32002R1514



Official Journal L 228 , 24/08/2002 P. 0001 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1514/2002

tad-19 ta’ Awissu 2002

li jimponi dazju definittiva kontra d-dumping u li tiġbor definittivament d-dazju proviżorja imposta fuq importi ta’ ċerti attrezzaturi ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew azzar li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mill-Malasja, mir-Russja, mir-Repubblika tal-Korea u mis-Slovakkja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li ikkonsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li ikkonsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra d-dumping minn pajjiżi terzi mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li ikkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. MIŻURI PROVIŻORJI

(1) Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 358/2002 [2] (ir-"Regolament proviżorju"), imponiet dazju proviżorja kontra d-dumping fuq importi ta’ ċerti tipi ta’ attrezzaturi ta’ tubi u pajpijiet (ATP), magħmulin mill-ħadid jew mill-azzar, li jaqgħu taħt kodiċi NM ex73079311, ex73079319, ex73079930 and ex73079990, li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mill-Malasja, mir-Russja, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Islovakkja.

(2) Huwa msemmi li l-perjodu ta’ l-investigazzjoni kontra d-dumping u l-ħsara kopra mill-1 ta’ April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 ("IP"). L-eżaminazzjoni tat-tendenza relevanti għall-analiżi tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1996 sal-31 ta’ Marzu 2001 ("il-perjodu taħt konsiderazzjoni").

B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(3) Wara l-imposizzjoni ta’ dazji proviżorji kontra d-dumping fuq importi ta’ ċerti attrezzaturi ta’ tubi u pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mill-Malasja, mir-Russja, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Islovakkja, xi partijiet interessati taw il-kummenti tagħhom bil-miktub.

Il-partijiet li talbu biex jagħmlu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu b’mod orali.

(4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li kienet neċessarja għal riżultati definittivi.

(5) Il-partijiet kollha ġew informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzali fuq liema bażi kienet irrakkomandata l-imposizzjoni ta’ dazji definittivi kontra d-dumping, u l-kollezzjoni definittiva ta’ ammonti assigurati permezz ta’ dazji proviżorji. Huma ingħataw ukoll perjodu fejn huma setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti dwar din l-isvelazzjoni.

(6) Il-kummenti orali u bil-miktub mogħtija mill-partijiet kienu kkonsidrati, u fejn kien xieraq, ir-riżultati proviżorji nbidlu kif suppost.

C. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT JIXXIEBAĦ

(7) Fl-assenza ta’ xi kummenti, d-deskrizzjoni tal-prodotti u d-definizzjoni tal-prodott li jixxiebaħ kif murija fil-premessi 9 sa 12 tar-Regolament proviżjonali huma kkonfermati.

D. DUMPING

1. Metodoloġija ġenerali

(8) Fl-assenza ta’ xi kummenti, l-metodoloġija ġenerali li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping kif murija fil-premessi 15 sa 28 tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

2. Marġni kontra d-dumping

(9) Fl-assenza ta’ xi kummenti, id-determinazzjoni tal-valur normali, il-prezz ta’ l-esportazzjoni u t-tqabbil għar-Repubblika Ċeka, l-Malasja, r-Repubbllika tal-Korea, l-Islovakkja u d-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ l-ekonomija tas-suq u l-pajjiż analogu tar-Russja, kif deskritt fil-premessi 29 sa 60 tar-Regolament proviżjonali, huma kkonfermati.

(10) Il-marġni definittivi tad-

dumping

, il-marġni definittivi tad-

dumping

, espressi bħala perċentaġġ tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fil-fruntier tal-Komunità, huma ikkonfermati kif ġejjin:

Pajjiż | Kumpannija | Marġni tad-dumping (%) |

ir-Repubblika Ċeka | Mavet a.s., Trebic | 17,6 |

Bovex s.r.o. | 22,4 |

Il-Malasja | Anggerik Laksana Sdn Bhd | 59,2 |

Repubblika tal-Korea | 83,9 |

l-Islovakkja | Bohus s.r.o. | 7,7 |

Zeleziarne Podbrezova a.s. | 15,0 |

ir-Russja | 43,3 |

E. L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(11) Fl-assenza ta’ ċerti kummenti, r-riżultati proviżorji li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kif deskritti fil-premessi 61 sa 62 tar-Regolament proviżjonali huma kkonfermati.

