32002R1633



Official Journal L 247 , 14/09/2002 P. 0004 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1633/2002

tat-13 ta’ Settembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1429/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għaċ-ċanga u għall-vitella kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2002, (KE) Nru 1362/2002 u (KE) Nru 1361/2002 għall-Estonja, l-Latvja u l-Litwanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2345/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li hemm provdut għalihom fil-Ftehim Ewropew ma’ l-Estonja [3] fetaħ ċerti kwoti annwali ta’ tariffi għall-prodotti taċ-ċanga u tal-vitella.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1429/2002 [4] ma jistabbilixxix regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi għal faldi ħoxnin u faldi rqaq li hemm provdut għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1151/2002. Għaldaqstant din il-kwota għandha tiġi nkorporata fir-Regolament (KE) Nru 1429/2002.

(3) Il-kondizzjonijiet li taħthom wieħed jista’ japplika għal-liċenzja għandhom jiġu aġġustati.

(4) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1429/2002 huwa emendat b’dan li ġej:

1. it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(3)(b) huwa mibdul b’dan li ġej:

"Għall-Estonja, tlett gruppi huma magħmulin bil-mod li ġej:

Grupp 1: Kodiċi NM 0201 u 0202;

Grupp 2: Kodiċi NM 16025010;

Grupp 3: Kodiċi NM 02061095 u 02062991."

2. L-Artikolu 3(3)(ċ) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(ċ) għal kull grupp ta’ prodotti, applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikopru piż minimu ta’ 15-il tunnellata metrika mingħajr ma jaqbżu l-kwantità disponibbli kif definit fl-Artikolu 2.’;"

3. L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Applikazzjonijiet għall-liċenzji jistgħu jiġu sottomessi biss fl-ewwel 12-il ġurnata ta’ kull perjodu msemmi fl-Artikolu 2. Iżda, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2002, applikazzjonijiet għal prodotti għajr faldi ħoxnin u faldi rqaq li joriġinaw fl-Estonja (koperti b’ordni numru 09.4852) jistgħu jiġu sottomessi mhux aktar tard mill-20 ta’ Awissu 2002 u applikazzjonijiet għal faldi ħoxnin u faldi rqaq għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard mis-27 ta’ Settembru 2002.;"

4. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

[3] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 15.

[4] ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

Konċessjonijiet li japplikaw għall-importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi li ġejjin

(PAV = dazju tal-pajjiż l-aktar vantaġġjat)

Pajjiż ta' l-oriġini | Numru ta' l-ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (% ta' PAV) | Kwantità annwali għall- 1.7.2002 sa t- 30.6.2003 (tunnellati) | Żieda annwali mill- 1.7.2003 (tunnellati) |

L-Estonja | 09.4851 | 0201 | Laħam ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ | eżenti | 1100 | 350 |

0202 | Laħam iffriżat ta' annimali bovini |

16025010 | Laħam ta' annimali bovini ppreparat jew ippriservat, mhux imsajjar, inklużi taħlit ta' laħam jew ġewwieni msajjar jew laħam jew ġewwieni mhux imsajjar |

09.4852 | 0206109502062991 | Faldi ħoxnin u faldi rqaq ta' annimali bovini, friski, imkessħin jew iffriżati | eżenti | 100 | 30 |

Il-Latvja | 09.4871 | 0201 | Laħam ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ | eżenti | 675 | 75 |

0202 | Laħam ta' annimali bovini ffriżat |

02061095 | Ġewwieni li jista' jittiekel ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ, faldi ħoxnin jew faldi rqaq |

02062991 | Ġewwieni li jista' jittiekel ta' annimali bovini, faldi ħoxnin jew faldi rqaq |

021020 | Laħam ta' annimal bovini, mmellaħ jew fis-salmura, imnixxef jew iffumigat |

02109951 | Faldi ħoxnin jew faldi rqaq ta' annimali bovini |

02109990 | Dqiq u qamħ mitħun li jittiekel tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam |

160250 | Laħam ippreparat jew ippriservat ieħor jew ġewwieni tal-laħam ta' annimali bovini |

Il-Litwanja | 09.4861 | 0201 | Laħam ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ | eżenti | 2000 | 200 |

0202 | Laħam ta' annimali bovini ffriżat |

02061095 | Ġewwieni li jista' jittiekel ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ, faldi ħoxnin jew faldi rqaq |

02062991 | Ġewwieni li jista' jittiekel ta' annimali bovini, iffriżat, ieħor, faldi ħoxnin jew faldi rqaq |

021020 | Laħam ta' annimali bovini, mmellaħ jew fis-salmura, mnixxef jew iffumigat |

02109951 | Faldi ħoxnin jew faldi rqaq ta' annimali bovini |

02109990 | Dqiq u qamħ mitħun li jittiekel tal-laħam jew ta' ġewwieni tal-laħam |

160250 | Laħam ieħor ippreparat jew ippriservat jew ġewwieni tal-laħam ta' annimali bovini |

"

--------------------------------------------------