32002R1608



Official Journal L 243 , 11/09/2002 P. 0007 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2002

ta’ l-10 ta’ Settembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1661/1999 rigward il-lista ta’ l-uffiċċji tad-dwana li jippermettu d-dikjarazzjoni tal-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta’ Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw f’pajjiżi terzi wara l-inċident ta’ l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl [1] kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 616/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 661/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw f’pajjiżi terzi wara l-inċident ta’ l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1621/2001 [4], il-prodotti elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Istati Membri tad-destinazzjoni f’numru ristrett ta’ uffiċċji tad-dwana. L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1661/1999 fih il-lista ta’ dawn l-uffiċċji tad-dwana.

(2) Minħabba t-talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja, l-Isvezja u Franza, huwa approprjat li tiġi mmodifikata l-lista ta’ l-uffiċċji tad-dwana fit-territorju tagħhom.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1661/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(4) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1661/1999 huwa emendat kif ġej:

l-Anness III jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 82, tad-29.3.1990, p. 1.

[2] ĠU L 75, ta’ l-24.3.2000, p. 1.

[3] ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 17.

[4] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 18.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS III

IL-LISTA TA' L-UFFIĊĊJI TAD-DWANA LI FIHOM IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I JISTGĦU JIĠU DDIKKJARATI GĦAĊ-Ċ!IRKOLAZZJONI ĦIELSA FIL-KOMUNITÀ EWROPEA

Stati Membri | Uffiċċji tad-dwana |

| |

BELGIQUE/BELGIË | Anvers DE - voie maritime Bierset - (Grâce-Hollogne) DE - voies aérienne et/ou terrestre Bruxelles DE - voie aérienne Zaventem D - voie aérienne |

DANMARK | Kull port u ajruport fid-Danimarka |

DEUTSCHLAND | Baden-Württemberg | HZA Lörrach - ZA Weil-am-Rhein-Autobahn HZA Stuttgart - ZA Flughafen HZA Ulm - ZA Aalen |

Bayern | HZA München - ZA Flughafen HZA Hof - ZA Schirnding-Landstraße HZA Weiden - ZA Furth-im-Wald-Schafberg HZA Weiden - ZA Waidhaus-Autobahn HZA Bamberg - ZA Kulmbach HZA Nürnberg - ZA Neustadt-Aisch HZA Passau - ZA Phflipsreut HZA Regensburg - ZA Hafen HZA Regensburg - ZA Amberg HZA Schweinfurt - ZA Kitzingen |

Berlin | HZA Berlin - ZA Marzahn, Abfertigungsstelle Großmarkthalle HZA Potsdam - ZA Berlin-Flughafen-Tegel |

Brandenburg | HZA Frankfurt (Oder) - ZA Autobahn HZA Cottbus - ZA Forst-Autobahn HZA Potsdam - Berlin-Flughafen-Schönefeld |

Bremen | HZA Bremen - ZA Neustädter Hafen HZA Bremerhaven - ZA Bremerhaven |

Hamburg | HZA Hamburg-Hafen HZA Hamburg-Freihafen - ZA Ericus-Abfertigungsstelle Südbahnhof HZA Hamburg-Harburg - ZA Köhlfleetdamm HZA Hamburg-St. Annen - ZA Altona HZA Hamburg-Stadt - ZA Oberelbe HZA Hamburg-Hafen - ZA Waltershof HZA Itzehoe - ZA Hamburg-Flughafen |

Hessen | HZA Frankfurt-am-Main-Flughafen |

Mecklenburg-Vorpommern | HZA Neubrandenburg - ZA Pomellen - Grenzkontrollstelle Pomellen HZA Stralsund - ZA Rostock-Seehafen - Grenzkontrollstelle Rostock-Seehafen |

Niedersachsen | HZA Hannover - ZA Lüneburg HZA Braunschweig - ZA Göttingen HZA Hannover - Abfertigungsstelle |

Nordrhein-Westfalen | HZA Dortmund - ZA Ost HZA Düsseldorf - ZA Flughafen |

Rheinland-Pfalz | HZA Koblenz - ZA Idar-Oberstein, Grenzkontrollstelle Flughafen Hahn |