F. ĦSARA

1. Il-konsum tal-Komunità

(12) Fl-assenza ta’ informazzjoni ġdida., r-riżultati proviżorji li jikkonċernaw il-konsum tal-Komunità kif deskritti fil-premessi 63 sa 64 tar-Regolament Proviżorju huma kkonfermati.

2. Importi mill-pajjiżi ikkonċernati

Stima kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importi ikkonċernati, l-volum, is-sehem fis-suq u l-prezzijiet ta’ l-importi ikkonċernati

(13) Ir-Regolament proviżjonali ikkonkluda li l-importi li oriġinaw mill-pajjiżi ikkonċernati għandhom jiġu stmati b’mod kumulattiv sakemm il-kriteri stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ntlaħqu. Verament, il-marġni tad-dumping li nstabu għall-pajjiżi kollha kkonċernati kienu ħafna anqas mill-minimu, l-volum ta’ l-importi kien ta’ ftit importanza, u l-istima kumulattiva kienet xierqa meta mqabbla mal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, kemm bejn l-importi, kif ukoll bejn l-importi u l-prodott jixxiebah tal-Komunità. Kondizzjonijiet simili ta’ kompetizzjoni ġew approvati bil-fatt li l-attrezzaturi importati (ATP) u dawk tal-Komunità li jixbhuhom, kienu mqassma permezz ta’ l-istess mezzi ta’ kummerċ taħt l-istess kondizzjonijiet tal-kummerċ. Barra dan, il-volumi kollha ta’ l-importi kienu sostanzjali, u rriżultaw f’ishma sinifikanti fis-swieq, li żdiedu bejn l-1996 u l-IP, u li ġew imniżżla fil-prezz aktar mill-prodotti tal-Komunità, u li għalhekk irriżultaw għal kriżi fil-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

(14) Fl-assenza ta’ ċerti kummenti taħt l-intestaturi msemmija fuq, ir-riżultati proviżorji kif deskritti fil-premessi 65 sa 67 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

Tnaqqis fil-prezzijiet

(15) Wieħed produttur Slovakk li jesporta l-prodotti staqsa dwar il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni rigward il-kalkolu tal-marġni tat-tnaqqis fil-prezzijiet. Dan huwa releatat b’mod speċifiku mal-metodu hekk imsemmi "zeroing", fejn marġni pożittivi għal dawk il-mudelli li huma mnaqqsa aktar mill-oħrajn huma mwarrba. Dan l-argument huwa bbażat fuq il-konklużjonijiet milħuqa mill-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-każ ta’ prodotti ta’ drappijiet, każ [3], fejn, fuq il-fatti kkonċernati, l-prattika ta’ zeroing, meta kienu qed jiġu stabbiliti l-eżistenzi tal-marġini tad-dumping, li f’dak il-kas kienu stabbiliti bi tqabbil tal-valur medju normali mal-prezz medju ta’ l-esportazzjoni kif stabbilit mill-Kummissjoni, instab li kien inkonsistenti ma’ l-Artikolu 2.4.2 ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar il-Qbil kontra d-Dumping.

(16) Għal din ir-raġuni, għandu jkun notat li l-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Kummerċ f’kull ċirkostanza, eżamina esklussivament il-prattika ta’ "zeroing" meta użata biex tistabbilizza l-eżistenza ta’ marġni kontra d-dumping. Barra dan, il-Qbil kontra d-Dumping ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ma’ jistabbilixxix xi kondizzjonijiet metodoloġiċi għal kalkolazzjoni tat-tnaqqis fil-prezzijiet.

(17) Għaldaqstant, fil-każ kurrenti, quddiem dawn il-ftit mudelli fejn ma nsabx tnaqqis fil-prezz, l-applikazzjoni tal-metodoloġija ta’ "zeroing" ma twassalx għal riżultati differenti b’mod sinifikanti ħafna, d-differenza bejn l-applikazzjioni ta’ valur żero jew li ma jammontax għal anqas minn 1 %. Fi kliem iehor, il-marġni tat-tnaqqis fil-prezzijiet jibqgħu sinifikanti anke jekk zeroing ma jiġix applikat.. Għalhekk dan l-argument ma kienx aċċettat.

