32002R1794



Official Journal L 272 , 10/10/2002 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2002

tad-9 ta’ Ottubru 2002

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1249/2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2366/98 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tas-suq 1998/99, 1999/2000, 2000/01, 2001/02, 2002/03 u 2003/04

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Fl-isfond tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1639/98 [4], b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Fl-isfond tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [5], kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1513/2001, b’mod partikolari l-Artikolu 4 ta’ l-istess Regolament,

Billi:

(1) Bħala riżultat ta’ diversi żbalji klerikali, l-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2003 [6] għandu jiġi kkoreġut.

(2) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DIN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Permezz ta’ dan ir-Regolament l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1249/2002 qed jiġi kkoreġut kif ġej:

1. Fil-punt numru 1, il-test ta’ l-Artikolu l-ġdid 12a tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 huwa emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu trid tinbidel b’dan li ġej:

"Fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 2 u 5 u l-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 12, l-Istati Membri li jipproduċu għandhom jistmaw il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni għas-sena 2002/03 tas-siġar taż-żebbuġ addizzjonali li huma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1638/98 billi jimmoltiplika l-produzzjoni medja għal kull siġra taż-żebbuġ adulta bis-somma ta’:"

(b) fit-tieni subparagrafu, s-sentenza ntroduttorja trid tinbidel b’ dan li ġej:

"Id-dħul medju għal kull siġra taż-żebbuġ adulta jrid jiġi kkalkulat billi tiddividi l-kwantità ta’ żejt taż-żebbuġa verġni prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(b), bis-somma ta’:"

2. Il-punt numru 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2) L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

Il-produtturi taż-żebbuġ għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna skond il-kwantita’ ta’ żejt taż-żebbuġa verġni li fil-fatt ikunu pproduċew, wara li titnaqqas il-produzzjoni tas-siġar addizzjonali msemmija fl-Artikolu 12a, u flimkien mal-kwantità b’rata fissa ta’ fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Japplika mill-1 ta’ Novembru 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.

[3] ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3.

[4] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 38.

[5] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 32.

[6] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 5.

--------------------------------------------------