32002R1368



Official Journal L 198 , 27/07/2002 P. 0033 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1368/2002

tas-26 ta’ Lulju 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 31(14) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1166/2002 [4], jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [6], fir-rigward ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti dwar rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ikunu amministrati sewwa u jitnaqqas ir-riskju ta’ applikazzjonijiet spekulattivi u t-tfixkil ta’ l-arranġamenti għal ċerti prodotti tal-ħalib, hemm il-ħtieġa għal devjazzjoni mill-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-licenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [8], li jillimita l-porzjon tal-garanzija li għandu jintilef meta n-negozjant jirritorna l-liċenzja qabel it-tmiem tal-perjodu tal-validità.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti mit-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u li jippreskrivi aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli previsti fil-Ftehim Ewropew ma’ l-Estonja [9] jintroduċi konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti reċiproċi mit-tariffi li jinvolvu t-tneħħija ta’ rifużjonijiet tal-Komunità minn fuq ċerti prodotti tal-ħalib. Konċessjonijiet simili ġew miftehma mal-Latvja u l-Litwanja. Rifużjonijiet fuq il-prodotti kkonċernati ġew konsegwentement aboliti fil-każ tat-tliet pajjiżi Baltiċi mill-4 ta’ Lulju 2002. Sabiex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ ma’ dawn il-pajjiżi u jiġi garantit li dawk il-prodotti biss li ma jkunux ibbenefikaw minn rifużjonijiet jiġu esportati lilhom, arranġamenti speċifiċi għall-ħruġ ta’ liċenzji lil dawn il-pajjiżi għandhom jitħejjew kemm jista’ jkun malajr. Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Polonja bis-saħħa ta’ l-Artikolu 20b tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandhom ukoll japplikaw għall-pajjiżi u l-prodotti kkonċernati.

(3) L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 jistabbilixxi l-perjodu ta’ validità ta’ liċenzji għall-esportazzjoni. L-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/2002 [11], jistabbilixxi r-rata ta’ rifużjoni li għandha titħallas fil-każi fejn ma tkunx ġiet imħarsa d-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja. Sabiex jitħarsu l-konċessjonijiet mogħtija, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi evitat li liċenzji maħruġa għal pajjiżi terzi oħra ma jintużawx għall-esportazzjoni lejn dawk il-pajjiżi li lilhom ikunu ingħataw konċessjonijiet, u biex jippermettu li liċenzji jiġu kanċellati u li l-garanziji magħmula jiġu rilaxxati.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

(5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax l-opinjni tiegħu fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 9, ir-raba’ subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"B’eċċezzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-Artikolu 35(3) ta’ l-imsemmi Regolament m’għandux japplika għal licenzji maħruġa skond dan ir-Regolament."

2. L-Artikolu 20b huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 20b

1. Il-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw għal esportazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness VIII lejn id-destinazzjonijiet elenkati fih.

2. L-esportazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi elenkati fl-Anness VIII ta’ kopja ċertifikata tal-liċenzja ta’ esportazzjoni, maħruġa skond dan l-Artikolu, u kopja debitament iċċertifikata tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għal kull konsenja. L-oġġetti m’għandhomx ikunu ġew esportati qabel lejn pajjiż terz ieħor.

3. L-applikazzjonijiet għall-liċenzji u l-liċenzji għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej:

(a) Fil-Kaxxa 7, il-pajjiż ta’ destinazzjoni;

(b) Fil-Kaxxa 15, deskrizzjoni ta’ l-oġġetti skond in-Nomenklatura Magħquda;

(ċ) Fil-Kaxxa 16, il-kodiċi NM bi tmien numri u l-kwantità f’kilogrammi għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fil-Kaxxa 15;

(d) Fil-Kaxxi 17 u 18, il-kwantità totali tal-prodotti msemmija fil-Kaxxa 16;

(e) Fil-kaxxa 20, wieħed minn dawn li ġejjin;

