32002R1667



Official Journal L 252 , 20/09/2002 P. 0008 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1667/2002

tad-19 ta’ Settembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwarda l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-ftuħ tal-kwoti tariffarji, u li jidderogaw minn dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli stabbiliti fil-ftehim Ewropew ma’ l-Estonja [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2002 tas-27 ta’ Lulju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwota tariffarja Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli stabbiliti fil-ftehim Ewropew mal-Litwanja [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1362/2002 tat-22 ta’ Lulju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli stabbiliti fil-ftehim Ewropew mal-Latvja [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/2002 tad-29 ta’ Lulju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli stabbiliti fil-Ftehim Ewropew ma’ l-Ungerija [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1165/2002 [8], jistabbilixxi, inter alia, regoli dettaljati biex jiġu applikati għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib l-arranġamenti għall-importazzjoni stabbiliti fil-Ftehim Ewropej bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant. Għandu jiġi emendat sabiex jiġu implimentati l-konċessjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1151/2002, (KE) Nru 1361/2002, (KE) Nru 1362/2002 u (KE) Nru 1408/2002.

(2) Il-kwoti l-ġodda għandhom jinfetħu fl-1 ta’ Ottubru 2002 u l-kwoti eżistenti jinfetħu mill-ġdid jekk il-kwantitajiet li jirriżultaw mill-kwoti l-ġodda jeċċedu l-kwantitajiet miftuħa f’Lulju 2002. Minħabba li l-kwoti ta’ importazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 normalment jinfetħu fl-1 ta’ Lulju, għandu jsir provvediment għal deroga mill-Artikoli 6, 12 u 14 ta’ dak ir-Regolament.

(3) Ċerti kwoti ġodda jinvolvu kwantitajiet limitati li jagħmlu inapplikabbli l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. Din id-disposizzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata.

(4) Il-ħlas għall-darb’oħra tad-dazji ta’ l-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fil-partijiet 8 u 9 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) 2535/2001 kif kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mportati taħt liċenzi użati mill-1 ta’ Lulju 2000 jaqa’ taħt l-iskop ta’ l-Artikoli 878 sa 898 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [9], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 444/2002 [10].

(5) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv ghal Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 qed jiġi emdendat kif ġej:

1. L-Artikolu 5(b) qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(b) il-kwoti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000, (KE) Nru 2475/2000, (KE) Nru 2851/2000, (KE) Nru 1151/2002, (KE) Nru 1361/2002, (KE) Nru 1362/2002 u (KE) Nru 1408/2002;."

2. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-applikazzjonijiet għall-liċenzji m’għandhomx ikunu għal iżjed minn 10 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota għall-perjodu ta’ sitt xhur kif imsemmi fl-Artikolu 6, u għandhon ikunu għal mhux anqas minn 10 tunellati metriċi."

3. Il-punti 4, 7, 8 u 9 tat-Taqsima B ta’ l-Anness I għandhom jiġu mibdula bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Minkejja l-Artikolu 6 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2002 l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni jistgħu jintbagħtu mill-1 sa l-10 ta’ Ottubru 2002 għall-kwoti miftuħa fl-1 ta’ Ottubru 2002 imsemmija fil-punti 4, 7, 8 u 9 tal-Parti B ta’ l-Anness I ta’ l-istess Regolament.

L-applikazzjonijiet għall-liċenzji m’għandhomx ikunu għal iżjed minn 10 % tal-kwantità taħt il-kwota miftuħa fl-1 ta’ Ottubru 2002, u m’għandhomx ikunu għal inqas minn 10 tunellati metriċi.

2. Minkejja l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-operaturi li jkunu bagħtu l-applikazzjonijiet għall-liċenzji ta’ l-importazzjoni taħt waħda mill-kwoti msemmija fil-punti 4, 7, 8 u 9 tat-Taqsima B ta’ l-Anness I ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu li fih ikunu jistgħu jintbagħtu l-applikazzjonijiet ta’ bejn l-1 u l-10 ta’ Lulju 2002 jisgħtu jibagħtu applikazzjoni oħra għal dik il-kwota skond dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2002.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2002, ħlief għall-ftuħ tal-kwoti 09.4776, 09.4777 u 09.4778 fil-punt 4 tal-Parti B ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[3] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 15.