(18) L-industrija tal-Komunità argumentat li m’ għandux jitranġa il-livell tal-kummerċ sabiex jistabbilixxi l-marġni tat-tnaqqis fil-prezzijiet. Għaldaqshekk, kemm il-produtturi li jesportaw kif ukoll l-industrija tal-Komunità jipprovvistaw l-istess kategorija ta’ klijenti, u għalhekk jaġixxu fuq l-istess livell ta’ kummerċ. Kien argumentat ukoll li konsegwentament, aġġustament baxx ħafna li jirrigwarda l-prezz tal-iżdoganar kien ġustifikat.

(19) Analiżi aktar fit-tul dwar l-informazzjoni disponibbli tistabbilixxi li kemm l-industrija tal-Komunità u l-produtturi li jesportaw ġeneralment jipprovvistaw lill-istess tip ta’ klijenti fil-Komunità, i.e. bl-ingrossa. Dan kien appoġġjat bil-fatt li tlett importaturi mhux relatati li kkoperaw, li jaħdmu bl-ingrossa, kienu pprovvisti minn kemm l-industrija tal-Komunità, kif ukoll minn produtturi li jesportaw mill-pajjiżi kkonċernati. L-argument kien għalhekk aċċettat u l-marġni tat-tnaqqis fil-prezzijiet kien revedut. L-aġġustament revedut kien limitat għal ammont li jinkludi esklussivament l-ispejjeż ta’ l-iżdoganar, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija minn importaturi mhux relatati li kkoperaw.

(20) L-industrija tal-Komunità kompliet tanalizza l-livell tal-marġni tat-tnaqqis fil-prezz ta’ wieħed mill-produtturi mill-Islovakkja li jesportaw. Kien argumentat li dan il-livell ta’ tnaqqis fil-prezzijiet kien inkonsistenti mal-livell tal-prezz medju kif mogħti mill-istatistiċi tal-kummerċ internazzjonali, kif ukoll minn informazzjoni tas-swieq.

(21) Il-kalkoli tal-marġni tat-tnaqqis fil-prezzijiet kienu reveduti, u nstab żball klerikali fil-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni użati biex jistabbilixxu l-marġni ta’ tnaqqis fil-prezzijiet ta’ dan l-esportatur. Għalhekk dan il-marġni kien revedut.

(22) Meta wieħed jikkonsidra dan ta’ fuq, l-marġni ta’ tnaqqis peżat, revedut u definittiv għal kull pajjiż, espress bħala perċentaġġ tal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità huma kif ġejjin:

- Ir-Repubblika Ċeka: minn 19 % sa 21 %,

- Il-Malasja: minn 52 % sa 72 %,

- Ir-Russja: 26 %,

- Ir-Repubblika tal-Korea: 23 %,

- L-Islovakkja: minn 15 % sa 36 %.

3. Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(23) Huwa mfakkar li l-introduzzjoni tal-miżuri kontra ċ-¬ina, l-Kroazja u t-Tajlandja kellhom impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. Ħafna mill-indikaturi tal-ħsara urew żvilupp pożittiv bejn l-1996 u 1998. Il-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità u l-volum tal-bejgħ żdiedu, u rriżulta fi gwadann fl-ishma fis-suq u żieda ukoll fl-impjiegi. Indikaturi ta’ profittabilità bħal profitti/telf bħala perċentaġġ tal-valur tal-bejgħ, prospetti fuq investimenti u l-ammonti ta’ flus ukoll żdiedu b’mod favorevoli. Madankollu, wara l-1998, is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità marret lura: filwaqt li l-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli, u l-użu tal-kapaċità, l-impjiegi u l-pagi żdiedu ftit, indikaturi kruċjali bħall-volum tal-bejgħ u l-ishma fis-swieq naqsu, kif ukoll l-profitti, l-prospetti fuq l-investimenti, l-ammont ta’ flus u l-prezzijiet. Fuq il-bażi ta’ riżultat bħal dan ta’ fuq, u fuq riżultati li jirrigwardaw l-produttività, investimenti, tkabbir u l-kobor ta’ l-importi li jifqgħu s-suq, ġie konkluż li, fi stadju proviżjonali, l-Komunità sofriet ħsara materjali.

