32002R1634



Official Journal L 247 , 14/09/2002 P. 0007 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1634/2002

tat-13 ta' Settembru 2002

li jemenda, fid-dawl ta' konċessjonijiet ġodda li għalihom r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/2002 jipprovdi rigward ir-Repubblika ta' l-Ungerija — Regolamenti (KE) Nru 1279/98, (KE) Nru 1128/1999 u (KE) Nru 1247/1999 rigward ċerti kwoti ta' tariffa għall-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2345/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 32(1) miġjub fih,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/2002 tad-29 ta' Lulju 2002 li jistabblixxi konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa fuq ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessonijiet agrikoli provvduti bil-Ftehim ta' l-Ewropa ma' l-Ungerija [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1408/2002 ipprovda għal konċessjonijiet ġodda rigward l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella taħt il-kwoti ta' tariffa miftuħa mill-Ftehim ta' l-Ewropa ma' l-Ungerija. Il-konċessjonijiet ġodda ġew fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002, minbarra rigward il-konċessjoni li tinvolvi l-ftuħ tal-kwota ta' tariffa koperta min-numru tas-serje 09.4774.

(2) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti ta' implimetazzjoni tal-Kummissjoni li ġejjin:

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffa għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella appplikabbli taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 1727/2000, (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000 u (KE) Nru 2851/2000 għar-Repubblika ta' l-Ungerija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja [4], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2857/2000 [5].

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1128/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex tiġi applikata l-kwota tat-tariffa għal għoġiela li jiżnu mhux iktar minn 80 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [6], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1096/2001 [7].

- Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1247/1999 tas-16 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex tiġi applikata kwota tat-tariffa għall-bhejjem ta' l-ifrat ħajjin li jiżnu minn 80 sa 300 kilogramma u li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi [8], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1096/2001.

(3) Ħlas lura sħiħ jew parzjali ta' dazju ta' importazzjoni li jirriżulta mit-tnaqqis fid-dazju li seħħ fl-1 ta' Lulju 2002 għandu jingħata bi qbil ma' l-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [9], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 [10], u bl-Artikoli 878 et seq. tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jippreskrivu dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [11], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 [12].

(4) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1279/98 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. it-titolu għandu jiġi mibdul b':

"Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 tad-19 ta' Ġunju 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti tat-tariffa għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella pprovvduti fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000, (KE) Nru 2851/2000 u (KE) Nru 1408/2002 għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja(4) u r-Repubblika ta' l-Ungerija;"

2. l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Liċenzji ta' importazzjoni jridu jiġu presentati għal importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti mniżżla f'lista fl-Anness I li ġej taħt il-kwoti pprovduti fir-Regolamenti (KE) Nru 2290/2000, (KE) Nru 2433/2000, (KE) Nru 2434/2000, (KE) Nru 2435/2000, (KE) Nru 2851/2000 u (KE) Nru 1408/2002;"

3. it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(1)(ċ) għandu jiġi mibdul b':

"Grupp ta' prodotti' tfisser prodotti li joriġinaw f'pajjiż wieħed biss li hu mniżżel f'lista fl-Anness I; grupp ta' prodotti għandu jkopri jew prodotti taħt kodiċijiet tan-NM 0201 u 0202, jew prodotti taħt kodiċijiet tan-NM 02061095, 02062991, 02102010, 02102090, 02109951, 02109959 u 02109990 li joriġinaw mill-Ungerija, jew prodotti taħt kodiċijiet tan-NM 16025031, 16025039 u 16025080 li joriġinaw mir-Rumanija, jew prodotti taħt kodiċi tan-NM 160250 li joriġinaw mill-Polonja;"

4. L-Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul b:

"2. Minkejja l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, kaxxa 16 ta' applikazzjonijiet ta' liċenzji u liċenzji għandhom juru wieħed mill-gruppi tal-kodiċijiet tan-NM mniżżla f'lista fl-istess indent hawn isfel:

- 0201, 0202,

- 02061095, 02062991, 02102010, 02102090, 02109951, 02109959, 02109990,

- 16025031, 16025039, 16025080,

- 160250."

5. L-Anness I għandu jiġi mibdul bl-Anness ta' ma hawn.

Artikolu 2

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1128/1999 għandu jiġi mibdul b:

"2. Għall-kwantità riferita fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju tad-dwana għandha titnaqqas b':

- 80 % għal annimali li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja,

- 90 % għal annimali li joriġinaw mill-Polonja u l-Ungerija."

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1247/1999 għandu jiġi mibdul b':

"2. Għall-kwantità riferita fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju tad-dwana għandha titnaqqas b':

- 80 % għal annimali li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja,

- 90 % għal annimali li joriġinaw mill-Polonja u l-Ungerija."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Id-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2002: Manadnkollu, il-konċessjoni koperta min-numru tas-serje 09.4774 għandha tapplika mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 2002.

Fl-isem il-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 315, ta' l-1.12.2001, p. 29.

[3] ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 9.

[4] ĠU L 176, ta' l-20.6.1998, p. 12.

[5] ĠU L 332, tat-28.12.00, p. 55.

[6] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 50.

[7] ĠU L 150, tas-6.06.2001, p. 33.

[8] ĠU L 150, tas-17.6.1999, p. 18.

[9] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[10] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

[11] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[12] ĠU L 330, tas-27.12.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

Konċessjonijiet ta' importazzjoni tal-Komunità permezz ta' prodott u pajjiż ta' l-oriġini

(PIF = rata ta' dazji għal pajjiż l-iktar favorit)

Il-Pajjiżta' l-oriġini | Nru tas-Serje | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju (% ta' PIF) | Kwantità annwali mill- 1.7.2002 sa tat- 30.6.2003 (tunnellati metriċi) | Żieda annwalimill- 1.7.2003 (tunnellati metriċi) |

L-Ungerija | 09.4707 | 02010202 | Laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Eżentat | 13655 | 1365 |

09.4774 | 02061095 | Ġewwieni li jittiekel ta' l-annimali ta' l-ifrat, friskijew imkessħa, il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | Eżentat | 1000 | 100 |

02062991 | Ġewwieni li jittiekel ta' l-annimali ta' l-ifrat, friski, imkessħa, oħrajn, il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa |

0210201002102090 | Laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat, immellaħ jew fis-salmura, imnixxef jew fumigat |

02109951 | Il-falda l-irqiqa u l-falda l-ħoxna ta' annimali ta' l-ifrat |

02109959 | Ġewwieni ieħor ta' l-annimali ta' l-ifrat |

02109990 | Dqiq u laħam li jittiekel minn laħam jew ġewwieni |

Il-Polonja | 09.4824 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Eżentat | 19200 | 1600 |

160250 | Laħam ieħor imħejji jew priservat, ġewwieni jew ġewwieni tad-demm jew demm ta' annimali ta' l-ifrat |

Ir-Repubblika Ċeka | 09.4623 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 3500 | 0 |

Is-Slovakkja | 09.4624 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 3500 | 0 |

Ir-Rumanija | 09.4753 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | Eżentat | 3000 | 250 |

160250311602503916025080 | Laħam imħejji jew priservat ta' annimali ta' l-ifrat |

Il-Bulgarija | 09.4651 | 02010202 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 20 | 250 | 0 |

"

--------------------------------------------------