[4] ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 1.

[5] ĠU L 198, tas-27.7.2002, p. 13.

[6] ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 9.

[7] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29.

[8] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 49.

[9] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[10] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

ANNESS I B

4. Prodotti li joriġinaw fl-Ungerija

Nru tal-Kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet annwali (tunellati metriċi) ta' l- 1.7.2002 tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl- l- 1.7.2002 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.10.2002 | Kwantitajiet ta' l- 1.1.2003 tat- 30.6.2003 | Żieda annwali mill- 1.7.2003 |

09.4775 | 04010402 | | Eżenzjoni | 1300 | 227,5 | 422,5 | 650 | 130 |

09.4776 | – – | | Eżenzjoni | 50 | — | 25 | 25 | 10 |

09.4777 | 0404 | | Eżenzjoni | 50 | — | 25 | 25 | 10 |

09.4778 | 0405101104051019040510300405105004051090040520900405901004059090 | | Eżenzjoni | 300 | — | 150 | 150 | 30 |

09.4733 | 0406 | | Eżenzjoni | 4200 | 2100 | — | 2100 | 350 |

7. Prodotti li joriġinaw fl-Estonja

Nru tal-Kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet annwali (tunellati metriċi) ta' l- 1.7.2002 tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.7.2002 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.10.2002 | Kwantitajiet ta' l- 1.1.2003 tat- 30.6.2003 | Żieda annwali mill- 1.7.2003 |

09.4578 | 0401 | | Eżenzjoni | 800 | 400 | — | 400 | 150 |

09.4546 | 0402101904022119 | | Eżenzjoni | 14000 | 8000 | | 6000 | 0 |

09.4579 | 04031011 –04031039 | | Eżenzjoni | 800 | 240 | 160 | 400 | 240 |

09.4580 | 04039059040390610403906304039069 | | Eżenzjoni | 1120 | 560 | — | 560 | 210 |

09.4547 | 0405101104051019 | | Eżenzjoni | 4800 | 2400 | — | 2400 | 900 |

09.4582 | 040610 | | Eżenzjoni | 1120 | 560 | — | 560 | 210 |

09.4581 | 040620040630040640040690 | | Eżenzjoni | 4000 | 1600 | 400 | 2000 | 1200 |

8. Prodotti li joriġinaw fil-Latvja

Nru tal-Kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet annwali (tunellati metriċi) ta' l- 1.7.2002 tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.7.2002 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.10.2002 | Kwantitajie ta' l- 1.1.2003 tat- 30.6.2003 | Żieda annwali mill- 1.7.2003 |

09.4872 | 0401 | | Eżenzjoni | 200 | — | 100 | 100 | 20 |

09.4873 | 0402 | | Eżenzjoni | 3800 | 2525 | — | 1275 | 0 |

09.4874 | – – | | Eżenzjoni | 100 | | 50 | 50 | 10 |

09.4551 | 0405101104051019040510300405105004051090040520900405901004059090 | | Eżenzjoni | 2255 | 1127,5 | — | 1127,5 | 190 |

09.4552 | 0406 | | Eżenzjoni | 5000 | 1800 | 700 | 2500 | 500 |

9. Prodotti li joriġinaw fil-Litwanja

Nru tal-Kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet annwali (tunellati metriċi) ta' l- 1.7.2002 tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.7.2002 | Kwantitajiet miftuħa fl- 1.10.2002 | Kwantitajiet mill- 1.1.2003 tat- 30.6.2003 | Żieda annwali mill- 1.7.2003 |

09.4862 | 0401 | | Eżenzjoni | 3000 | — | 1500 | 1500 | 300 |

09.4863 | 0402 | | Eżenzjoni | 6350 | 3150 | 25 | 3175 | 635 |

09.4864 | – – | | Eżenzjoni | 300 | | 150 | 150 | 30 |

09.4865 | 0404 | | Eżenzjoni | 2000 | — | 1000 | 1000 | 200 |

09.4866 | 0405101104051019040510300405105004051090040520900405901004059090 | | Eżenzjoni | 2100 | 1050 | — | 1050 | 210 |

09.4557 | 0406 | | Eżenzjoni | 7200 | 3600 | — | 3600 | 600 |

--------------------------------------------------