(24) Fl-assenza ta’ ċerti kummenti, l-fatti u l-figuri kif murija fil-premessi 72 sa 87 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4. Konklużjoni fuq il-ħsara

(25) Fl-assenza ta’ aktar kummenti rigward ir-riżultati, barra minn dawk imsemmija hawn fuq, il-konklużjoni milħuqa kif murija fil-premessi 88 tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata.

Ġ. KAWŻALITÀ

(26) Fl-assenza ta’ xi nformazzjoni ġdida miġbura dwar l-kawżalità, r-riżultati u l-konklużjonijiet milħuqa kif murija fil-premessi 89 sa 97 tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati.

H. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(27) Fl-assenza ta’ xi nformazzjoni ġdida mogħtija fl-interess tal-Komunità, r-riżultati u l-konklużjonijiet milħuqa kif murija fil-premessi 98 sa 111 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

I. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D-DUMPING

1. Livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara.

(28) Ibbażati fuq il-metodoloġija kif spjegata fi premessij 112 sa 115 tar-Regolament proviżorju livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara kien ikkalkolat sabiex jistabbilixxi l-livell tal-miżuri imposti definittivament.

(29) Wieħed produttur li jesporta staqsa l-livell tal-marġni 5 % tal-profitt użat għall-għan li jistabbilixxi l-prezz li ma jikkawżax ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità, u li qal li kien għoli ħafna. Huwa qal ukoll li dan il-livell ta’ marġni tal-profitt ma kienx spjegat biżżejjed fid-dokument svelat.

(30) Dwar l-ewwel pretensjoni, huwa mfakkar li, meta wieħed iħares lejn l-impatt negattiv fuq il-profittabiltà ta’ l-industrija tal-Komunità li rriżultat mill-prezzijiet ħżiena kkawżati mid-dumping, kif indikat fil-premessi 71 tar-Regolament proviżorju, l-kalkolazzjoni tal-prezz li ma jagħmilx ħsara kien ibbażat fuq livell ta’ profitt li l-industrija tal-Komunità setgħat laħqet fl-assenza tad-dumping.. Kif spjegat fil-premessi 114 tar-Regolament proviżorju, marġni ta’ profitt ta’ of 5 % kien ikkonsidrat raġonevoli, sakemm l-livell tal-profitt jikkorrespondi l-livell tal-profitt attwali li l-industrija tal-Komunità setgħat tilħaq fl-1997, f’suq tal-Komunità ħieles minn dumping. Verament, f’dak iż-żmien, miżuri ġew meħudha kontra ċ-Ċina, l-Kroazja u t-Tajlandja, u s-sehem tas-swieq ta’ l-importi minn dawn il-pajjiżi kkonċernati kien relattivament baxx. Barra minn hekk, dan il-marġni ta’ profitt jippermetti lill-industrija tal-Komunità sabiex tagħmel investimenti neċessarji. Rigward it-tieni pretensjoni, għandu jkun notat li l-Kummissjoni spegat f’dettall suffiċjenti fid-dokument svelat il-bażi fuq liema ġie kkalkolat l-marġni ta’ profitt użat għall-prezz li ma jagħmilx ħsara, kif spejat ukoll fil-premessi 114 tar-Regolament proviżorju. Il-pretensjonijiet kellhom għalhekk jiġu miċħuda.

(31) Barra minn hekk, l-istess livell ta’ profitt kien ukoll użat biex jiġi stabbilit il-marġni ta’ ħsara fil-proċeduri li jikkonċernaw il-pajjiżi msemmijja hawn fuq, u m’hemm l-ebda raġuni li nemmnu li tibdil sinifikanti seħħ minn dak iż-żmien l’hawn.

(32) L-użu ta’ margni ta’ profitt ta’ 5 % tal-valur tal-bejgħ għall-kalkolazzjoni tal-prezz li ma jagħmilx ħsara huwa għalhekk ikkonfermat.

