minħabba li l-Belarus jitqies bħala pajjiż li m’għandux ekonomija tas-suq, normalment ikun stabbilit prezz wieħed ta’ l-esportazzjoni għall-pajjiż kollu. F’dan id-dawl, minħabba li Khimvolokno huwa l-uniku produttur esportatur magħruf tal-prodott fil-Belarus, l-esportazzjonijiet ta’ din il-kumpannija tqiesu bħala rappreżentattivi għall-esportazzjonijiet kollha tal-Belarus lejn il-Komunità, u għalhekk intuża t-tagħrif mogħti biex ikun stabbilit il-prezz ta’ l-esportazzjoni mill-Belarus.

2.4. Il-Paragun

(50) Għall-għan biex ikun żgurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret qtigħ it-tara xierqa fl-għamla ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jolqtu l-kumparabbiltà tal-prezz, fi qbil ma’ l-Artiklu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’xhieda. Dan kien il-każ għall-prezz tat-trasport u l-kreditu.

2.5. Il-Marġinu tad-dumping

(51) Il-marġinu tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali tal-medja mgħobbija għal kull tip ta’ prodott bi prezz ta’ l-esportazzjoni tal-medja mgħobbija skond it-tip tal-prodott. Dan il-metodu jirrifletti l-grad sħiħ ta’ bejgħ bi prezz baxx li kien qed isir. Il-marġinu ta’ qabel it-taxxa tad-dumping, stabbilit matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien, u mfisser bħala perċentaġġ tal-prezz ħieles fil-Komunità mis-cif netta, huwa ta’ 6,2 %.

2.6. Il-Probabbiltà li jerġa’ jkun hemm dumping.

(52) Il-probabbiltà li jerġa’ jkun hemm bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq fi kwantiatjiet kbar, f’każ li titneħħa l-miżura in kwistjoni, kienet mistħarrġa. F’dan id-dawl, it-talba għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien kienet ibbażata l-aktar fuq il-fatt li l-esportazzjonijiet tal-Belarus lejn pajjiżi terzi saru bi prezzijiet baxxi u li l-produttur esportatur għandu ħażna sostanzjali.

(53) L-istħarriġ ikkonferma l-allegazzjonijiet t’hawn fuq. L-aktar instab li:

- Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kien inqas mill-valuri normali fil-pajjiż analogu u dan wassal biex ikun hemm ħafna bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq,

- il-produttur esportatur uniku għandu ħażna sostanzjali tal-prodott.

(54) Il-bejgħ tal-produttur applikanti li qed jesporta lejn pajjiżi terzi jikkonsisti minn:

- il-bejgħ lejn il-Komunità, li nstab li fil-fatt dawn ma kinux impurtati fil-Komunità. Il-marġinu ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq li nstab għal dawn l-esportazzjonjijiet, bl-applikazzjoni tal-metodoloġija msemmija taħt il-premessi 40 sa 46, huwa wieħed sostanzjali, jiġifieri madwar 20 %. Dan huwa mfisser bħala perċentaġġ tal-prezz ħieles fil-Komunità mis-cif netta, qabel it-taxxa,

- bejgħ ta’ esportazzjonijiet li huma rrappurtati li qed isiru lejn pajjiżi terzi, l-aktar lejn il-ħames swieq ewlenin esportaturi barra l-Komunità. Dan il-bejgħ qed isir fuq livelli li mhumiex differenti wisq mill-allegati prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Dan qed isir ukoll bi prezz baxx ħafna, ħlief għall-bejgħ lejn it-Turkija fejn il-miżuri għal kontra d-dumping japplikaw biss għall-FEP li tkun ġejja mill-Belarus.

(55) Fejn għandhom x’jaqsmu l-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-istħarriġ wera li l-produttur esportatur li kkopera fil-fatt uża inqas minn 60 % tal-kapaċitÀ tal-produzzjoni tiegħu matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien.

(56) Għalhekk, wieħed jista’ jagħlaq billi jgħid li, jekk il-miżuri jiġu fi tmiemhom, hemm il-probabbiltà li d-dumping ta’ prodotti esportati lejn il-Komunità jista’ jerġa’ jseħħ fi kwantitajiet kbar.

D. ID-DEFINIZZJONI TA’ INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(57) It-talba għar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien kienet saret f’isem seba’ mit-13-il produttur tal-Komunità magħrufa li jipproduċu l-FEP fil-Komunità. Tnejn mill-produtturi applikanti ma rrispondewx għall-kwistjonarju tal-Kummissjoni, u għalhekk ma tqisux bħala li jiffurmaw parti mill-industrija tal-Komunità. It-tielet produttur applikant ma tax it-tagħrif meħtieġ sa għeluq iż-żmien stabbilit, u għalhekk ukoll ma kienx meqjis bħala li jifforma parti mill-industrija tal-Komunità.

(58) L-erba’ produtturi applikanti l-oħra tal-Komunità rrispondew għall-kwistjonarju tal-Kummissjoni u kkoperaw fl-istħarriġ. Dawn jirrappreżentaw aktar 52 % tal-produzzjoni tal-Komunità tal-FEP, u għalhekk jiffurmaw l-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artiklu 4(1) u l-Artiklu 5(4) tar-Regolament bażiku.

E. IS-SUQ TAL-KOMUNITÀ TAL-FEP

1. Il-Konsum tal-Komunità

(59) Il-konsum tal-Komunità tal-FEP kien stabbilit fuq il-volum tal-bejgħ attwali ta’ l-industrija tal-Komunità u tal-produtturi applikanti li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, fuq l-estmi tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità li jibqa’, kif ukoll fuq it-tagħrif ta’ l-Eurostat fuq il-volumi ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha. Għandu jkun innutat li matul l-istħarriġ ta’ bħalissa, il-figuri tal-konsum għall-1997 u l-1998, kif ġew ippubblikati fir-Regolament (KE) Nru 2852/2000 kienu ġew emendati ftit għaliex ċerti figuri kienu ġew aġġornati. Dawn il-korrezzjonijiet żgħar ma jaffettwawx it-tisjib ta’ dak ir-Regolament.

