32002R1644



Official Journal L 247 , 14/09/2002 P. 0025 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1644/2002

tat-13 ta' Settembru 2002

li jemenda għat-tielet darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxu l-esportazzjoni ta' ċertu merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, isaħħu l-projbizzjoni tat-titjir u jestendu t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta' l-Afghanistan [1], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1580/2002 [2], u b'mod partikolari l- l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li fuqhom huwa impost it-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond ir-Regolament.

(2) Fil-11 ta' Settembru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-elenku tal-persuni, l-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi, u għalhekk, l-Anness I għandu jkun emendat.

(3) Biex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni, l-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għandhom jiġu miżjuda mal-lista fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 237, tal-5.9.2002, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

Persuni, gruppi u entitajiet li se jkunu miżjuda fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002

Persuni Naturali

1. Wa'el Hamza Julaidan (magħruf ukoll bħala Wa'il Hamza Julaidan, Wa'el Hamza Jaladin, Wa'il Hamza Jaladin, u Abu Al-Hasan al Madani); data tat-twelid: 22 ta' Jannar 1958; post tat-twelid: Al-Madinah, Saudi Arabia; Saudi Nru tal-passaport A-992535.

Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet

2. Eastern Turkistan Islamic Movement jew East Turkistan Islamic Movement (ETIM) (magħruf anki bħala Eastern Turkistan Islamic Party).

--------------------------------------------------