Official Journal L 259 , 27/09/2002 P. 0001 - 0007
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1696/2002 tat-23 ta’ Settembru 2002 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq importi ta’ sistemi ta’ kameras tat-televiżjoni li joriġinaw fil-Ġappun. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1], Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. PROĊEDURI PREĊEDENTI (1) Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 [2], impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq importi ta’ sistemi ta’ kameras tat-televiżjoni (TCS) li joriġinaw fil-Ġappun. (2) Fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament Nru 1015/94, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-iskop tad-dazju kontra d-dumping sistemi ta’ kameras imniżżla fl-Anness ta’ dak ir-Regolament (minn hawn ‘il quddiem l-Anness), li jirrappreżentaw sistemi ta’ kameras professjonali ta’ kwalità għolja li teknikament jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott taħt l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1015/94, li iżda ma jistgħux ikunu kkonsidrati bħala sistemi ta’ kameras tat-televiżjoni. (3) F’Ottubru 1995, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2474/95 [3], emenda r-Regolament (KE) Nru 1015/94 imsemmi hawn fuq, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni ta’ prodott simili u ċerti mudelli ta’ sistemi ta’ kameras tat-televiżjoni li kienu espressament eżentati mid-dazju definittiv kontra d-dumping. (4) F’Ottubru 1997, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1952/97 [4], emenda r-rati tad-dazju definittiv kontra d-dumping għal żewġ kunpaniji konċernati, jiġifieri għal Sony Corporation u Ikegami Tsushinki skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tat-22 Diċembru 1995 dwar preotezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem ir-Regolament Bażiku). Barra minn dan, il-Kunsill speċifikament eskluda mill-iskop tad-dazju kontra d-dumping ċerti mudelli ġodda ta’ sistemi professjonali ta’ kameras billi żiedhom fl-Anness. (5) F’Jannar 1999 u 2000, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 193/1999 [5] u r-Regolament (KE) Nru 176/2000 [6] emenda r-Regolament (KE) Nru 1015/94 u żied ċerti mudelli suċċessuri ta’ sistemi ta’ kameras professjonali ma’ l-Anness u b’hekk eskludihom mill-applikazzjoni tad-dazju definittiv kontra d-dumping. (6) F’Settembru 2000, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2042/2000 [7], ikkonferma d-dazji definittivi kontra d-dumping li kienu imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku. (7) F’Jannar 2001 u f’Mejju 2001, il-Kunsill introduċa l-aħħar emendi għar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 billi żied ċerti mudelli suċċessuri ta’ sistemi ta’ kameras professjonali fl-Anness u b’hekk eskludihom mill-applikazzjoni tad-dazju definittiv kontra d-dumping. (8) Fl-aħħar, f’Settembru 2001, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1900/2001 [8], wara reviżjoni temporanja skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku, ikkonferma l-livell tad-dazju definittiv kontra d-dumping