(60) Fuq il-bażi t’hawn fuq, il-konsum tal-Komunità żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkonsidrat:

Konsum ta’ FEP | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PS ta’ għeluq iż-żmien |

Tunnellati | 523832 | 598882 | 649129 | 646656 | 607286 |

Indeks | 100 | 114 | 124 | 123 | 116 |

(61) Matul il-perjodu kkonsidrat, il-volum ġenerali tal-konsum żdied b’16 %. Iż-żieda ewlenija seħħet bejn l-1997 u l-1998 meta l-konsum kiber minn madwar 524000 tunnellata għal 599000 tunnellata. Il-konsum laħaq l-ogħla livell tiegħu fl-1999 b’madwar 649000 tunnellata, li wara dan naqas għal 607000 tunnellata matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien.

2. Importazzjonijiet ta’ FEP mill-Belarus

Nota tal-bidu

(62) Kif imfisser fil-premessa 47, il-volumi ta’ l-esportazzjoni tal-Belarus fil-Komunità matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien nstabu li kienu ta’ importanza żgħira.

Il-Volum u s-suq ta’ l-ishma

(63) Barra d-dħul tal-miżuri għal kontra d-dumping fl-1996, il-volum ta’ l-importazzjonijiet matul il-perjodu kkonsidrat kien wieħed limitat. L-evażjoni ppermettiet lill-produttur esportatur fil-Belarus biex fl-1997 dan seta’ jesporta aktar minn 9000 tunnellata ta’ SFP lejn il-Komunità, iżda wara l-istħarriġ li sar għal kontra l-evażjoni msemmija fil-premessa 1 u t-tiżjid tat-taxxi, il-kwantitajiet naqsu u volumi ta’ FEP żgħar biss kienu impurtati fil-Komunità mill-Belarus matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien.

L-Imġiba tal-prezz tal-produttur esportatur

(64) Minħabba l-volumi ta’ esportazzjoni żgħar mill-Belarus li saru matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien, fil-każ preżenti ma kienu nħadmu l-ebda marġini ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq. Madankollu, kien innutat li l-prezz medju għall-FEP li tkun ġejja mill-Belarus kien ferm inqas mill-prezz medju iċċarġjat mill-industrija tal-Komunità. Bl-istess mod, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tal-FEP mill-Belarus lejn pajjiżi terzi kienu wkoll iktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità.

(65) Għalhekk, jidher ċar li jekk il-produttur esportatur fil-Belarus kien esporta il-FEP tiegħu lejn is-suq tal-Komunità matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien, dan seħħ b’livelli għoljin ħafna ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq.

3. L-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn

(66) Matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien, l-għejjun ewlenin ta’ importazzjoni ta’ FEP fil-Komunità kienu, skond il-grad ta’ importanza, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jkopru madwar 70 % ta’ l-importazzjonijiet totali jew 25,4 % tal-konsum sħiħ tal-Komunità. Matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien l-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi oħra koprew madwar 36,3 % tal-konsum tal-Komunità u żviluppaw kif ġej:

L-importazzjonijiet totali ta’ FEP | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PS ta’ għeluq iż-żmien |

Tunnellati | 152878 | 234266 | 263780 | 260785 | 220511 |

Indeks | 100 | 153 | 173 | 171 | 144 |

(67) L-importazzjoni ta’ FEP mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha żdiedet minn madwar 153000 tunnellata fl-1997 għal 220000 tunnellata matul il-PS, jew b’44 %. It-tabella t’hawn fuq turi li l-importazzjoni żdiedet ħafna bi 72 % bejn l-1997 u l-1999 u mbagħad naqset sal-PS ta’ għeluq iż-żmien b’16 %. Dan it-tnaqqis jaħbat mad-dħul fis-seħħ fis-sena 2000 tal-miżuri għal kontra d-dumping kontra ċerti pajjiżi terzi li huma msemmija fil-premessi 2 u 3.

(68) Il-prezzjijiet tal-FEP impurtata minn pajjiżi terzi oħra żdiedet bejn l-1997 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien, minkejja li kien hemm tnaqqis fl-1998 u l-1999. Il-prezz medju għall-FEP li ġejja minn pajjiżi terzi oħra kien 12 % ogħla matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien milli fl-1997. Waqt li jitqiesu sew it-taxxi doganali u dawk ta’ kontra d-dumping, il-prezz medju ta’ l-importazzjoni madankollu baqa’ ftit taħt il-prezz ta’ l-industrija tal-Komunità.

Prezzijiet ta’ l-importazzjoni | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PS ta’ għeluq iż-żmien |

Ewro/tunnellata | 1112 | 985 | 917 | 1178 | 1246 |

Indiċi | 100 | 89 | 82 | 106 | 112 |

4. L-Istat ta’ l-industrija tal-Komunità

Nota tal-bidu

(69) Qed jerġa’ jissemma li l-istħarriġ ta’ l-iżvilupp ta’ l-istat ekonomiku ta’ l-industrija tal-Komunità kopra l-perjodu mill-1997 sat-tmiem tal-PS ta’ għeluq iż-żmien, jiġifieri Ġunju ta’ l-2001. Kif issemma fil-premessi 2 u 3, il-miżuri definittivi għal kontra d-dumping kienu ġew imposti fis-sena 2000 kontra l-Awstralja, l-Indja, l-Indoneżja, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan u t-Tajlandja, u għalhekk kienu fis-seħħ matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien. Din is-sitwazzjoni hija relevanti ħafna biex wieħed jifhem l-iżviluppi deskritti iżjed ‘il quddiem.

Il-Produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

(70) Il-Produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żviluppat kif ġej:

| 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | Il-PS ta’ għeluq iż-żmien |

Produzzjoni f’Indiċi | 212543 | 210153 | 211255 | 211208 | 214103 |

ta’ tunnellati | 100 | 99 | 99 | 99 | 101 |

Kapaċità f’Indiċi | 264439 | 246939 | 253939 | 254939 | 256034 |

ta’ tunnellati | 100 | 93 | 96 | 96 | 97 |

L-użu tal-kapaċità | 80 % | 85 % | 83 % | 83 % | 84 % |

(71) B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkonsidrat il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet ftit b’1 %. Fl-1997 l-industrija tal-Komunità pproduċiet 213000 tunnellata ta’ FEP, li wara din naqset ftit fis-snin ta’ wara. Matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien il-volum tal-produzzjoni tela’ għal 214000 tunnellata. Dan għandu jitqabbel maż-żieda ta’ 16 % fil-konsum tal-Komunità matul l-istess perjodu.