Sachsen | HZA Dresden - ZA Friedrichstadt, Grenzkontrollstelle Dresdenfriedrichstadt (für Eisenbahntransport) HZA Pirna - ZA Altenberg, AbfSt Zinnwald (für Straßentransport) HZA Löbau - ZA Ludwigsdorf-Autobahn, Grenzkontrollstelle Ludwigsdorf (für Straßentransport) |

Schleswig-Holstein | HZA Kiel - ZA Wik, Grenzkontrollstelle Kiel Ostuferhafen HZA Kiel - ZA Lübeck-Travemünde Grenzkontrollstelle |

EΛΛAΔA | Αθηνών, Πειραιά, Kρατικoύ Αερoλιμένα Αθηνών, Θεσσαλoνίκης, Αερoλιμένα Miκρας, Bόλoυ, Πατρών, Hρακλείoυ, Αερoλιμένα Hρακλείoυ Kρήτης, Kαβάλας, Iωαννίνων, Nαυπλίoυ |

ESPAÑA | Algeciras (Puerto), Alicante (Aeropuerto, Puerto), Almería (Aeropuerto, Puerto), Barcelona (Aeropuerto, Puerto), Bilbao (Aeropuerto, Puerto), Cádiz (Puerto), Cartagena (Puerto), Gijón (Aeropuerto, Puerto), Huelva (Puerto), A Coruña-Santiago de Compostela (Aeropuerto, Puerto), Las Palmas de Gran Canaria (Aeropuerto, Puerto), Madrid-Barajas (Aeropuerto), Málaga (Aeropuerto, Puerto), Palma de Mallorca (Aeropuerto), Pasajes-Irún (Aeropuerto, Puerto), Santa Cruz de Tenerife (Aeropuerto, Puerto), Santander (Aeropuerto, Puerto), Sevilla (Aeropuerto, Puerto), Tarragona (Puerto), Valencia (Aeropuerto, Puerto), Vigo-Villagarcía (Aeropuerto), Marín (Puerto), Vitoria (Aeropuerto), Zaragoza (Aeropuerto) |

FRANCE | Dunkerque (transport maritime) Lille (transport aérien et terrestre) Marseille (transport aérien, terrestre et maritime) Roissy (transport aérien et terrestre) Saint-Louis/Bâle (transport aérien et terrestre) Strasbourg (transport terrestre) Orly (transport aérien) Bordeaux (transport aérien) Lyon-Satolas (transport aérien) Nice-aéroport (transport aérien) Toulouse-Blagnac (transport aérien) Thionville (transport terrestre) Saint-Julien-en-Genevois (transport terrestre) Brive (transport terrestre) Le Puy-en-Velay (transport terrestre) Valence (transport terrestre) |

IRELAND | L-uffiċċji kollha tad-dwana |

ITALIA | Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Trieste Ufficio di Sanità aerea di Torino – Caselle Ufficio di Sanità aerea di Roma – Fiumicino Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Venezia Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Genova Ufficio di Sanità marittima di Livorno Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Ancona Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Brindisi Ufficio di Sanità aerea di Varese – Malpensa Ufficio di Sanità aerea di Bologna – Panicale Ufficio di Sanità marittima ed aerea di Bari Posto d'Ispezione frontaliera di Chiasso |

LUXEMBOURG | Bureau des douanes et accises Centre douanier – Lussemburgu Bureau des douanes et accises Lussemburgu-aéroport – Niederanven |

NEDERLAND | L-uffiċċji kollha tad-dwana |

ÖSTERREICH | Drasenhofen (Republik Tschechien) Berg (Slowakische Republik) Nickelsdorf (Republik Ungarn) Heiligenkreuz (Republik Ungarn) Spielfeld (Republik Slowenien) Tisis (Schweiz) Wien Flughafen Schwechat |

PORTUGAL | L-Ajruporti ta' Losbona, Porto u Faro Il-Portijiet ta' Lisbona u Leixões |

SUOMI – FINLAND | Helsinki, Vaalimaa, Niirala, Vartius, Raja-Jooseppi, Utsjoki, Kilpisjärvi |

SVERIGE | Arlanda, Göteborg, Landvetter, Helsingborg, Karlskrona, Stockholm, Ystad, Karlshamn |

UNITED KINGDOM | Belfast International Airport, Port of Belfast, Port of Dover, Port of Falmouth, Port of Felixstowe, Gatwick Airport, Port of Hull, Port of Larne, Port of London, Port of Southampton |

"

--------------------------------------------------