(33) Fuqil-bażi msemmijja hawn fuq, il-metodoloġija użata sabiex tistabbilixxi l-eliminazzjoni tal-ħsara kif deskritta fil-premessi 112 sa 115 tar-Regolament proviżorju hija ikkonfermata.

(34) Kif imsemmi hawn fuq rigward marġni li jniżżlu l-prezzijiet, marġni ta’ ħsara kienu reveduti u emendati għal wieħed mill-produtturi li jesporta mill-Islovakkja.

2. Forma u livell tad-dazju

(35) Fid-dawl ta’ dan, u bi qbil ma’ l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju definittiv kontra d-dumping għandha tiġi mposta rigward ir-Repubblika Ċeka, l-Malasja, r-Russja, r-Repubblika tal-Korea u l-Islovakkja. Dan id-dazju għandu jkun impost skond il-livell tal-marġni tad-dumping, minbarra r-Repubblika tal-Korea, fejn il-marġni ta’ ħsara kien anqas mill-marġni tad-dumping.

(36) Fuq il-bażi msemmija hawn fuq, id-dazji definittivi huma kif ġejjin:

Pajjiż | Kumpannija | Dazju kontra d-dumping (%) |

Ir-Repubblika Ċeka | Il-Kumpanniji kollha | 22,4 |

Il-Malasja | Anggerik Laksana Sdn Bhd | 59,2 |

Oħrajn | 75,0 |

Ir-Russja | Il-Kumpanniji kollha | 43,3 |

Ir-Repubblika tal-Korea | Il-Kumpanniji kollha | 44,0 |

L-Islovakkja | Il-Kumpanniji kollha | 15,0 |

3. Ġbir ta’ taxxi proviżjonali

(37) Fir-rigward tal-kobor tal-marġni tad-dumping misjuba, u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità, huwa kkunisdrat neċessarju li l-ammont assigurat permezz tad-dazju proviżorjui konrta d-dumping impost mir-Regolament proviżorju, għandu jkun miġbur definittivament skond ir-rata tad-dazju definittiv impost. Fejn id-dazju definittiv huwa ogħla mid-dazju proviżorju, l-ammonti assigurati biss skond il-livell tad-dazju proviżorju għandhom jinġabru definittivament.

(38) Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn r-rati ta’ dazji ndividwali għall-kumpanniji kontra d-dumping (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ produzzjoni ġdida jew ta’ entità ta’ bejgħ ġdida) għandha tkun mibgħutha lill-Kummissjoni [4] bl-informazzjoni relevanti kollha, b’mod partikolari xi modifikazzjonijiet tal-kumpannija rigward xi attivitajiet konnessi mal-produzzjoni, bejgħ domestiku jew esportat assoċjat ma’ eż. il-bidla fl-isem jew il-bidla fil-produzzjoni jew entitajiet ta’ bejgħ.. Il-Kummissjoni, jekk xieraq, għandha, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Avviżorju, tamenda r-Regolament billi taġġorna l-lista ta’ kumpanniji li jibbenefikaw minn rati ta’ taxxi ndividwali.

4. Impriżi

(39) Huwa msemmi li wieħed produttur li jesporta mill-Islovakkja offra impriża fil-prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Din l-impriża fil-prezzijiet ġiet aċċettata fir-Regolament proviżorju.

(40) Sussegwenti għall-imposizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping, wieħed produttur li jesporta mir-Repubblika Ċeka offra mpriża fil-prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Billi għamel hekk, huwa qabel li jbigħ il-prodotti kkonċernati skond jew aktar mill-livell tal-prezzijiet li jeliminaw l-effetti negattività d-dumping. Il-Kumpannija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u dettalljata li tikkonċerna l-esporti tagħha lill-Komunità, u għalhekk tfisser li l-impriża tista’ tiġi mmonitorjata b’mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-bejgħ ta’ dan il-produttur li jesporta hija waħda li l-Kummissjoni tikkunisidra li r-riskju ta’ kontravenzjoni ta’ l-impriża mifthema huwa limitat.