(72) B’mod parallel, l-istħarriġ wera li l-kapaċità tal-produzzjoni kienet naqset bejn l-1997 u l-1998. It-tnaqqis ġenerali fil-kapaċità seħħet l-aktar fl-1998 meta din naqset minn 264000 tunnellata fl-1997 għal 247000 tunnellata. Dan jispjega għaliex wara l-1997 kienet inkisbet rata ogħla ta’ użu tal-kapaċità. Fl-1999 l-industrija tal-Komunità reġgħet kisbet ftit mill-kapaċità tagħha (254000 tunnellata) li kienet tlaħħaq total ta’ 256000 tunnellata matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien. L-istħarriġ wera li meta kien possibbli t-tendenza tal-biċċa l-kbira tal-produtturi inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet aktar li ċerti linji jew impjanti ta’ produzzjoni jingħalqu jew inkella li dawn jinbidlu f’linji oħra biex jipproduċu prodotti oħra li mhumiex koperti mill-istħarriġ preżenti u li jħallu aktar qligħ. Madankollu produttur tal-Komunità wieħed biss iddeċieda li jibni kapaċità ġdida ta’ produzzjoni. Din id-deċiżjoni saret biex jintlaħqu aħjar il-kriterji tal-klijenti tal-Komunità f’termini ta’ kwantità u tipi ta’ FEP; dan jispjega ż-żieda fil-kapaċità bejn l-1998 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien.

Il-Ħażniet

(73) L-istħarriġ wera li fi tmiem il-PS ta’ għeluq iż-żmien (jiġifieri f’Ġunju ta’ l-2001) il-ħażniet ta’ FEP laħqu il-25000 tunnellata u kienu 24 % ogħla minn dawk li kien hemm f’Diċembru ta’ l-1997 (20000 tunnellata). Madankollu, l-istħarriġ wera li l-livelli ta’ ħażniet fl-aħħar ta’ Ġunju kienu tradizzjonalment ogħla milli kienu fit-tmiem tas-sena fiskali, jiġifieri f’Diċembru. Dan minħabba l-fatt li qabel il-perjodu ta’ Lulju/Awissu, fejn ikun hemm l-għeluq ta’ fabbriki biex tkun tista’ ssir iż-żamma tal-magni, l-industrija tal-Komunità jkollha tipproduċi ħażna biex tkun tista’ taqdi lill-klijenti tagħha. Il-figura kumparabbli fi tmiem is-sena 2000 wriet żieda ta’ 4 % fil-ħażniet meta mqabbla ma’ l-1997.

Il-volum tal-bejgħ, is-suq ta’ l-ishma u t-tkabbir

| 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | Il-PS ta’ għeluq iż-żmien |

Bejgħ f’tunnellati | 190308 | 186601 | 192546 | 192865 | 197077 |

Indiċi | 100 | 98 | 101 | 101 | 104 |

Is-suq ta’ l-ishma | 37,8 % | 32,2 % | 30,6 % | 30,6 % | 33,4 % |

(74) L-industrija tal-Komunità irnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq lokali tagħha b’4 %, waqt li tilfet volumi ta’ bejgħ simili fis-suq ta’ l-esportazzjoni tagħha matul il-perjodu kkonsidrat. Dan huwa fi qbil mat-tisjib ta’ volumi ta’ produzzjoni u ħażniet b’saħħithom li kien hemm fl-istess perjodu.

(75) Il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kien pjuttost stabbli sas-sena 2000 u mbagħad żdied bi 3 % bejn is-sena 2000 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien. Din iż-żieda ħabtet mad-dħul fis-seħħ fis-sena 2000 tat-taxxi għal kontra d-dumping fuq l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li x-xejra fil-volum tal-bejgħ iddevja minn dak li kien issuktat mill-konsum tal-Komunità kif muri fil-premessi 59 u 61. Dawn jikkuntrasta mad-dinamika tal-konsum li żdiedet l-aktar bejn l-1997 u l-1999 (+ 24 %) u naqset (- 7,0 %) bejn is-sena 2000 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien.

(76) Is-suq ta’ l-ishma ta’ l-industrija tal-Komunità, madankollu, naqas minn 37,8 % fl-1997 għal 33,4 % matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien. Dan naqas sew bejn l-1997 u l-1999, li wassal għal telf ta’ iktar minn 7 punti perċentwali. Bid-dħul fis-seħħ tal-miżuri għal kontra d-dumping fis-sena 2000, kien hemm irkupru ta’ 2,8 punti perċentwali fis-suq ta’ l-ishma matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien. Madankollu, it-tnaqqis ġenerali fis-suq ta’ l-ishma li l-industrija tal-Komunità ġarrbet kien għoli għal 4,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkonsidrat. Dan it-tnaqqis fis-suq ta’ l-ishma huwa fi qbil mat-tisjib li sar fil-premessi 59, 61, 74 u 75.

(77) L-istħarriġ wera li matul il-perjodu kkonsidrat l-industrija tal-Komunità ma gawdietx mit-tkabbir tas-suq. Minkejja ż-żieda ta’ 16 % fil-konsum bejn l-1997 u l-1999, l-industrija tal-Komunità tilfet aktar minn 7 punti perċentwali mis-suq ta’ l-ishma. Waqt li l-konsum naqas b’6 % bejn is-sena 2000 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien, jiġifieri wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri għal kontra d-dumping, li huma msemmija fil-premessi 2 u 3, l-industrija tal-Komunità żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha bi 3 % li wassal għal żieda ta’ 2,8 punti perċentwali mis-suq ta’ l-ishma. Minkejja dan l-irkupru, it-tkabbir li sar mill-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkonsidrat kien ħażin ħafna meta mqabbel mat-tkabbir fil-konsum.

L-Iżvilupp tal-prezzijiet u n-nefqa tal-manifattura

| 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | Il-PS ta’ għeluq iż-żmien |

Ewro/tunnellata | 1306 | 1279 | 1147 | 1392 | 1439 |

Indiċi | 100 | 98 | 88 | 107 | 110 |

In-nefqa tal -manifattura Ewro/tunnellata | 1014 | 1017 | 962 | 1176 | 1214 |

Indiċi | 100 | 100 | 95 | 116 | 120 |

(78) It-tabella t’hawn fuq turi li matul il-perjodu kkonsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ medju ta’ l-industrija tal-Komunità għal kull tunnellata għal klijenti li mhumiex relatati fis-suq tal-Komunità tela’ b’medja ta’ 10 %. Fil-perjodu mis-sena 1997 sa l-1999, il-prezzijiet medji naqsu bi 1 %. Wara, fis-sena 2000 u matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien, il-prezzijiet irkupraw b’mod sostanzjali. Madankollu, l-istħarriġ wera li ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ kellha x’taqsam maż-żieda fin-nefqa, kif hemm imfisser hawn taħt. L-industrija tal-Komunità iddikjarat li l-iżvilupp mhux sodisfaċenti tal-prezzijiet meta mqabbla man-nefqa seħħ minħabba l-kompetizzjoni b’saħħitha fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, l-aktar qabel id-dħul fis-seħħ fis-sena 2000 tal-miżuri għal kontra d-dumping.

