32002R0988



Official Journal L 151 , 11/06/2002 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 988/2002

tat-3 ta' Ġunju 2002

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverzjoni ta' ċerti sostanzi għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 [2] li jistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.

(2) Fl-interessi tal-kjarezza u sabiex ikunu konformi ma "l-Artikolu 12(1) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu fid-Drogi Narkotiċi u s-Sustanzi Psiktropiċi tad-19 ta' Diċembru 1988, u mar-Riżoluzzjoni 20/4 tas-Sezzjoni Speċjali tal-1998 dwar id-drogi ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, id-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni għal sustanzi skedati elenkti fil-Kategorija 1 ta' l-Anness tar-Regolment (KEE) Nru 3677/90 għandhom ikunu separati minn dawk tan-notifika ta' qabel l-esportazzjoni."

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 3677/98 għandu jkun emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN ID-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3677/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, il-punt 1, it-tielet inċiż għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"— l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-esportatur, l-importatur, id-distributur u, bi qbil ma "l-Artikoli 4, 4a, 5 u 5a, il-konsinnatarju finali".".

2. L-Artikolu 4 għandu jkun mibdul b'L-Artikoli 4 u 4a kif ġej:

"L-Artikolu 4

Notifika ta' qabel l-esportazzjoniSustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 ta' l-Anness

1. Kwalunkwe esportazzjoni ta' sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 ta' l-Anness għandha tkun preċeduta bin-notifika ta' qabel l-esportazzjoni li tkun mibgħuta lill-pajjiż tad-destinazzjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu fid-Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tad-19 ta' Diċembru 1988, u mar-Reżoluzzjoni 20/4 tas-Sezzjoni Speċjali tal-1998 dwar id-drogi ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jkun imħolli perijodu ta' żmien sa massimu ta' 15 il-jum tax-xogħol li fih iwieġeb, li fit-tmiem tiegħu l-operazzjoni tal-esportazzjoni għandha tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, sakemm avviż kuntrarju ma jkunx twassal.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom, qabel kwalunkwe esportazzjoni ta' sustanzi skedati lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni, ifornu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 4a(2) lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż.

L-awtorità li tforni l-informazzjoni bħal dik għandha teħtieġ li l-awtorià fil-pajjiż terz li tirċievi l-informazzjoni żżomm konfidenzjali kwalunkwe kummerċ, negozju, sigriet kummerċjali jew profesjoni jew xi proċess tal-kummerċ imsemmi hemmhekk.

Artikolu 4a

Awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoniSustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 ta' l-Anness

1. L-esportazzjoni ta' sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 ta' l-Anness għandha tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni fil-għamla ta' awtorizzazzjonijiet individwali ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni doganali għandha ssir bi qbil mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

2. Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-esportatur, l-importatur fil-pajjiż terz u xi opratur ieħor involut fl-operazzjoni u t-trasport tal-esportazzjoni, kif ukoll il-konsinnatarju finali;

(b) l-isem tas-sustanza skedata kif mogħtija fil-Kategorija 1 ta' l-Anness;

(ċ) il-kwantità u l-piż tas-sustanza skedata u, meta tkun ikkonċernata taħlita, il-kwantità u l-piż tat-taħlita kif ukoll il-kwantità u l-piż, jew il-persentaġġ, ta' xi sustanza elenkata fl-Anness li tkun tinstab fit-taħlita;

(d) dettalji rigward l-arranġamenti tat-trasport, u partikolarment id-data mistennija tad-dispaċċ, il-metodu tat-trasport, l-isem ta' l-uffiċju doganali ta' fejn id-dikjarazzjoni doganali tal-esportazzjoni għandha ssir u, sa kemm l-informazzjoni tkun disponibbli f'dak l-istadju, l-identifikazzjoni tal-meżżi tat-trasport, l-itenerarju, il-punt mistenni tal-ħruġ mit-terittorju doganali tal-Komunità u l-punt tad-dħul fil-pajjiż tal-importazzjoni.

Fil-każi msemmija fil-paragrafu 9, kopja dwar il-permess tal-importazzjoni maħruġ mill-pajjiż tad-destinazzjoni għandha tkun imwaħla ma l-applikazzjoni.

3. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tkun meħudha fi żmien perijodu ta' 15 il-jum tax-xogħol mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tikkonsidra li l-file ikun komplet. Il-perijodu għandu jkun estiż jekk, fil-każi msemmija fil-paragrafu 9, l-awtoritajiet kompetenti huma obligati li jgħamlu aktar inkjesti sabiex jissoddisfaw lilhom infushom li l-importazzjoni tas-sustanzi kienet ġiet awtorizzata sewwa.

