Official Journal L 230 , 28/08/2002 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1530/2002 tas-27 ta’ Awwissu 2002 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jippreskrivi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jippreskrivi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’ikel li ġej mill-annimali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1181/2002 [2], u partikolarment l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu; Billi: (1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti progressivament għas-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha li huma wżati fi ħdan il-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel. (2) Limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara l-eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni kollha rilevanti li tikkonċerna s-sigurtà tar-residwi tas-sustanza konċernata għall-konsumatur ta’ l-ikel li ġej mill-annimali u l-impatt tar-residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-ikel. (3) Meta qed jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’ikel li ġej mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ annimal li fih ir-residwu jista’ jkun preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal trattat (tessut immirat) u n-natura tar-residwu li tkun rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu ta’ immarkar). (4) Minħabba n-nuqqas ta’ disponibilità ta’ prodotti mediċinali veterinarji għal ċerti speċi li jipproduċu l-ikel [3], il-limiti massimi ta’ residwu jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ metodi ta’ estrapolazzjoni minn limiti massimi ta’ residwu magħmula għal speċi oħra fuq bażi strettament xjentifika. (5) Għall-kontroll ta’ residwi, kif provdut fil-leġislazzjoni approprjata tal-Komunità, limiti massimi ta’ residwu għandhom normalment jiġu stabbiliti għall-intiżi tessuti ta’ fwied jew kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss maqlugħa mill-karkassi fil-moviment tal-kummerċ internazzjonali, u limiti massimi ta’ residwu għandhom għalhekk ukoll dejjem jiġu stabbiliti għall-muskoli jew għat-tessuti tax-xaħam. (6) Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jipproduċu l-ħalib jew naħal ta’ l-għasel, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti wkoll għall-bajd, ħalib jew għasel. (7) Dihydrostreptomycin, Streptomycin u Meloxicam għandhom jiġu inseriti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. (8) Azagly-nafarelin u Deslorelin aċetat għandhom jiġu inseriti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. (9) Biex tippermetti għat-tkomplija ta’ studji xjentifiċi, it-tul tal-validità tal-limiti massimi ta’ residwu proviżorju definit hawn qabel fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu jiġi estiż għall-Altrenogest. (10) Perjodu adegwat għandu jitħalla qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kull aġġustament li jista’ jkun neċessarju għall-awtorizzazzjonijiet biex jitpoġġew il-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fis-suq li ġew mogħtija skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] biex jieħdu in konsiderazzjoni il-provvedimenti ta’ dan ir-Regolament. (11) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma hawnhekk emendati kif indikat fl-Anness ma’ dan. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Awwissu 2002. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 172, tat-2.7.2002, p. 13. [3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibilità tal-prodotti mediċinali veterinarji (COM(2000) 806 finali). [4] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS A. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibjotiċi 1.2.10. Aminoglycosides "Sustanza(i) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu ta' immarkar | Speċje ta' annimal | MRLs | Tessuti immirati | Provvedimenti oħra | Dihydrostreptomycin | Dihydrotstreptomycin | Bovini, ovini | 500 μg/kg | Muskoli | | 500 μg/kg | Xaħam | | 500 μg/kg | Fwied | | 1000 μg/kg | Kliewi | | 200 μg/kg | Ħalib | | Porċini | 500 μg/kg | Muskoli | | 500 μg/kg | Ġilda u xaħam | | 500 μg/kg | Fwied | | 1000 μg/kg | Kliewi | | Streptomycin | Streptomycin | Bovini, ovini | 500 μg/kg | Muskoli | | 500 μg/kg | Xaħam | | 500 μg/kg | Fwied | | 1000 μg/kg | Kliewi | | 200 μg/kg | Ħalib | | Porċini | 500 μg/kg | Muskoli | | 500 μg/kg | Ġilda u xaħam | | 500 μg/kg | Fwied | | 1000 μg/kg | Kliewi" | | 4. Aġenti anti-infjammatorji 4.1. Aġenti anti-infjammatorji mhux ta’ l-isterojdi 4.1.3. Derivati ta’ aċidu enoliku "Sustanza(i) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu ta' immarkar | Speċje ta' annimal | MRLs | Tessuti immirati | Provvedimenti oħra | Meloxicam | Meloxicam | Equidae | 20 μg/kg | Muskoli | | 65 μg/kg | Fwied | | 65 μg/kg | Kliewi" | | B. L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 2. Komposti organiċi "Sustanza(i) attiva(i) farmakoloġikament | Speċje ta' annimal | Provvedimenti oħra | Azagly-nafarelin | Salmonidae | Mhux għall-użu f'ħut li minnhom ikunu prodotti l-bajd għall-konsum tal-bnedmin | Deslorelin aċetat | Equidae" | | Ċ. L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 6. Aġenti li jaħdmu fuq is-sistemi riproduttivi 6.1. Proġestoġeni "Sustanza(i) attiva(i) farmakoloġikament | Residwu ta' immarkar | Speċje ta' annimal | MRLs | Tessuti immirati | Provvedimenti oħra | Altrenogest | Altrenogest | Porċini | 3 μg/kg | Ġilda u xaħam | MRLs proviżorji jiskadu fl- 1.1.2005; għall-użu żootekniku biss | 3 μg/kg | Fwied | 3 μg/kg | Kliewi | Equidae | 3 μg/kg | Xaħam | 3 μg/kg | Fwied | 3 μg/kg | Kliewi" | --------------------------------------------------