(79) L-istħarriġ wera li s-suq tal-Komunità għall-FEP huwa sensittiv għall-prezz u li kif intwera fil-premessa 68 il-prezzijiet tal-FEP impurtata baqgħu f’livell aktar baxx minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, minkejja li kien hemm żieda proporzjonali fil-prezz li kienet ekwivalenti.

(80) Matul il-perjodu kkonsidrat, in-nefqa medja ta’ bejgħ għal kull tunnellata ta’ PEF maħduma mill-industrija tal-Komunità żdiedet bi 23 %. Bejn l-1997 u l-1999 in-neqfa tal-produzzjoni baqgħet pjuttost stabbli. Madankollu, din żdiedet sew, bi 23 %, bejn l-1999 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien. L-istħarriġ wera li ż-żieda sostanzjali fin-nefqa tal-produzzjoni hija marbuta mat-tmewwiġ tal-prezz ta’ ċerti materjali mhux maħduma, bħalma huma l-paraxilene u l-glikol ta’ l-etilene, li kienu influwenzati direttament mill-prezz taż-żejt.

Il-Qligħ u l-likwidità

Qligħ | 1998 | 1999 | 2000 | Il-PS ta’ għeluq iż-żmien |

Il-qligħ fuq il-valur tal-bejgħ nett | 9,1 % | 4,8 % | 4,6 % | 5,0 % |

(81) Għandu jkun innutat li produttur wieħed li kien inkluż fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kien għadu kif twaqqaf fl-1998, u għalhekk l-ebda tagħrif fuq il-qligħ għall-1997 ma kien disponibbli. Għal din ir-raġuni l-analiżi tal-qligħ u l-liwidità tkopri l-perjodu mill-1998 sal-PS ta’ għeluq iż-żmien. Madankollu, għandu jkun innutat li x-xejriet li ġew osservati fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli għall-perjodu kkonsidrat huma fi qbil ma’ dawk li ġejjin mit-tabella t’hawn fuq.

(82) Il-qligħ ta’ l-industrija tal-Komunità kien tajjeb ħafna fl-1998. Dan il-livell ta’ qligħ kien inkiseb l-aktar minħabba li f’dik is-sena l-prezz taż-żejt mhux maħdum kien baxx ħafna. Wara, iżda, il-qligħ naqas għaliex iż-żieda fil-prezz taż-żejt, u għalhekk fin-nefqa tal-produzzjoni, ma setax jiġi kkumpensat b’żidiet proporzjonali fil-prezz tal-bejgħ. Minkejja dan, il-qligħ li nkiseb fis-sena 2000 u matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien kien kbir minħabba ż-żieda sostanzjali fin-nefqa tal-manifattura (sa 20 %). Dan juri li l-industrija tal-Komunità setgħet tikkontrola n-nefqa tagħha biex tistabbilizza l-qligħ għal madwar 5 %.

(83) Il-likwidità segwiet xejra simili bħall-qligħ mill-1998 sal-PS ta’ għeluq iż-żmien. Il-qligħ iġġenerat mill-operaturi tal-FEP niżel b’44 % matul il-perjodu kkonsidrat jew minn Ewro 44,5 miljun fl-1998 għal Ewro 24,8 miljun matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien. Dan huwa marbut l-aktar mat-tnaqqis fil-qligħ li kien osservat fl-istess perjodu.

Il-Ħila li jogħla l-kapital

(84) Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq tal-Komunità għall-FEP deskritta fl-analiżi preżenti u l-aktar taħt il-premessa 89, ħafna mill-kumpanniji inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jgħollu l-kapital meħtieġ biex jiffinanzjaw l-investimenti u r-ristrutturar tagħhom. It-tnaqqis fil-qligħ li seħħ fl-1999 u l-2000 ma ppermettiex li ħafna minn dawn il-kumpanniji jisskutaw bil-programm ta’ l-investiment tagħhom, li għal ħafna minnhom dan kien beda fl-1998. Kif se jissemma taħt fil-premessa 88, produttur tal-Komunità wieħed biss seta’ jgħolli l-kapital u ħa r-riskju li jkompli bl-investimenti mfassla tiegħu matul il-perjodu kkonsidrat.

Ix-Xogħol u l-produttività

Ix-xogħol | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | Il-PS ta’ għeluq iż-żmien |

In-numru ta’ ħaddiema | 1205 | 1119 | 1197 | 1184 | 1173 |

Indiċi | 100 | 93 | 99 | 98 | 97 |

(85) B’mod ġenerali, in-numru ta’ ħaddiema li kienu qed jaħdmu għall-produzzjoni tal-FEP niżel bi 3 %; dan jirrifletti t-tnaqqis u r-ristrutturar imħaddma mill-industrija tal-Komunità. L-impjiegi tnaqqsu b’mod sostanzjali b’7 % fl-1998, iżda l-industrija tal-Komunità bdiet iddaħħal il-ħaddiema mill-ġdid fl-1999.

(86) Minħabba l-iżvilupp tal-volum tal-produzzjoni tal-FEP, kif muri fil-premessa 70, il-produttività ta’ l-industrija tal-Komunità tjiebet matul il-perjodu kkonsidrat.

L-Investimenti u l-prospett fuq l-investiment

(87) Kif it-tabella t’hawn taħt turi, l-investiment fil-prodott ikkonċernat żdied b’mod sostanzjali matul il-perjodu kkonsidrat:

Investiment | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | Il-PS ta’ għeluq iż-żmien |

(Ewro 1000) | 4738 | 14796 | 14229 | 8009 | 17954 |

Indiċi | 100 | 312 | 300 | 169 | 379 |

(88) Il-livell ta’ l-investiment li kien baxx ħafna fl-1997 għola sostanzjalment fl-1998, li kienet sena tajba għall-industrija u ġiegħlet lil uħud mill-produtturi biex jinvestu fil-prodott ikkonċernat. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi 82 u 89, il-qligħ ta’ l-industrija tal-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq għall-prodott ikkonċernat it-tnejn marru lura fis-snin ta’ wara. Dan jispjega għaliex l-investimenti ma kibrux fl-1999 u reġgħu naqsu ħafna fis-sena 2000. L-investiment reġa’ rkupra sew matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien, l-aktar għaliex wieħed mill-produtturi tal-Komunità inkluż fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ħa r-riskju li jkompli bil-programm tiegħu ta’ l-investiment. Madankollu għandu jkun emfasizzat li l-livell ta’ investiment matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien kien jirrappreżenta 6 % tal-valur tal-bejgħ totali ta’ l-industrija tal-Komunità.