impost fuq il-produttur li jesporta Hitachi Denshi Ltd. 2. INVESTIGAZZJONI DWAR MUDELLI ĠODDA TA’ SISTEMI TA’ KAMERAS PROFESSJONALI 2.1. Proċedura (9) Żewġ produtturi Ġappuniżi li jesportaw, jiġifieri Victor Company of Japan Limited (JVC) u Ikegami Tsushinki Co Ltd (Ikegami), informaw lill-Kummissjoni fis-17 ta’ April 2001 u fit-12 ta’ Ottubru 2001 rispettivament, li huma kellhom l-intenzjoni li jintroduċu mudelli ġodda ta’ sistemi ta’ kameras professjonali fis-suq tal-Komunità u talbu lill-Kummissjoni sabiex iżżied dawn il-mudelli ġodda ta’ sistemi ta’ kameras professjonali inklużi l-aċċessorji tagħhom fl-Anness u b’hekk teżenthom mill-iskop tad-dazji kontra d-dumping. (10) Il-Kummissjoni informat lill-industrija tal-Komunità b’dan u tat bidu għal investigazzjoni limitata għad-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti li qiegħdin ikunu kkonsidrati jaqgħux fl-iskop tad-dazji kontra d-dumping u jekk il-parti operattiva tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 għandiex tkun emendata għal dan l-għan. 2.2. Mudelli li qiegħdin ikunu investigati (11) L-applikazzjonijiet li kienu riċevuti kienu jikkonċernaw il-mudelli ta’ sistemi ta’ kameras li ġejjin, flimkien ma’ l-informazzjoni teknika rilevanti: (i) JVC - Tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-kamera RM-P210E; (ii) Ikegami - head tal-kamera HDL-37E - head tal-kamera HDL-10 - head tal-kamera HDL-40 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera MA-400 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera CCU-37 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera CCU-10 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera RCU-400 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera RCU-240A - adapter tal-kamera CA-450. Il-mudelli kollha msemmija hawn fuq kienu preżentati bħala parti minn sistemi ta’ kameras professjonali dedikati għas-suq tal-vidjo professjonali. 2.3. Tisjib (12) Il-Kummissjoni wettqet eżaminazzjoni teknika. Minn din l-analiżi irriżulta li, minkejja l-iżvilupp li wrew dawn il-mudelli, dan ma kienx biżżejjed sabiex ikunu klassifikati bħala sistemi ta’ kameras tax-xandir jew tat-televiżjoni. Għalhekk, kien deċiż li l-mudelli kollha għandhom ikunu esklużi mill-iskop tal-miżuri eżistenti kontra d-dumping. (13) Il-Kummissjoni informat lill-industrija tal-Komunità u l-esportatur tat-TCS bit-tisjib tagħha u tathom oppurtunità sabiex jippreżentaw il-ħsibijiet tagħhom. Fuq il-bażi tat-tisjib tal-Kummissjoni u fid-dawl tal-fatt li l-partijiet interessati ma oġġezzjonawx għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, il-mudelli kollha u l-apparat relatat imniżżel fil-premessa 11 huma kkonsidrati bħala sistemi ta’ kameras professjonali. (14) Wara l-iżvelar tat-tisjib imsemmi hawn fuq, produttur li jesporta, jiġifieri Ikegami, talab li l-mudelli ta’ kameras prodotti u esportati minnu għandhom ikunu eżentati retroattivament mill-miżuri kontra d-dumping li qiegħdin fis-seħħ, irrespettivament mid-data ta’ l-importazzjoni tagħhom. Kien argomentat li billi dawn il-mudelli nstabu li huma sistemi ta’ kameras professjonali, id-dazju