Official Journal L 150 , 08/06/2002 P. 0038 - 0043
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 980/2002 ta' l-4 ta' Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2082/2000, li jadotta n-normi ta' l-Eurocontrol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993, dwar id-definizzjoni u l-użu ta'speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għax-xiri ta' tagħmir u sistemi għall-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/15/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva 97/15/KE li tadotta n-normi ta' l-Eurocontrol u li temenda d-Direttiva 93/65/KEE dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjoni teknika kompatibbli għax-xiri ta' tagħmir u sistemi għall-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 2082/2000 [3], adottat in-norma għall-Iskambju Elettroniku tad-Data (OLDI), l-edizzjoni 1.0 u u n-norma ta' l-Eurocontrol għall-Preżentazzjoni ta' Servizzi Elettroniċi għall-Iskambju tad-Data tat-Traffiku ta' l-Ajru (ADEXP), l-edizzjoni 1.0. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2082/2000 adotta żewġ verżjonijiet reċenti ta' dawk iż-żewġ normi ta' l-Eurocontrol, jiġifieri l-edizzjoni OLDI 2.2 u l-edizzjoni ADEXP 2.0, kif ukoll norma ġdida ta' l-Eurocontrol imsejħa "Skambju tad-Data waqt it-Titjira - Dokument dwar il-Kontroll ta' Żoni tal-Kuntatt (FDE-ICD)." (3) Minn dak iż-żmien l-Eurocontrol adotta emendi għall-edizzjoni OLDI 2.2 u għall-edizzjoni ADEXP 2.0. (4) Dawn l-emendi għan-normi ta' l-Eurocontrol jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 93/65/KEE u jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali fl-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru ta' l-Istati Membri, partikolarment rigward it-trasferiment tat-titjiriet bejn iċ-ċentri tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (OLDI) u l-immaniġġar tal-kurrenti tat-traffiku ta' l-ajru (ADEXP). (5) Dawn l-emendi jinkludu partikolarment indikazzjoni tal-kapiċitajiet tat-tagħmir għat-titjira u huma meħtieġa biex jiffaċilitaw bla tfixkil u bla ħsara l-introduzzjoni ta'diversi programmi immirati biex iżidu l-kapaċità. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 2082/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif imiss. (7) Il-miżuri previsti minn dan ir-regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat kif stabilit bl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/65/KEE, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2082/2000 għandhom jiġu emendati b'mod konformi ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament: L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Ġunju 2002. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 187, tad-29.7.1993, p. 52. [2] ĠU L 95, ta' l-10.4.1997, p. 16. [3] ĠU L 254, tad-9.10.2000, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Annessi I u II qed jiġu emendati kif ġej: 1. L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej: (a) Il-Punt 6.2.2 qed jinbidel b'dan li ġej: "6.2.2. Il-kontenut tal-messaġġ Il-messaġġ ABI għandu jkun fih dawn il-punti ta' data: - it-tip tal-messaġġ, - in-numru tal-messaġġ, - l-identifikazzjoni ta' l-ajruplan, - Il-modalità u l-kodiċi tal-SSR (jekk ikunu disponibbli), - it-tluq