(89) Minħabba f’hekk għandu jkun innutat li għal ħafna snin kien hemm il-preżenza u t-theddida tal-preżenza li fis-suq tal-Komunità ikun hemm prodotti impurtati minn ċerti pajjiżi terzi li jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq. It-tmewwiġ fil-prezz taż-żejt matul il-perjodu kkonsidrat żied mad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-operaturi li jaħdmu, jixtru u jużaw il-FEP, u l-aktar l-industrija tal-Komunità li ma kinitx taf jekk fil-preżenza ta’ prodotti impurtati u mibjugħa bi prezz baxx dawn setgħux jirreflettu b’mod raġonevoli ż-żieda fil-prezz tal-materjal mhux maħdum fil-prezz tal-bejgħ tagħhom. L-imġiba ta’ l-industrija tal-Komunità f’termini ta’ investimenti setgħet ġiet infuwenzata wkoll mill-inċertezza li kkaratterizzat is-suq għal bosta snin.

(90) Id-dħul fuq l-investiment segwa xejra simili bħal dik osservata għall-qligħ.

Il-kobor tal-marġinu tad-dumping, l-irkupru mid-dumping li jkun sar fl-imgħoddi, u l-evażjoni

(91) Is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità tjiebet sa ċertu punt wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri għal kontra d-dumping matul il-perjodu kkonsdirat, iżda l-industrija ma rkupratx kompletament mild-dumping li seħħ fl-imgħoddi minn ċerti pajjiżi terzi, inkluż il-Belarus, kif ukoll mill-evażjoni li nstabet b’rabta mal-IFP mill-Belarus fl-1997. Xhieda ewlenija ta’ dan hija s-sitwazzjoni ekonomika xejn sodisfaċenti ta’ l-industrija tal-Komunità, l-aktar fis-snin 1998 u 1999. Minkejja li kien hemm żieda sostanzjali fil-konsum f’dawn is-snin, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-investimenti, is-suq ta’ l-ishma, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-qligħ marru pjuttost lura.

(92) Fejn għandu x’jaqsam l-impatt tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità dwar il-kobor tal-marġinu attwali tad-dumping matul il-PS, dan mhuwiex ikkonsidrat bħala fattur relevanti fl-istħarriġ tar-reviżjoni preżenti. Dan minħabba li bid-dħul fis-seħħ tat-taxxi għal kontra d-dumping fl-1997 u bil-miżuri għal kontra l-evażjoni li daħlu wara, l-importazzjonijiet mill-Belarus prattikament waqfu kollha.

5. Konklużjoni fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(93) Kif issemma diġà fil-premessa 69, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità għandha titqies fid-dawl ta’ l-istħarriġ li għaddej bħalissa dwar il-bejgħ bi prezz baxx li sar matul il-perjodu kkonsidrat u tad-dħul fis-seħħ fis-sena 2000 tal-miżuri għal kontra d-dumping.

(94) Matul il-perjodu kkonsidrat il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet ftit b’1 %. L-użu tal-kapaċità u l-produttività tjiebu minħabba li naqas il-livell tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-impjiegi.

(95) L-istħarriġ wera wkoll li matul il-perjodu kkonsidrat is-suq tal-Komunità żviluppa tajjeb f’termini ta’ volum, l-aktar sas-sena 2000. Il-konsum waqa’ matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien meta mqabbel mas-sena 2000, iżda b’mod ġenerali dan żdied b’16 % matul il-perjodu kkonsidrat. Madankollu, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tieħu sehem b’mod sħiħ f’dan it-tkabbir tas-suq. Anzi bil-kontra din tilfet 3 punti perċentwali tas-suq ta’ l-ishma minkejja li żdiedu l-volumi tal-bejgħ.

(96) L-esportazzjonijiet mill-Belarus prattikament intemmu matul il-perjodu kkonsidrat, iżda kif intwera fl-attentat li jkun hemm evażjoni mill-miżuri, is-suq tal-Komunità ġibed lejh ħafna dawn l-importazzjonijiet. Mill-premessa 54 huwa ċar li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Belarus lejn pajjiżi terzi huma ħafna aktar baxxi mill-prezzijiet medji ta’ l-industrija tal-Komunità. Għandu jerġa’ jissemma li sas-sena 2000 is-suq tal-Komunità tal-FEP kien ikkaratterizzat bil-preżenza ta’ prodotti impurtati li jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq li niżżlu l-prezzijiet tal-bejgħ bi 12 %, minkejja li kien hemm żieda fl-ispejjeż.

(97) Matul is-sena 2000 u l-PS ta’ għeluq iż-żmien, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-ispiża tal-produzzjoni tal-FEP żdiedu t-tnejn. Il-fatt li l-prezzijiet żdiedu b’pass aktar bil-mod mill-ispejjeż, dan wassal biex ikun hemm telf fil-qligħ. Bħala riżultat ta’ dan, il-ħila li jikber il-kapital mill-industrija tal-Komunità kienet affettwata sew. Dan żied mal-problemi ta’ l-industrija tal-Komunità, li matul il-perjodu kkonsidrat ħadmet tabilħaqq f’kondizzjonijiet ta’ suq iebsa ħafna. Il-qligħ u l-likwidità li akkumulaw matul il-PS ma kinux biżżejjed biex iżommu l-investimenti tagħhom ta’ nofs it-terminu.

(98) Ibbażat fuq dak li ngħad qabel, l-aktar it-tnaqqis fis-suq ta’ l-ishma u l-livelli xejn sodisfaċenti fil-prezzijiet tal-bejgħ u l-qligħ, qed jitqies li l-industrija tal-Komunità għadha s’issa fi stat vulnerabbli.

F. IL-PROBABBILTÀ LI TERĠA’ TIĠRI L-ĦSARA

(99) Qed jerġa’ jingħad li fil-premessa 56 kien ġie konkluż li l-probabbiltà li jkun hemm rikorrenza ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq f’volumi sostanzjali ta’ FEP li tkun ġejja mill-Belarus għadha hemm.

(100) Fil-premessa 98 kien ġie konkluż ukoll li matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien l-industrija tal-Komunità kienet għadha fi stat vulnerabbli.

(101) Aktar minn hekk, qed jerġa’ jissemma li matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien prattikament ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet mill-Belarus lejn il-Komunità. Dan jikkuntrasta mas-sitwazzjoni tal-każ oriġinali li kien hemm matul il-perjodu ta’ l-istħarriġ, meta aktar minn 32000 tunnellata ta’ FEP impurtata bi prezz baxx ħafna li kienet ġejja mill-Belarus daħlu fis-suq tal-Komunità. Fl-istess waqt, l-industrija tal-Komunità tilfet 4 % tal-volum tal-bejgħ u 5,6 punti perċentwali mis-suq ta’ l-ishma, waqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha żdiedu b’mod sostanzjali. Bħala riżultat ta’ dan, il-qligħ kien ħażin ħafna u 25 % tal-ħaddiema impjegati fil-qasam tal-FEP tilfu x-xogħol tagħhom.

(102) Is-suq tal-Komunità għall-FEP jattira ħafna lill-produtturi li jesportaw, u nstab li ħafna minn dawn wettqu bejgħ bi prezz baxx ħafna biex jirbħu s-suq ta’ l-ishma. L-istħarriġ preżenti wera li wara li fis-sena 2000 kienu daħlu fis-seħħ il-miżuri għal kontra d-dumping, is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità tjiebet. Qed jitqies li jekk il-miżuri li hemm fis-seħħ kontra l-importazzjoni ta’ FEP mill-Belarus jitħallew jiskadu, x’aktarx dawn l-importazzjonijiet iwasslu biex jiksru l-iżviluppi pożittivi li ġew osservati s’issa fis-suq tal-Komunità u b’hekk ikunu jistgħu jikkontrollaw aktar mis-suq ta’ l-ishma ta’ l-industrija tal-Komunità li diġà qiegħed fil-periklu.

(103) Fil-fatt, kif kien issuġġerit fil-premessi 64 u 65 jidher li għalkemm il-produttur esportatur tal-Belarus x’aktar se jgħolli l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, u għalhekk jonqos il-livell ta’ bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq, il-prezzijiet li se jiġu ċċarġjati xorta se jkunu għadhom bi prezz baxx u se jbaxxi sew il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Jidher ċar li biex jerġa’ jikseb is-suq ta’ l-ishma, il-produttur li jesporta se jkollu jnaqqas il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

(104) Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, u minħabba li kif intwera fil-premessa 78 is-suq tal-Komunità huwa kkaratterizzat bi prezzijiet sensittivi, l-industrija tal-Komunità ma tkunx tista’ tikkompeti ma’ prodotti ta’ FEP impurtati mill-Belarus li jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq. L-ammont ta’ ħiliet disponibbli fil-Belarus u l-bejgħ taħt il-prezz li x’aktarx il-produttur li jesporta se jagħmel, x’aktarx joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Komunità. Fil-fatt, qed jitqies li meta l-industrija tal-Komunità tiffaċċja prodotti impurtati mill-Belarus li mbagħad jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq, din ma jkollha l-ebda għażla oħra ħlief li jew tbaxxi l-prezzijiet tagħha u żżomm is-suq ta’ l-ishma jew li żżomm il-prezzijiet kif inhuma iżda titlef is-suq ta’ l-ishma. Iż-żewġ għamliet ta’ azzjoni se jkollhom impatt serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità, u l-aktar fejn għandhom x’jaqsmu l-qligħ, id-dħul fuq il-likwidità investita, kif ukoll il-ħila li jiżdied il-kapital tagħha.

(105) X’aktarx dan ikun ta’ ħsara kbira għall-industrija tal-Komunità li rnexxielha ssalva u tirristruttura ruħha, minkejja l-preżenza ta’ ċerti prodotti impurtati li jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq, għalkemm ħafna inqas jekk il-miżuri preżenti kellhom jiskadu, u t-tmewwoġ għoli fil-prezz taż-żejt. L-industrija tal-Komunità qed ittemm ir-ristrutturar tagħha, immodernizzat il-linji tal-produzzjoni tagħha u għalqet dawk li ma kienu qed iħallu l-ebda qligħ. Għalhekk huwa ċar li l-industrija tal-Komunità fadlilha ftit spazju aktar fejn tista’ taħdem biex tilqa’ għal xi mewġa oħra ta’ prodotti impurtati li jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq; jidher ċar ukoll li din tista’ terġa’ ssofri ħsara materjali oħra.

(106) Fid-dawl tar-riżultati t’hawn fuq wieħed jikkonkludi li jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet mill-Belarus jiskadu, dan x’aktarx iwassal biex ikun hemm mill-ġdid ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità; dan minħabba l-prodotti li jiġu impurtati mill-Belarus u li wara jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq.

Ġ. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(107) Kien mistħarreġ ukoll jekk iż-żamma tal-miżuri għal kontra d-dumping fuq prodotti impurtati tal-FEP mill-Belarus kinitx kontra l-interess tal-Komunità. Minħabba li nstab li x’aktarx jerġa’ jkun hemm bejgħ b’inqas mill-prezz tas-suq li jagħmel ħsara, l-istħarriġ qies ukoll jekk hemmx xi interessi importanti kontra ż-żamma tal-miżuri, waqt li qies ukoll l-effetti ta’ l-imgħoddi tal-miżuri għal kontra d-dumping fuq l-interessi differenti kollha involuti, l-aktar dawk ta’ l-utenti u ta’ l-importaturi/negozjanti.

(108) Biex jitqies l-interess tal-Komunità f’dan il-każ partikolari, intalab tagħrif mill-partijiet interessati kollha, li jew kienu magħrufa li huma kkonċernati jew għamlu lilhom infushom magħrufa. Il-Kummissjoni bagħtet kwistjonarji lill-industrija tal-Komunità, lil disa’ produtturi oħra fil-Komunità, lil 10 importaturi/negożjanti (wieħed minnhom jinstab barra l-Komunità iżda jforni lil negozjant li jinstab fil-Komunità) li mhumiex relatati mal-produtturi tal-Belarus li jesportaw, lil tliet utenti tal-prodott ikkonċernat u lil tliet għaqdiet ta’ utenti.

(109) Barra t-tweġibiet li l-industrija tal-Komunità rċeviet, l-importatur li jinstab barra l-Komunità li ssemma fuq, negozjant, u produtturi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ukoll wieġbu għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Ħadd mill-utenti jew mill-għaqdiet ta’ dawn ma wieġbu għall-kwistjonarju, għalkemm kien hemm żewġ għaqdiet li għamlu sottomissjoni ġenerali.