(41) Sabiex tgħin lill-Kummissjoni timmonitorja b’mod effettiv il-qbil tal-kumpannija bl-impriża tagħha, meta t-talba għall-ħlas f’ċirkolazzjoni libera tkun preżentata lill-awtorità tad-dwana relevanti, eżenzjoni mid-dazju kontra d-dumping għandha tkun kondizzjonali, fuq il-preżentazzjoni ta’ rċevuta kummerċjali li tinkludi mill-anqas l-elementi msemmijja fl-Anness. Dan il-livell ta’ informazzjoni huwa neċessarju ukoll sabiex jgħin lill-awtoritajiet tad-dwana jkunu ċerti, bi preċiżjoni suffiċjenti, li t-trasbord jikkorrespondi mad-dokumenti kummerċjali. Fejn irċevuta simili ma tiġix preżentata, jew fejn hija ma taqbilx mal-prodott preżentat fid-dwana, r-rata xierqa ta’ dazju kontra d-dumping għandha tiġi mħallsa minflok.

(42) Fir-rigward ta’ dan, l-offerta ta’ l-impriża hija għalhekk ikkonsidrata aċċettata mill-Kummissjoni u l-kumpannija kkonċernata ġiet informata bil-fatti essenzali, bil-kunsiderazzjonijiet u bl-obbligi fuq liema l-aċċettazzjoni hija bbażata.

(43) Għandu jkun notat li fil-każ ta’ xi ksur jew irtirar ta’ l-impriża jew suspett ta’ ksur, d-dazju kontra d-dumping jista’ jkun impost, skond l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

(44) L-impriża msemmija hawn fuq hija aċċettata minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/675/KE [5],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittivkontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importi ta’ attrezzaturi ta’ tubi u pajpijiet (minbarra attrezzaturi magħmulin minn forom, flanġijiet jew attrezzaturi minsuġin) mill-ħadid jew azzar (ma jinkludux dawk magħmulin minn taħlita ta’ l-azzar li ma ssaddadx) bl-akbar diametru ta’ barra li ma jaqbiżx 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew xi użi oħra, li jaqgħu taħt il-kodici NM ex73079311 (kodiċi TARIC 73079311*91 u 73079311*99), ex73079319 (kodiċi TARIC 73079319*91 u 73079319*99), ex73079930 (kodiċi TARIC 73079930*92 u 73079930*98) u ex73079990 (kodiċi TARIC 73079990*92 u 73079990*98) u li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mil-Malasja, mir-Russja, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Islovakkja.

2. Ir-rata ta’ dazju definittiv kontra d-dumping applikabbli għall-prezzijiet netti u meħlusa fil-fruntier tal-Komunità, qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej għall-prodotti ffabbrikati minn:

Pajjiż | Kumpanniji | Taxxa definittiva kontra l-importi li jifqgħu s-suq (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Ir-Repubblika Ċeka | Mavet a.s., Trebic | 17,6 | A323 |

Il-Kumpanniji l-oħra kollha | 22,4 | A999 |

Il-Malasja | Anggerik Laksana Sdn Bhd, Selangor Darul Ehsan | 59,2 | A324 |

Il-kumpanniji l-oħra kollha | 75,0 | A999 |

Ir-Russja | Il-kumpanniji kollha | 43,3 | |

Ir-Repubblika tal-Korea | Il-kumpanniji kollha | 44,0 | |

L-Islovakkja | Bohus s.r.o., Nálepkova 310, 976 45 Hronec | 7,7 | A329 |

3. Minkejja paragrafu 1, id-dazju definittiv kontra d-dumping m’għandux japplika għal importi meħlusa f’ċirkolazzjoni libera bi qbil ma’ l-Artikolu 2.