mill-ajruport, - id-data stmata, - l-ajruport tad-destinazzjoni, - in-numru u t-tip ta' l-ajruplan, - it-tip tat-titjira, - il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir, - ir-rotta (mhix obbligatorja), - data oħra tal-pjan tat-titjira (mhix obbligatorja). NOTA: Ir-regoli dwar kif tiddaħħal id-data, il-formati u l-kontenut tal-qasam, qed jiġu speċifikati fl-Anness A." (b) Il-punti 6.2.5.1 u 6.2.5.2 qed jinbidlu b'dawn li ġejjin: "6.2.5.1. ICAO (ABIE/L001-AMM253/A7012-LMML-BNE/1221F350-EGBB-9/B757/M-15/N0480F390 UB4 BNE UB4 BPK UB3 HON-80/N-81/W/EQ Y/NO) 6.2.5.2. ADEXP TITLE ABI -REFDATA -SENDER -FAC E -RECVR -FAC L -SEQNUM 001 -ARCID AMM253 -SSRCODE A7012 — ADEP LMML -COORDATA -PTID BNE -TO 1221 -TFL F350 -ADES EGBB -ARCTYP B757 -FLTTYP N -BEGIN EQCST -EQPT W/EQ -EQPT Y/NO -END EQCST-ROUTE N0480F390 UB4 BNE UB4 BPK UB3 HON)" . (ċ) Il-punt 6.3.2 qed jinbidel b'dawn li ġejjin: "6.3.2. Il-kontenut tal-messaġġ Il-messaġġ ACT għandu jkollu l-punti li ġejjin ta' data: - it-tip tal-messaġġ, - in-numru tal-messaġġ, - l-identifikazzjoni ta' l-ajruplan, - Tip u kodiċi SSR, - it-tluq mill-ajruport, - id-data stmata, - l-ajruport tad-destinazzjoni, - in-numru u t-tip ta' l-ajruplan, - it-tip tat-titjira, - il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir, - ir-rotta (mhix obbligatorja), - data oħra tal-pjan tat-titjira (mhix obbligatorja). NOTA: Ir-regoli biex tiġi inserita d-data, il-formati u l-kontenut tal-qasam qed jiġu speċifikati fl-Anness A." (d) Il-punti 6.3.5.1 u 6.3.5.2 qed jinbidlu b'dawn li ġejjin: "6.3.5.1. ICAO (ACTE/L005-AMM253/A7012-LMML-BNE/1226F350-EGBB-9/B757/M-15/N0480F390 UB4 BNE UB4 BPK UB3 HON-80/N-81/W/EQ Y/NO) 6.3.5.2. ADEXP -TITLE ACT -REFDATA -SENDER -FAC E -RECVR -FAC L -SEQNUM 005 -ARCID AMM253 -SSRCODE A7012 -ADEP LMML -COORDATA -PTID BNE -TO 1226 -TFL F350 -ADES EGBB -ARCTYP B757 -FLTTYP N-BEGIN EQCST-EQPT W/EQ -EQPT Y/NO -END EQCST-ROUTE N0480F390 UB4 BNE UB4 BPK UB3 HON" . (e) Il-punt 7.3.2 qed jinbidel b'dan li ġej: "7.3.2. Il-kontenut tal-messaġġ Il-messaġġ REV għandu jkollu fih il-punti li ġejjin tad-data: - it-tip tal-messaġġ, - in-numru tal-messaġġ, - l-identifikazzjoni ta' l-ajruplan, - l-ajruport tat-tluq, - id-data dwar l-istima u/jew il-punt tal-koordinazzjoni, - l-ajruport tad-destinazzjoni, - ir-referenza tal-messaġġ (mhix obbligatorja), - il-modalità u l-kodiċi tal-SSR (mhix obbligatorja), - ir-rotta (mhix obbligatorja), - il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir (m'humiex obbligatorji). NOTA: Ir-regoli biex tiġi inserita d-data, il-format u l-kontenuti tal-qasam qed jiġu speċifikati fl-Anness A." (f) Il-punti 7.3.3.1.2., 7.3.3.1.3. u 7.3.3.1.4. qed jinbidlu b'dawn li ġejjin: "7.3.3.1.2. L-elementi li ġejjin ser ikunu suġġetti għal reviżjoni: - ETO fil-COP, - il-livell(i) ta' trasferiment, - il-Kodiċi SSR, - il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir, 7.3.3.1.3. messaġġ REV għandu jintbagħat: - l-ETO fil-COP hija differenti minn dik fil-messaġġ ta' qabel b'iktar minn valur bilateralment miftiehem, imwassal sa l-eqreb valur integrali, - hemm xi tibdil fil-livell(i) tat-trasferiment, il-kodiċi SSR jew il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir. 7.3.3.1.4. Fejn ikun miftiehem bilateralment, il-messaġġ REV għandu jintbagħat meta jkun hemm xi tibdil f'dawn li ġejjin: - COP, - ir-rotta. NOTA: Ir-regolamenti operattivi jistgħu jirrikjedu li l-modifiki li jsiru wara l-ACT ikunu suġġetti għall-koordinazzjoni minn qabel bejn l-unitajiet ikkonċernati." (g) Il-puntí 7.3.3.2.1. u 7.3.3.2.2. qed jinbidlu b'dawn li ġejjin: "7.3.3.2.1. Il-format ICAO Il-messaġġi kollha ta' reviżjoni jinkludu l-field types 3, 7, 13, 14 u 16. Dawn ir-regoli li ġejjin jgħoddu: - bidla lill-ETO fil-COP jew fil-livell(i) ta' trasferiment għandhom jiġu inkorporati permezz ta' l-inklużjoni tad-data riveduta fil-qasam 14. - bidla fil-kodiċi SSR għandha tiġi inkluża bħala l-elementi (b) u (ċ) tal-qasam 7. - l-oqsma inklużi fil-format tal-qasam 22 jistgħu jkunu fi kwalunkwe ordni relattiva għal xulxin, - it-tibdil fil-COP għandu jiġi inkorporat bħala data tal-qasam 14 fil-format tal-qasam 22 (ara l-Appendiċi B - Il-ħtiġiet speċjali għall-ipproċessar tar-rotta), - it-tibdil fir-rotot għandu jiġi inkorporat bħala data tal-qasam 15 data fil-format tal-qasam 22. Ir-regoli għall-koordinazzjoni ta' tibdiliet bħal dawn, li jinkludu dirottamenti diretti, kif speċifikat fl-Anness B — Il-ħtiġiet għall-Ipproċessar ta' Rotta Speċjali. - il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir; il-kapaċità jew il-kapaċitajiet biss li qed jinbidlu għandhom jiġu inklużi. Messaġġ li jibdel il-kapaċità li tirriżulta fil-ħtieġa li tiġi inkluża data li tittratta rigward il-kapaċità addizzjonali kif speċifikat fl-Anness A il-paragrafu A.30 għandu jinkludi l-kapaċità addizzjonali. 7.3.3.2.2. Il-format ADEXP Il-messaġġi kollha ta' reviżjoni fil-format ADEXP għandhom jinkludu l-oqsma primarji li ġejjin: TITLE REFDATA ARCID ADEP ADES. Ir-regoli li ġejjin għandhom jgħoddu: - bidla ta' l-ETO fil-COP jew fil-livell(i) tat-trasferiment għandhom jiġu inkorporati bl-inklużjoni ta' data riveduta fil-qasam primarju COORDATA, - il-qasam primarju COP għandu jiġi inkluż sakemm bidla fl-ETA jew fil-livell(i) ta' trasferiment tkun tirrikjedi l-użu ta' qasam primarju COORDATA. Din għandu jkun fiha l-COP li permezz tagħha t-titjira tkun qed tiġi kkoordinata f'dak il-mument jew, jekk il-COP tkun qed tiġi emendata, il-COP li permezz tagħha t-titjira kienet tkun ġiet ikkoordinata qabel, - tibdil lill-COP għandu jkun inkorporat bl-użu tal-qasam primarju tal-COORDATA (ara l-Appendiċi B - Rekwiżiti speċjali għall-ipproċessar tar-rotot). Dawn il-messaġġi għandhom jinkludu wkoll qasam primarju COP kif iddikjarat hawn fuq, - it-tibdil fir-rotta għandu jiġi inkorporat bl-użu tal-qasam primarju ROTTA. Ir-regoli għall-koordinazzjoni ta' dan it-tibdil, inklużi r-rotot diretti, kif speċifikat fl-Anness B - Rekwiżiti Speċjali għall-iproċessar tar-rotot -, - bidla lill-kodiċi SSR għandha tkun indikata permezz tad-dħul tal-qasam primarju SSRCODE, - bidla fil-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir għandhom jutilizzaw qasam primarju EQCST; il-kapaċità jew il-kapaċitajiet mibdula biss għandhom jiġu inklużi. Messaġġ li jibdel kapaċità li tirriżulta fil-ħtieġa li tiġi inkluża d-data rigwad il-kapaċità addizzjonali kif speċifikat fl-Anness A paragrafu A.30 għandu jinkludi l-kapaċità addizzjonali." (h) Il-punti 7.3.5.1 u 7.3.5.2 qed jinbidlu b'dawn