kontra d-dumping ma għandux japplika għal importi li saru qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament preżenti. (15) Sistemi ta’ kameras imniżżla fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 jistgħu jkunu kkonsidrati bħala eżentati mid-dazju, wara li jkun espressament determinat illi huma ma jistgħux jintużaw għal skopijiet ta’ xandir. Tali determinazzjoni tista’ issir biss wara eżaminazzjoni dettaljata mill-istituzzjonijiet tal-Komunità ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema ta’ kameras konċernata u, għalhekk, tali sistemi ta’ kameras jistgħu jkunu eżentati mill-applikazzjoni tad-dazju biss mill-mument li deċiżjoni affermattiva li jkun inkluż il-mudell in kwistjoni fl-Anness tkun ittieħdet. Billi hija hekk, l-eżenzjoni għandha fil-prinċipju tipproduċi l-effetti tagħha għall-futur biss, jiġifieri mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-Anness reviżjonat. (16) Madankollu, f’każijiet speċifiċi, l-Istituzzjonijiet tal-Komunità sabu li kien xieraq illi jeżentaw ċerti sistemi ta’ kameras professjonali mill-iskop tad-dazju kontra d-dumping b’effett retroattiv. F’dawn il-każijiet, il-mudelli ta’ kameras taħt eżaminazzjoni kienu ġew importati fil-Komunità biss bejn il-mument tat-talba għal eżenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ l-emenda rilevanti ta’ l-Anness. Konsegwentement dawn it-transazzjonijiet jistgħu jkunu identifikati fis-sistema ta’ l-eżaminazzjoni mill-Kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari kien ikkonsidrat aċċettabbli li ma jkunx impost id-dazju fuq l-importi li jsiru wara l-applikazzjoni għall-eżenzjoni. (17) Fil-każ preżenti, huwa rikjest effett retroattiv, irrispettivament mid-data ta’ l-ewwel importi, u għalhekk ikun ikopri importi li saru qabel it-talba għal eżenzjoni. L-investigazzjoni wriet illi ċerti mudelli ta’ kameras konċernati kienu tassew ġew diġà importati qabel talba xierqa għal eżenzjoni kienet saret lill-Kummissjoni, minkejja li għall-ewwel Ikegami afferma li l-ebda import tal-mudelli soġġett għat-talba ma kien sar qabel tali talba. (18) Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, kien ikkonsidrat li effett retroattiv ma jistgħax jingħata għal importi li seħħew qabel ma saret talba għal eżenzjoni lill-Kummissjoni. Eżenzjonijiet jistgħu jingħataw biss fuq il-bażi ta’ deċiżjoni affermattiva li jkunu nklużi ċerti tipi ta’ kameras fl-Anness. Tassew in-natura tas-sistema ta’ kameras in kwistjoni ma tistgħax tkun determinata qabel ma jinkisbu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżla fit-talba għal eżenzjoni. Ma teżisti l-ebda possibilità li l-Kummissjoni u l-Awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jevalwaw l-eżattezza tal-klassifikazzjonijiet CN magħmula minn produtturi li jesportaw fir-rigward ta’ mudelli ta’ kameras li ma jkunux diġà inġabu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Bħala riżultat ta’ dan, jekk l-eżenzjoni mid-dazju tingħata retroattivament għal data qabel id-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet l-applikazzjoni, ma jkun hemm l-ebda riskju fuq l-produtturi li