32002R1596



Official Journal L 240 , 07/09/2002 P. 0033 - 0033


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1596/2002

tas-6 ta’ Settembru 2002

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2760/98 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ programm għall-koperazzjoni f’salib il-fruntieri fl-istruttura tal-programm PHARE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta’ Diċembru 1989 fuq għajnuna ekonomika lil ċertu pajjiżi taċ-ċentru u lvant ta’ l-Ewropa [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 2500/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 ta’ dan,

Billi:

(1) Ir-reviżjoni tal-komunikazzjoni tal-PHARE 2000 "Issaħħaħ il-preparazzjoni għall-isħubija" annunzjat affrontament aktar programm-orjentat lejn l-użu ta’ "skemi" (miżuri) li jħallu il-koperazzjoni f’salib il-fruntieri PHARE sabiex jikkofinanza proġetti similari fid-daqs u fin-natura sabiex Interreg proġetti.

(2) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 t’April 2000 fuq il-pariri ta’ Interreg III [3] tipprovdi f’punt 11 u Annex II lista indikattiva ta’ suġġetti ta’ prijorità u miżuri eliġibbli relatati għall-koperazzjoni f’salib il-fruntieri (Interreg III strand A).

(3) L-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2760/98 [4], notevolment mit-twaqqif ta’ kumitati ta’ koperazzjoni konġunta u implimentazzjoni ta’ dokumenti ta’ programmi konġunti, xeħtet dawl għal bżonn ta’ aktar allinjament tal-azzjonijiet eliġibbli mal-Interreg.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2760/98 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ineħħi t-tieni subparagrafu ta’ 5(1) ta’ dan, taħt liema ċertu azzjonijiet jistgħu ikunu finanzjati biss taħt it-termini ta’ l-Artikolu 5(2).

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għar-Ristruttura Ekonomika f’ċertu Pajjiżi taċ-ċentru u Lvant tal-Ewropa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2760/98 it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Gunter Verheugen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 375, 23.12.89, p. 11.

[2] ĠU L 342, 27.12.01, p. 1.

[3] ĠU C 143, 23.05.00, p. 6.

[4] ĠU L 345, 19.12.98, p. 49.

--------------------------------------------------