(110) Għandu jissemma mill-ġdid li, fl-istħarriġ ta’ qabel, l-addozzjoni tal-miżuri ma kinitx meqjusa bħala waħda li kienet tmur kontra l-interess tal-Komunità.

2. L-Interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(111) Matul numru ta’ snin, l-industrija tal-Komunità kienet qed tbati minn prodotti tal-FEP impurtati li kienu qed jinbiegħu b’ħafna inqas mill-prezz tas-suq; dan ħoloq sitwazzjoni li fiha l-bejgħ tal-fibri regolari ma kienx wieħed li qed iħalli l-qligħ. Għalkemm l-industrija tal-Komunità żviluppat aktar il-qasam ta’ fibri tal-FEP b’valur miżjud ogħla, bħalma huma l-fibri bikomponenti jew trilobali, fibri li jingħataw il-kulur, fibri b’karatteristiċi speċifiċi bħalma huma fibri li jżommu n-nar lura u fibri b’tikketta sekondarja, is-sehem ta’ dawk il-fibri fil-volum tal-bejgħ ġenerali huwa pjuttost limitat. Il-kummerċ ewlieni tal-FEP, għalhekk, jibqa’ fil-fibri regolari kemm għal prodotti minsuġa jew għal dawk li ma jkunux. Dawn il-partijiet qed jiffaċċjaw il-kompetizzjoni diretta minn prodotti impurtati li jinbiegħu b’inqas mill-prezz tas-suq.

(112) Għalhekk jidher ċar li l-industrija tal-Komunità ukoll jeħtieġ tipproduċi l-iskala sħiħa ta’ fibri ta’ FEP biex iżżomm il-kummerċ. Il-klijenti nfushom jeħtieġu li jkollhom disponibbli skala sħiħa ta’ fibri biex jiżguraw li jkun hemm tqassim ċert. Għal din ir-raġuni, l-industrija tal-Komunità mhix lesta jew mhix f’posizzjoni li tabbanduna l-produzzjoni regolari tal-FEP.

(113) Kif muri fil-premessa 85 l-industrija tal-Komunità, bit-tnaqqis tal-ħaddiema, irnexxielha ttejjeb l-użu tal-kapaċità u l-produttività tagħha. Fl-istess waqt, bir-ristrutturar u l-ispeċjalizzar fis-snin reċenti, il-qligħ baqa’ wieħed pożittiv, għalkemm fuq livelli xejn sodisfaċenti. Irid jingħad ukoll li l-industrija tal-Komunità tforni madwar 33 % tas-suq tal-Komunità.

(114) Minħabba s-sitwazzjoni stabbilita hawn fuq, wieħed jista’ jqis li, fin-nuqqas ta’ miżuri għal kontra prodotti tal-FEP li jkunu ġejjin mill-Belarus, huwa probabbli li tista’ terġa’ ssir ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. Għalhekk din x’aktarx ikollha tgħaddi minn esperjenza fejn is-sitwazzjoni finanzjarja tkompli tiħżien, u bil-possibbiltà vera li jista’ jkun hemm aktar tnaqqis fin-numru tal-ħaddiema u l-għeluq ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni.

3. L-Interessi ta’ l-importaturi/negozjanti

(115) Kif issemma fil-premessa 64, kważi ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ FEP mill-Belarus matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien. L-istħarriġ wera li negozjant wieħed biss ibbażat fil-Komunità kien xtara mingħand importatur ta’ pajjiż terz kwantitajiet kbar ta’ prodotti tal-FEP mill-Belarus, iżda dawn kienu ġew esportati mill-ġdid immedjatament barra l-Komunità. L-istħarriġ wera li n-negozjant ibbażat fil-Komunità sab suq alternattiv għall-prodotti tal-FEP li huwa xtara mill-Belarus, kif ukoll sab għejjun alternattivi ta’ importazzjonijiet.

(116) Meta wieħed iqis dan t’hawn fuq flimkien man-nuqqas ta’ koperazzjoni mit-tmien importaturi/negozjanti l-oħra li rċevew il-kwistjonarju, juri li l-miżuri li hemm fis-seħħ fuq prodotti impurtati mill-Belarus probabbilment ma kellhomx impatt importanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi/negozjanti fil-Komunità.

4. L-Interessi ta’ l-utenti

(117) Ħadd mill-utenti jew mill-għaqdiet tagħhom ma wieġbu għall-kwistjonarju li kien maħsub biex jagħmel valutazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità. Madankollu, żewġ għaqdiet bagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom; waħda minn dawn kienet tkopri l-veduti ta’ l-utenti li jaħdmu fl-industrija ta’ l-għażil, u l-oħra kienet f’isem l-utenti li jaħdmu fl-industrija tal-prodotti li ma jkunux minsuġa, l-aktar għal xogħol ta’ mili.

(118) Iż-żewġ għaqdiet iddikjaraw lilhom infushom kontra ż-żamma tat-taxxi għal kontra d-dumping li hemm kontra l-Belarus. Dawn qalu li n-natura punittiva ta’ dawn il-miżuri, fil-prattika, għalqet għajn ta’ forniment għall-utenti tal-Komunità. Barra minn hekk, intqal ukoll li minħabba li mhux it-tipi kollha ta’ FEP huma disponibbli jew inkella mhumiex disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti mill-industrija tal-Komunità, l-utenti tal-Komunità batew ħsara minħabba li kien hemm żieda fil-kompetizzjoni għall-prodott aħħari tagħhom minn pajjiżi terzi. Fl-istess waqt, l-utenti saru inqas kompetittivi minħabba l-ispejjeż għoljin marbuta mal-materjal mhux maħdum. Dan l-argument kien emfasizzat l-aktar mill-industrija ta’ l-għażil li tipproduċi l-insiġ.

(119) Dwar id-disponibbilità tal-fibri kollha tal-FEP, l-istħarriġ ikkonferma li biex tinbidel stallazzjoni tal-produzzjoni fejn jinħadem tip wieħed ta’ FEP għal oħra jeħtieġ ftit aġġustamenti limitati, bħalma huma għamliet differenti ta’ l-apparat li jintuża biex jagħmel il-filamenti tal-fibri sintetiċi. Din l-osservazzjoni saret ukoll mill-għaqdiet ta’ l-utenti stess matul l-istħarriġ ta’ qabel. L-istħarriġ wera li l-produtturi inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għandhom il-mezzi tekniċi biex jipproduċu t-tipi kollha ta’ FEP. Sa ċertu punt, l-industrija tal-Komunità iddikjarat li ma rnexxilhiex tforni l-prodotti tal-FEP bil-prezzijiet baxxi kkwotati minn xerrejja potenzali.