4. Mingħajr preġudizzju ta' xi mplementazzjoni possibbli tal-miżuri ta' infurzar, l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun miċħudha jekk:

(a) ikun hemm bażi raġjonevoli għal suspett li l-informazzjoni fornuta b'konformità mal-paragrafu 2 tkun falza jew mhux korretta;

(b) fil-każi msemmija fil-paragrafu 9, ikun stabbilit li l-importazzjoni tas-sustanzi skedati ma tkunx awtorizzata sewwa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni;

(ċ) ikun hemm bażi raġjonevoli għal suspett li s-sustanzi f'dan il-każ huma intiżi għal manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi.

5. Jekk il-partikolaritajiet li jikkonċernaw l-itinerarju u l-meżżi tat-trasport ma jkunux provduti fl-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni għandha tistqarr li l-operatur għandu jforni dawk il-partikolaritajiet lill-awtorit’ doganali jew lil-awtorità kompetenti l-oħra fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità qabel it-tluq attwali tal-konsennja. F'każi bħal dawn l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tkun annotata kif xieraq fil-waqt tal-ħruġ.

6. Fil-każi kollha, l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali meta ssir id-dikjarazzjoni doganali ta' l-esportazzjoni. Kopja ta' l-awtorizzazzjoni għandha, aktar minn hekk, takkumpanja l-konsenja lejn l-uffiċju doganli fil-punt tal-ħruġ tas-sustanzi skedati mit-territorju doganali tal-Komunità. Dak l-uffiċju għandu jżid, meta xieraq, il-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 u xi partikolaritajiet meħtieġa oħrajn u tistampa t-timbru tagħha fuq il-kopja ta' l-awtorizzazzjoni qabel ma tingħatha lura lejn l-awtoritajiet li jkunu ħarġuha.

7. Il-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni m'għandux jipprekludi xi awtorizzazzjoni amministrattiva possibli jew xi mpenn ieħor tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni.

8. L-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tista tkun sospiża jew revokata mill-awtoritajiet kompetenti kull meta jkun hemm bażi raġjonevoli dwar suspett li s-sustanzi jistgħu jkunu mgħoddija għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.

9. Kull meta, permezz ta' ftehim bejn il-Komunità u pajjiż terz, l-esportazzjoni m'għandhiex tkun awtorizzata sakemm il-permess ta' l-importazzjoni jkun ġie maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż ta' l-aħħar għal dawk is-sustanzi f'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, flimkien mal-informazzjoni operazzjonali akwistata minn dak il-pajjiż.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom ikunu sodisfatti li kwalunkwe importazzjoni tkun ġiet awtorizzati kif xieraq, jekk meħtieġ billi jitolbu konferma minn għand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz."

3. fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. L-Artikoli 4 u 4a għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kull meta dawn ikunu jidhru li huma intiżi, direttament jew inderettament, lejn xi pajjiż terz li jkun ġie identifikat bħala li huwa konċernat bil-manifattura illeċita tad-drogi narkotiċi jew tas-sustanzi psikotropiċi permezz ta' l-użu tas-sustanzi skedati f'dak il-każ. L-imsemmija identifikazzjoni għandha tkun bażata, partikolarment, fuq talba b'raġuni tajba lejn il-Kummissjoni mill-pajjiż terz konċernat.

L-Artikolu 4a għandu wkoll ikun applikabli kull meta l-awtorizzazzjoni ndividwali miftuħa ma tkunx tista tinħareġ permezz tal-paragrafu 3."

4. fl-Artikolu 5a, il-paragrafu 2 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. L-esportazzjoni ta' sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 4a kull meta, permezz ta' l-arranġamenti speċifiċi mifthiema mal-pajjiż terz konċernat, l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni u tan-notifika ta' qabel l-esportazzjoni jkunu mitluba għal kull operazzjoni.

L-Artikolu 4a għandu wkoll ikun applikabli kull meta l-awtorizzazzjoni ndividwali miftuħha ma tkunx tista tinħareġ permezz tal-paragrafu 3."

5. fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"1. Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni tajba ta' l-Artikolu 2 u l-Artikoli 4, 4a, 5 u 5a, kull Stat Membru għandu jadotta, fil-qafas tal-liġi domestika tiegħu, il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċċilitaw lill-awtoritajiet kompetenti:

(a) li jakkwistaw l-informazzjoni rigward xi ordnijiet għall-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati;

(b) li jidħlu fil-bini tan-negozju ta' l-operatur sabiex jakwistaw evidenza ta' l-irregolaritajiet.

2. Mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'L-Artikoli 4, 4a, 5 u 5a u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jipprojbixxu l-introduzzjoni ta' sustanzi skedati fit-territorju doganali tal-Komunità jew tat-tluq tagħhom minnu, jekk ikun hemm bażi raġjonevoli biex jissusspettaw li s-sustanzi huma intiżi għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

J. C. Aparicio Pérez

[1] Il-Proposta tal-14 ta' Marzu 2002 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1116/2001 (ĠU L 153, tat-8.6.2001, p. 4). Il-verżjoni korretta tinsab fil-ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 57.

--------------------------------------------------