jesportaw li jfittxu li jevitaw il-ħlas tad-dazju billi l-ewwel ifittxu li impurtaw l-mudelli tal-kameras tagħhom taħt kodiċi CN mhux appropjati, u b’hekk jevitaw id-dazju, u wara japplikaw għal eżenzjoni mid-data ta’ l-ewwel importazzjoni meta u jekk l-irregolaritajet jiġu għall-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet. Għalhekk, filwaqt illi talbiet għal effett retroattiv mid-data tar-riċeviment ta’ l-applikazzjoni għal eżenzjoni jistgħu jkunu kkonsidrati, m’huwiex xieraq li jkun estiż l-effett retroattiv għal importi li saru qabel ma saret talba, filwaqt li wieħed jieħu in konsiderazzjoni b’mod partikolari r-riskju serju ta’ l-evażjoni tal-miżuri. (19) Għalhekk, huwa deċiż li importi ta’ mudelli ta’ kameras ta’ l-Ikegami suġġetti għall-eżaminazzjoni importati f’data fil-jew wara l-ġurnata tar-riċeviment ta’ l-applikazzjoni għal eżenzjoni, jiġifieri fit-jew wara t-12 ta’ Ottubru 2001, għandhom ikunu eżentati mid-dazju. (20) Għal dawn l-istess raġunijiet, huwa deċiż li mudelli ta’ kameras tal-JVC ukoll suġġetti għall-eżaminazzjoni preżenti għandhom ikunu eżentati mid-dazju mid-data tar-riċeviment ta’ l-applikazzjoni għal eżenzjoni mill-Kummissjoni, jiġifieri mis-17 ta’ April 2001, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu japplika fil-konfront ta’ importi tal-mudelli li ġejjin li jkunu prodotti u esportati fil-Komunità Ewropea mill-produtturi li jesportaw li ġejjin mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet it-talba rilevanti għal eżenzjoni mid-dazju definittiv kontra d-dumping għal dawn il-mudelli, kif speċifikat hawn taħt: (a) Ikegami Tsushinki Co Ltd mit-12 ta’ Ottubru 2001: - head tal-kamera HDL-37E - head tal-kamera HDL-10 - head tal-kamera HDL-40 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera MA-400 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera CCU-37 - tagħmir għall-kontroll tal-kamera CCU-10 - tagħmir għall-kontroll mill-bogħod RCU-400 - tagħmir għall-kontroll mill-bogħod RCU-240A - adapter al-kamera CA-450; (b) Victor Company of Japan Limited mis-17 ta’ April 2001: - tagħmir għall-kontroll mill-bogħod RM-P210E. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Settembru 2002. Għall-Kunsill Il-President M. Fischer Boel [1] ĠU L 56, 06.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.2000, p. 2). [2] ĠU L 111, tat-30.4.1994, p. 106. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 176/2000 (ĠU L 22, tas-27.1.2000, p. 29). [3] ĠU L 255, 25.10.95, p. 11. [4] ĠU L 276, 09.10.97, p. 20. [5] ĠU L 22, 29.01.99, p. 10. [6] ĠU L 22, 27.01.00, p. 29. [7] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 951/2001 (ĠU L 134, tas-17.5.2001, p. 18). [8] ĠU L 261, 29.09.01, p. 3. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS Lista ta' sistemi ta' kameras professjonali li ma jikkwalifikawx bħala sistemi ta' kameras tat-televiżjoni (sistemi ta' kameras tax-xandir) li huma eżentati mill-miżuri Isem tal-kumpanija | Heads tal-kamera | Viewfinder | Tagħmir għall-kontroll tal-kamera | Tagħmir għall-kontroll operazzjonali | Tagħmir għall-kntroll master | Adapter tal-kamera | Sony | DXC-M7PK DXC-M7P DXC-M7PH DXC-M7PK/1 DXC-M7P/1 DXC-M7PH/1 DXC-327PK DXC-327PL DXC-327PH DXC-327APK DXC-327APL DXC-327AH DXC-537PK DXC-537PL DXC-537PH DXC-537APK DXC-537APL DXC-537APH EVW-537PK EVW-327PK DXC-637P DXC-637PK DXC-637PL DXC-637PH PVW-637PK PVW-637PL DXC-D30PF DXC-D30PK DXC-D30PL DXC-D30PH DSR-130PF DSR-130PK DSR-130PL PVW-D30PF PVW-D30PK PVW-D30PL DXC-327BPF DXC-327BPK DXC-327BPL DXC-327BPH DXC-D30WSP DXC-D35PH DXC-D35PL DXC-D35PK DXC-D35WSPL DSR-135PL | DXF-3000CE DXF-325CE DXF-501CE DXF-M3CE DXF-M7CE DXF-40CE DXF-40ACE DXF-50CE DXF-601CE DXF-40BCE DXF-50BCE DXF-701CE DXF-WSCE DXF-801CE | CCU-M3P CCU-M5P CCU-M7P CUU-M5AP | RM-M7G | — | CA-325P CA-325AP CA-325B CA-327P CA-537P CA-511 CA-512P CA-513 VCT-U14 | Ikegami | HC-340 HC-300 HC-230 HC-240 HC-210 HC-390 LK-33 HDL-30MA HDL-37 HC-400 HC-400W HDL-37E HDL-10 HDL-40 | VF15-21/22 VF-4523 VF15-39 VF15-46 VF5040 VF5040W | MA-200/230 MA-200A MA-400 CCU-37 CCU-10 | RCU-240 RCU-390 RCU-400 RCU-240A | — | CA-340 CA-300 CA-230 CA-390 CA-400 CA-450 | Hitachi | SK-H5 SK-H501 DK-7700 DK-7700SX HV-C10 HV-C11 HV-C10F Z-ONE (L) Z-ONE (H) Z-ONE Z-ONE A (L) Z-ONE A (H) Z-ONE A (F) Z-ONE A Z-ONE B (L) Z-ONE B (H) Z-ONE B (F) Z-ONE B Z-ONE B (M) Z-ONE B (R) FP-C10 (B) FP-C10 (C) FP-C10 (D) FP-C10 (G) FP-C10 (L) FP-C10 (R) FP-C10 (S) FP-C10 (V) FP-C10 (F) FP-C10 FP-C10 A FP-C10 A (A) FP-C10 A (B) FP-C10 A (C) FP-C10 A (D) FP-C10 A (F) FP-C10 A (G) FP-C10 A (H) FP-C10 A (L) FP-C10 A (R) FP-C10 A (S) FP-C10 A (T) FP-C10 A (V) FP-C10 A (W) Z-ONE C (M) Z-ONE C (R) Z-ONE C (F) Z-ONE C HV-C20 HV-C20M Z-ONE-D Z-ONE-D (A) Z-ONE-D (B) Z-ONE-D (C) Z-ONE.DA V-21 V-21W | GM-5 (A) GM-5-R2 (A) GM-5-R2 GM-50 GM-8A GM-9 GM-51 | RU-C1 (B) RU-C1 (D) RU-C1 RU-C1-S5 RU-C10 (B) RU-C10 (C) RC-C1 RC-C10 RU-C10 RU-Z1 (B) RU-Z1 (C) RU-Z1 RC-C11 RU-Z2 RC-Z1 RC-Z11 RC-Z2 RC-Z21 RC-Z2A RC-Z21A RU-Z3 RC-Z3 | — | — | CA-Z1 CA-Z2 CA-Z1SJ CA-Z1SP CA-Z1M CA-Z1M2 CA-Z1HB CA-C10 CA-C10SP CA-C10SJA CA-C10M CA-C10B CA-Z1A CA-Z31 CA-Z32 CA-ZD1 | Matsushita | WV-F700 WV-F700A WV-F700SHE WV-F700ASHE WV-F700BHE WV-F700ABHE WV-F700MHE WV-F350 WV-F350HE WV-F350E WV-F350AE WV-F350DE WV-F350ADE WV-F500HE WV-F-565HE AW-F575HE AW-E600 AW-E800 AW-E800A | WV-VF65BE WV-VF40E WV-VF39E WV-VF65BE WV-VF40E WV-VF42E WV-VF65B AW-VF80 | WV-RC700/B WV-RC700/G WV-RC700A/B WV-RC700A/G WV-RC36/B WV-RC36/G WV-RC37/B WV-RC37/G WV-CB700E WV-CB700AE WV-CB700E WV-CB700AE WV-RC700/B WV-RC700/G WV-RC700A/B WV-RC700A/G WV-RC550/G WV-RC550/B WV-RC700A WV-CB700A WV-RC550 WV-CB550 AW-RP501 AW-RP505 | — | — | WV-AD700SE WV-AD700ASE WV-AD700ME WV-AD250E WV-AD500E AW-AD500AE AW-AD700BSE | JVC | KY-35E KY-27ECH KY-19ECH KY-17FITECH KY-17BECH KY-F30FITE KY-F30BE KY-27CECH KH-100U KY-D29ECH KY-D29WECH | VF-P315E VF-P550E VF-P10E VP-P115E VF-P400E VP-P550BE VF-P116 VF-P116WE VF-P550WE | RM-P350EG RM-P200EG RM-P300EG RM-LP80E RM-LP821E RM-LP35U RM-LP37U RM-P270EG RM-P210E | — | — | KA-35E KA-B35U KA-M35U KA-P35U KA-27E KA-20E KA-P27U KA-P20U KA-B27E KA-B20E KA-M20E KA-27E | Olympus | MAJ-387N MAJ-387I | | OTV-SX2 OTV-S5 OTV-S6 | | | | Kamera OTV-SX | --------------------------------------------------