- Exportación en virtud del artículo 20 ter del Reglamento (CE) no 174/1999

- Udførsel i overensstemmelse med artikel 20b i forordning (EF) nr. 174/1999

- Ausfuhr in Übereinstimmung mit Artikel 20b der Verordnung (EG) Nr. 174/1999

- Εξαγωγή σύμφωνα με το άρθρο 20β του κανονισμού (EK) αριθ. 174/1999

- Export in accordance with Article 20b of Regulation (EC) No 174/1999

- Exportation au titre de l’article 20 ter du règlement (CE) no 174/1999

- Esportazione in conformità all’articolo 20 ter del regolamento (CE) n. 174/1999

- Uitvoer op grond van artikel 20 ter van Verordening (EG) nr. 174/1999

- Exportação conforme o artigo 20.oB do Regulamento (CE) n.o 174/1999

- Asetuksen (EY) N:o 174/1999 20 b artiklan mukainen vienti

- Export i överensstämmelse med artikel 20b i förordning (EG) nr 174/1999;

(f) Fil-kaxxa 22, wieħed minn dawn li ġejjin;

- Sin restitución por exportación

- Uden eksportrestitution

- Ohne Ausfuhrerstattung

- Χωρίς επιστροφή κατά την εξαγωγή

- No export refund

- Sans restitution à l’exportation

- Senza restituzione all’esportazione

- Zonder uitvoerrestitutie

- Sem restituição à exportação

- Ilman vientitukea

- Utan exportbidrag;

(g) Il-liċenzji għandhom ikunu validi biss għall-prodotti u l-kwantitajiet hekk speċifikati.

4. Il-liċenzji maħruġa taħt dan l-artikolu għandhom iġorru magħhom obbligazzjoni li jesportaw lejn id-destinazzjoni murija fil-Kaxxa 7.

5. Fuq it-talba tal-parti kkonċernata, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tal-liċenzja endorsjata.

6. Il-ħruġ ta’ licenzji m’għandux ikun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ garanzija.

7. B’eċċezzjoni għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji m’għandhomx ikunu trasferibbli.

8. Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara.

9. Qabel l-aħħar ta’ Frar, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta’ liċenzji maħruġa fis-sena ta’ qabel, u l-kwantità ta’ prodotti kkonċernati, imqassma skond il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda.

10. Il-Kapitolu I m’għandux japplika.

11. B’eċċezzjoni għall-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, m’għandha ssir ebda rifużjoni fuq liċenzji użati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għal esportazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness VIII li fil-Kaxxa 7 jkunu juru destinazzjoni oħra barra minn dawk elenkati fl-imsemmi l-Anness."

3. L-Anness ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness VIII.

L-Artikolu 2

Kull meta jinħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-perjodu tagħhom ta’ validità jiskadi wara t-30 ta’ Ġunju 2002, liċenzji għal xi wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jkunu juri fil-Kaxxa 7 waħda mid-destinazzjonijiet elenkati f’dak l-Anness għandhom jiġu kkanċellati fuq it-talba tal-parti interessata, u l-garanziji relevanti għandhom jiġu rilaxxati fil-proporzjon tal-kwantitajiet mhux użati.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[3] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

[4] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 51.

[5] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[6] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

[7] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

[8] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

[9] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 15.

[10] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

[11] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS VIII

Applikazzjoni ta' l-Artikolu 20b

X applikazzjoni ta' l-Artikolu 20b.

Prodotti Kodiċi NM | Pajjiż ta' destinazzjoni |

Polonja | Estonja | Latvja | Litwanja |

0401 | | X | X | X |

0402 | | X | X | X |

ex0403:

04039011 | | X | X | X |

04039013 | | X | X | X |

04039019 | | X | X | X |

04039033 | | X | X | X |

04039051 | | X | X | X |

04039059 | | X | X | X |

040490 | | X | X | X |

ex0405:

04051011 | X | X | X | X |

04051019 | X | X | X | X |

04051030 | X | X | X | X |

04051050 | X | X | X | X |

04051090 | X | X | X | X |

04052090 | X | X | X | X |

04059010 | X | X | X | X |

04059090 | X | X | X | X |

"

--------------------------------------------------