(120) L-istħarriġ wera wkoll li jekk it-taxxi għal kontra d-dumping li hemm fis-seħħ kontra l-Belarus ma jitkomplewx, x’aktarx dawn jistgħu jwasslu biex ikun hemm interruzzjoni kbira fis-suq u jista’ jwassal fil-fatt biex il-faċilitajiet tal-produzzjoni fil-Komunità jagħlqu wkoll. Dan jista’ ma jkunx fl-interess għal perjodu twil ta’ l-industrija ta’ l-utent li, madankollu, din qed tixtri aktar minn 33 % tal-prodotti tal-FEP tagħha mill-industrija tal-Komunità, u fejn uħud mill-kriterji tagħha qed ikunu tipi speċjali li mhumiex disponibbli minn pajjiżi terzi.

(121) Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-utenti, ma kienx possibbli li jkun maħdum bl-eżatt l-impatt possibbli tal-miżuri proposti għall-istħarriġ ta’ bħalissa, jew inkella l-impatt fuq il-miżuri kurrenti. Madankollu, kif issemma fil-premessa 63 volum sekondarju ta’ prodotti ta’ FEP impurtati mill-Belarus biss kien inbiegħ fil-Komunità matul il-PS ta’ għeluq iż-żmien.

(122) Qed jitqies ukoll li t-taxxa li oriġinarjament kienet ġiet imposta fuq il-prodotti tal-FEP impurtati mill-Belarus kienet ġiet stabbilita fuq livell li kien meħtieġ biex jeqred id-dumping li kien qed joħloq ħafna ħsara. Is-suq tal-Komunità ma ngħalaqx għal dawn l-esportazzjonijiet, iżda x’aktarx li l-produtturi esportaturi fil-Belarus sabu aktar swieq li jiġbdu, l-aktar l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja. Minħabba l-livell imnaqqas li qed jiġi propost għat-taxxa għal kontra d-dumping, huwa probabbli li l-importazzjonijiet mill-Belarus jistgħu jkunu ta’ aktar ġibda għal ċerti utenti tal-Komunità, kif imqabbel ma’ għejjun oħra ta’ provvista. Għalhekk, dan jista’ jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tagħhom.

(123) Ibbażat fuq dan t’hawn fuq, qed jitqies li waqt li tiġi evitata interruzzjoni serja li sseħħ bir-rikorrenza ta’ volumi għoljin ta’ prodotti impurtati mill-Belarus li jinbiegħu taħt il-prezz tas-suq, il-miżuri proposti x’aktarx iżidu l-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità.

5. Konklużjoni

(124) Ibbażat fuq li ngħad fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li m’hemm l-ebda raġunijiet irreżistibbli ta’ l-interess tal-Komunità kontra t-tkomplija tal-miżuri.

G. L-OBBLIGI

(125) Ibbażati fuq it-tisjib tar-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien u kif previst bl-Artiklu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri għal kontra d-dumping li jgħoddu għall-importazzjoni ta’ fibri ewlenin tal-poliester, li jkunu ġejjin mill-Belarus, għandhom jinżammu.

(126) Minħabba li t-taxxa għal kontra d-dumping li hemm fis-seħħ b’rabta mal-FEP twessgħet bir-Regolament (KE) Nru 2513/97 biex ikunu koperti wkoll l-importazzjonijiet ta’ SFP, li jkunu ġejjin mill-Belarus, dawn il-miżuri wkoll għandhom jiżammu.

(127) Il-partijiet kollha kienu mgħarrfa dwar il-fatti essenzali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li jinbidel il-livell tal-miżuri li hemm bħalissa. Dawn ikkonċedew ukoll perjodu biex fih ikunu jistgħu jsiru rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Ma kien hemm l-ebda kummenti li kienu ta’ natura li jwasslu għal tibdil fil-konklużjonijiet t’hawn fuq.

(128) Minn dak li ntqal fuq wieħed jista’ jikkonkludi li, ibbażati fuq it-tisjib tar-reviżjoni interim (ara l-premessi 42 u 43) u kif previst bl-Artiklu 113(3) tar-Regolament bażiku, it-taxxa għal kontra d-dumping li kienet ġiet imposta bir-Regolament (KE) Nru 1490/96, kif estiża bir-Regolament (KE) Nru 2513/97, għandha titnaqqas għal 21,0 %, imfissra bħala perċentaġġ tal-prezz ħieles fil-Komunità mis-cif netta, qabel id-dazju, u stabbilita fir-reviżjoni interim matul il-PS interim. Dan il-livell ta’ taxxa għandu jkun jgħodd kemm għall-importazzjoni ta’ FEP u ta’ SFP li jkunu ġejjin mill-Belarus,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Hawnhekk qed tiddaħħal taxxa definittiva għal kontra d-dumping fuq prodotti importati tal-fibra ewlenija tal-poliester, li ma jkunux imqardxa, mimxuta jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil, li jaqgħu fil-kodiċi CN 55032000 u li jkunu ġejjin mill-Belarus.

2. It-taxxa definittiva għal kontra d-dumping qed tkun estiża hawnhekk għall-prodotti importati ta’ l-istoppa tal-fibra tal-poliester li jaqgħu fil-kodiċi CN 55012000 u li jkunu ġejjin mill-Belarus, bir-rata stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artiklu.

3. Ir-rata tat-taxxa definittiva għal kontra d-dumping li tkun tgħodd għall-prezz tal-prodotti deskritti fil-paragrafi 1 u 2 u li fit-territorju tal-Komunità dan il-prezz ikun ħieles mis-cif netta għandha tkun, qabel id-dazju, ta’ 21,0 %.

Artikolu 2

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2).

[2] ĠU L 189, 30.07.96, p. 13.

[3] ĠU L 346, 17.12.97, p. 1.

[4] ĠU L 204, 04.08.99, p. 3.

[5] ĠU L 175, 14.07.00, p. 10.

[6] ĠU L 332, 28.12.00, p. 17.

[7] ĠU L 127, 09.05.01, p. 20.

[8] ĠU C 352, 08.12.00, p. 6.

[9] ĠU C 211, 28.07.01, p. 51.

--------------------------------------------------