32002R1752



Official Journal L 264 , 02/10/2002 P. 0018 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1752/2002

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2002

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jippreskrivi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2002 [2] u partikolarment l-Artikoli 6 u 8 tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, għandhom jiġu stabbiliti b’mod progressiv limiti massimi ta’ residwi għas-sustanzi kollha farmakoloġikament attivi li jintużaw fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal somministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2) Limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu stabbiliti biss wara l-eżami mill-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ oġġetti l-ikel li joriġinaw mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ oġġetti ta’ l-ikel.

(3) Filwaqt li jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ illi jiġu speċifikati l-ispeċi ta’ l-annimali li fihom jista’ jkun hemm residwi, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam miksub mill-annimal trattat (tessut fil-mira) u n-natura tar-residwi rilevanti għall-monitoraġġ tar-residwi (residwi markatur).

(4) Għall-kontroll ta’ residwi kif previst fil-leġislazzjoni approprjata tal-Komunità, il-limiti massimi ta’ residwi għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti għat-tessuti fil-mira tal-fwied jew tal-kliewi. Madankollu l-fwied u l-kliewi jitneħħew spiss mill-karkassi li jiġu mċaqalqa fil-kummerċ internazzjonali, u limiti massimi ta’ residwi għandhom normalment jiġu stabbiliti għall-muskoli u t-tessuti tax-xaħam.

(5) Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu ta’ għasafar li qed ibidu, ta’ annimali li qed jagħtu l-ħalib jew ta’ naħal ta’ l-għasel, limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu wkoll stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel.

(6) Ceftiofur għandu jiddaħħal fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(7) Hydroxyethylsalicylate u Xylazine hydrochloride għandhom jiddaħħlu fl-Annesss II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(8) Għandu jitħalla perjodu adegwat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kull aġġustament meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet biex il-prodotti mediċinali veterinarji konċernati jitqiegħdu fis-suq li jkunu ngħataw skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] biex jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma b’dan emendati kif jidher fl-Anness ta’ dan.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-sittin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-1 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.9.1990, p.1.

[2] ĠU L 230, tat-28.8.2002, p. 3.

[3] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. Din is-sustanza tiżdied ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.2. Cephalosporins

"Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i | Residwu markatur | Speċi ta' l-annimali | MRL | Tessuti fil-mira | Disposizzjonijiet oħra |

Ceftiofur | Somma ta' Ceftiofur tar-residwi kollha li jżommu l-istruttura tal-betalactam espressa bħala desfuroylceftiofur | Bovini | 1000 µg/kg | Muskoli | |

2000 µg/kg | Xaħam | |

2000 µg/kg | Fwied | |

6000 µg/kg | Kliewi | |

100 µg/kg | Ħalib" | |

B. Is-sustanzi segwenti jiżdiedu ma’ l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90:

2. Komposti organiċi

"Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i | Speċi ta' l-annimali | Disposizzjonijiet oħra |

Hydroxyethylsalicylate | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel ħlief il-ħut | Għall-użu topiku biss |

Xylazine hydrochloride | Bovini, ekwini" | |

--------------------------------------------------