4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1. Importi ddikkjarati għal ħlas f’ċirkolazzjoni libera taħt il-kodiċi addizjonali TARIC li ġejjin li huma prodotti u esportati (i.e. trasbordati u rċevuti) mill-kumpannija msemmija hawn taħt għal kumpannija fil-Komunità li taħdem bħala l-importatur, għandhom jiġu eżentati mid-dazju kontra d-dumping impost mill-Artikolu 1 sakemm dawn l-importi huma mpurtati b’konformità ma’ paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Pajjiż | Kumpannija | Kodiċi addizjonali TARIC |

Ir-Repubblika Ċeka | Bovex s.r.o., Hercikova 4, 612 00 Brno | A387 |

L-Islovakkja | Bohus s.r.o., Nálepkova 310, 976 45 Hronec | A329 |

2. Importi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżentati mid-dazju kontra d-dumping fuq il-kondizzjoni li:

(a) irċevuta kummerċjali li tinkludi mill-anqas l-elementi msemmija fl-Anness tiġi preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri meta ppreżentati bid-dikjarazzjoni għal ħlas f’ċirkolazzjoni libera; u

(b) il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana taqbel eżatt mad-deskrizzjoni fuq l-irċevuta kummerċjali.

Artikolu 3

Ammonti assigurati permezz ta’ dazji proviżjorji kontra d-dumping konformi mar-Regolament (KE) Nru 358/2002 fuq importi ta’ ċerti attrezzaturi ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew azzar, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex73079311, ex73079319,ex73079930 u ex73079990 u li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mil-Malasja, mir-Russja, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Islovakkja għandhom jiġu miġbura definittivament skond ir-rata ta’ dazju imposta b’mod definittiv. Fejn d-dazji definittivi definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, l-ammonti assigurati biss skond il-livell tad-dazji proviżorji għandhom jiġu miġbura.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Awissu 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

[1] ĠU L 56, 06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.2000, p. 2).

[2] ĠU L 56, 27.02.2002, p. 4.

[3] Komunitajiet Ewropej: Taxxi kontra d-dumping fuq importi ta’ materjal għas-sodod magħmul mill-qoton li joriġina mill-Indja, WT/DS/AB/R, ta’ l- 1.3.2001.

[4] Kummissjoni Ewropea, DG Kummerċ, Directorate B, J-79 - 3/35, B-1049 Brussel.

[5] Ara paġna 34 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

L' elementi li ġejjin għandhom jiġu ndikati fl-irċevuta kummerċjali li takkompanja l-bejgħ tal-kumpannija ta' l-attrezzaturi ta' tubi u pajpijiet lill-Komunità li huma soġġetti għall-impriża.

1. L-Intestatura "IRĊEVUTA KUMMERĊJALI LI TAKKOMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦALL-IMPRIŻA".

2. L-isem tal-kumpannija msemmi fl-Artikolu 2(1) li toħroġ l-irċevuta kummerċjali.

3. In-numru ta' l-irċevuta kummerċjali.

4. Id-data tal-ħruġ ta' l-irċevuta kummerċjali.

5. Il-kodiċi addizjonali TARIC taħt liema l-merkanzija ta' fuq l-irċevuta għandha tkun żdoganata fil-fruntier tal-Komunità.

6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, li tinkludi:

- In-Numru tal-Kodiċi tal-Prodotti (PCN),

- id-deskrizzjoni tal-merkanzija li taqbel man-PCN (eż. "PCN 1…", "PCN 2…"),

- in-numru tal-kodiċi tal-prodotti tal-kumpannija (CPC) (fejn applikabbli),

- kodiċi NM,

- kwantità (għandha tiġi mogħtija f'tunnellati u biċċiet).

7. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, li jinkludu:

- il-prezz għal kull tunnellata metrika u bil-biċċa,

- it-termini applikabbli għall-ħlas,

- it-termini applikabbli għat-tqassim,

- l-iskont totali u t-tnaqqis mis-somma dovuta.

8. L-isem tal-kumpannija li taħdem bħala l-importatur għal min l-irċevuta hija direttament maħruġa mill-kumpannija.

9. L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħarġet l-irċevuta ta' l-impriża u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: "Jien, iffirmat hawn taħt, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta minn (isem tal-kumpannija) għall-Komunità Ewropea tal-merkanzija msemmija f'din l-irċevuta huwa magħmul bl-iskop u taħt t-termini ta' l-impriża offruti minn (l-isem tal-kumpannija), u aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-Regolament (KE) Nru 358/2002 u/jew Deċiżjoni 2002/675/KE. Jien niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din l-irċevuta hija kompleta u korretta."

--------------------------------------------------