li ġejjin: "7.3.5.1. ICAO (a) (REVE/L002-AMM253-LMML-BNE/1226F310-EGBB) (b) (REVE/L010-AMM253/A2317-LMML-BNE/1226F310-EGBB) (c) (REVE/L019-AMM253-LMML-BNE/1237F350-EGBB-81/W/NO) (d) (REVBC/P873-BAF4486-EBMB-NEBUL/2201F250-LERT-81/W/NO U/EQ) 7.3.5.2. ADEXP (a) -TITLE REV -REFDATA -SENDER -FAC E -RECVR -FAC L -SEQNUM 002 -ARCID AMM253 -ADEP LMML -COORDATA -PTID BNE -TO 1226 -TFL F310 -ADES EGBB (b) -TITLE REV -REFDATA -SENDER -FAC E -RECVR -FAC L -SEQNUM 010 -ARCID AMM253 -ADEP LMML -COP BNE -ADES EGBB -SSRCODE A2317 (c) -TITLE REV -REFDATA -SENDER -FAC E -RECVR -FAC L -SEQNUM 019 -ARCID AMM253 -ADEP LMML -COP BNE -ADES EGBB -BEGIN EQCST -EQPT W/NO -END EQCST (d) -TITLE REV -REFDATA -SENDER -FAC BC -RECVR -FAC P -SEQNUM 873 -ARCID BAF4486 -ADEP EBMB -COP NEBUL -ADES LERT -BEGIN EQCST -EQPT Y/NO -EQPT U/EQ -END EQCST" . (i) L-Anness A qed jiġi emendat kif ġej: - Fil-lista tal-kontenut il-punti li ġejjin A.29 u A.30 qed jiġu miżjuda: "A.29. Tit-tip tat-titjira A.30. Il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir" - Il-punt li ġej A.2.2.a qed jiddaħħal: "A.2.2.a F'xi każijiet numru tat-tip tal-qasam pseudo ICAO jiġi użat fejn qasam xieraq ta' l-ICAO ma jkunx jeżisti. Numri bħal dawn ikun fihom valuri b'żewġ ċifri daqs jew akbar minn 80." - Il-punt A.14 qed jinbidel b'dawn li ġejjin: "A.14. A.14. Dan il-qasam jippermetti l-għażla li tiddaħħal f'messaġġi speċifikati data dwar il-pjan tat-titjira mhux normalment inklużi bħala parti mill-proċedura tal-koordinazzjoni u mhux deskritta mkien ieħor f'dan l-Appendiċi. Id-dħul ta' l-artikoli li ġejjin kif spjegat f'Referenza 1, l-Appendiċi 2, it-tipi ta' l-oqsma 8 u 18 huma permessi: - ir-regolamenti tat-titjira, - il-marki tar-reġistrazzjoni, - l-isem ta' l-operatur, - ir-raġuni għal trattament speċjali mill-ATS, - it-tip, - il-modalità, - l-isem tat-tluq, id-destinazzjoni, l-ajrudromi alternati - ir-rimarki b'lingwa komuni. A.14.1. ICAO It-tip ta'qasam 8, l-element (a) ir-regoli tat-titjira il-format tat-tip tal-qasam 22. Wieħed jew iktar mill-elementi tat-tipi ta' qasam 18 li ġejjin fil-format tat-tip tal-qasam 22: REG, OPR, STS, TYP, PER, DEP, DEST, ALTN, RALT, RMK. A.14.2. ADEXP Oqsma primarji: "fltrul", "depz", "destz", "opr", "per", "reg", "rmk", "altrnt1", "altrnt2", "sts" u "typz"." - Il-punti li ġejjin A.29. u A.30. huma miżjuda: "A.29. It-tip ta' titjira Dan l-artikolu ser jiddaħħal fil-fajl tal-pjan tat-titjira jew f'data ekwivalenti li toriġina minn sors alternattiv. L-ittra X ser tiddaħħal jekk it-tip tat-titjira jitħalla barra fil-pjan tat-titjira jew ma jkunx magħruf għal xi raġuni oħra. A.29.1. ICAO It-tip tat-titjira ser jiddaħħal bħala ittra waħda fil-format tat-tip tal-qasam 22 waqt li jintuża pseudo numru tat-tip tal-qasam 80. A.29.2. ADEXP Il-qasam primarju "flttyp". A.30. Il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir Dan l-artikolu jindika l-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir li jkun jew meħtieġ minn qabel għat-titjira f'ċerti spazji ta' l-ajru jew fuq rotot speċifikati jew li jkollu effett sinifikanti fuq id-dispożizzjoni tas-servizz tal-ATC. Il-preżenza ta' kapaċità tiġi identifikata fil-pjan tat-titjira imma tista' tinstab li mhix korretta jew li nbidlet matul it-titjira. Il-kapaċità u l-istatus tat-tagħmir tispeċifika l-istatus kurrenti. L-istatus ta' l-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu miżjuda: - Kapaċità RVSM, - 8.33 kHz RTF ekwipaġġ. L-istatus tas-segwenti għandu jkun inkluż fit-titjiriet tal-Istatus kif speċifikat fit-tip ta' titjira fil-pjan tat-titjira li għaliha tagħmir 8.33 kHz RTF mhux magħruf li hu għad-dispożizzjoni għall-użu: - UHF ekwipaġġ. A.30.1. ICAO Id-data għandha tiddaħħal f'format tat-tip qasam 22 li juża numru tal-qasam pseudo 81. Żewġ elementi għandhom jiddaħħlu għal kull kapaċità: - il-kapaċità tat-tagħmir espressa b'ittra waħda kif speċifikat fit-tip tal-qasam 10 "Tagħmir" il-pjan ta' titjira ICAO (ara l-Appendiċi 3 tar-Referenza 1), segwita mill-ewwel minn, - element ta' separazzjoni - sinjal immejjel (/), segwit mill-ewwel minn, - status espress f'żewg ittri. L-istatus għandu jkun espress bl-użu ta' l-indikaturi li ġejjin kif ikun applikabbli għat-titjira: (a) EQ tfisser li t-titjira hi mgħammra u t-tagħmir qiegħed hemm biex jintuża mit-titjira; (b) NO tfisser li t-titjira mhix mgħammra jew għal xi raġuni t-tagħmir ma jistax jintuża waqt it-titjira; (c) UN tfisser li l-konformità mal-kapaċità mhix magħrufa. L-ewwel grupp ta' kapaċità ser jiddaħħal direttament wara s-sinjal immejjel wara n-numru tal-qasam. Il-gruppi sussegwenti għandhom ikunu mifruda b'karatteristika ta'spazju. L-ordni tal-kapaċitjaiet tat-tagħmir mhijiex sinifikanti. A.30.2. ADEXP Il-qasam primarju "EQCST"." 2. Fl-Anness II l-Anness A qed jiġi emendat kif ġej: (a) F'punt A.2. l-intestaturi li ġejjin huma miżjuda: "Terminu awżiljarji | Sintassi | Semantika | Użat f'qasam primarju | Użat f'qasam ieħor | Użat f' awżiljarju | eqptcode | 1 {ALPHANUM} 2 | Kodiċi li jidentifika l-kapaċità tat-tagħmir. Jista' jkun identiku mal-kodiċi tat-tagħmir | | eqpt | | eqptstatus | 2 {ALPHA}2 | Valur ta' l-istatus ta' żewġ ittri li jiddeskrivi l-istatus tal-kapaċità ta' l-ajruplan.. | | eqpt | | eqptcode | 1 {ALPHANUM} 2 | Kodiċi li jidentifika l-kapaċità tat-tagħmir. Jista' jkun identiku mal-kodiċi tat-tagħmir | | eqpt | eqptstatus | 2 {ALPHA}2 | Valur ta' l-istatus ta' żewġ ittri li jiddeskrivi l-istatus tal-kapaċità ta' l-ajruplan.. | | eqpt" | (b) F'punt A.3. l-intestatusura segwenti hi miżjuda: "ADEXP primarja | Tip | Sintassi | Semantiku | eqcst | b | "-""BEGIN""EQCST" 1 {eqpt} "-""END""EQCST" | Lista tal-kodiċijiet tal-kapaċità tat-tagħmir kull waħda segwita minn valur ta'status li jispeċifika l-istatus kurrenti tal-kapaċità | eqcst | b | "-""BEGIN""EQCST" 1 {eqpt} "-""END""EQCST" | Lista tal-kodiċijiet tal-kapaċità tat-tagħmir kull waħda segwita minn valur ta'status li jispeċifika l-istatus kurrenti tal-kapaċità" | (ċ) Fil-punt A.4. l-intestatura segwenti qed tiġi miżjuda: "Sottokamp | Tip | Sintassi | Semantika | Użat f'qasam primarju | Użat f'sottokamp | eqpt | b | "-""EQPT" eqptcode! "/" ! eqptstatus | Kodiċi tal-kapaċità tat-tagħmir segwit minn valur ta'l-istatus li jispeċifika l-istatus kurrenti tal-kapaċità | eqcst | | eqpt | b | "-""EQPT" eqptcode! "/" ! eqptstatus | Kodiċi tal-kapaċità tat-tagħmir segwit minn valur ta'l-istatus li jispeċifika l-istatus kurrenti tal-kapaċità | eqcst" | --------------------------------------------------