32002R0658



Official Journal L 102 , 18/04/2002 P. 0001 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002

tal-15 ta’ April 2002

li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ ammonju li joriġina fir-Russja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar ilprotezzjoni kontra importazzjonijiet ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1],‘il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament bażiku", u b’mod partikolari l-Artikolu 11 [2] u [3] tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Investigazzjonijiet ta’ qabel

(1) F’Mejju 1994, bid-Deċiżjoni 94/293/KE [4], il-Kummissjoni aċċettat impenji fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mil-Litwanja u mir-Russja, wara proċediment reġonali dwar importazzjonijiet fir-Renju Unit. L-impenn aċċettat mill-awtoritajiet Russi, iżda, inkiser fl-ewwel sena ta’ operazzjoni.

(2) F’Ġunju 1994, inbdiet investigazzjoni mal-Komunità kollha dwar in-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fil-Lituwanja u r-Russja wara ilment magħmul mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzant (EFMA). Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/344/KE [5], il-proċedura ntemmet fir-rigward ta’ importazzjonijiet mil-Litwanja u f’Awwissu 1995, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2022/95 [6], impona dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja. Il-miżuri li applikaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja kkonsistew minn dazju varjabbli daqs id-differenza bejn ECU 102,9 kull tunnellata metrika netta tal-prodott ("prezz minimu ta’ importazzjoni" jew "MIP") u l-prezz nett cif, fil-funtiera tal-Komunità qabel l-iżdoganament, fil-każijiet kollha meta ta’ l-aħħar kien aktar baxx.

(3) Bis-saħħa ta’ investigazzjoni ulterjuri, li stabbiliet li dawn il-miżuri kienu qegħdin ikunu assorbiti, tbiddlu l-miżuri, f’Marzu 1998, bir-Regolament (KE) Nru 663/98 [7], għall-dazju speċifiku ta’ ECU 26,3 kull tunnellata metrika.

2. Investigazzjonijiet dwar pajjiżi oħra

(4) F’Ottubru 1999, bdiet investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mil-Lituwanja, mill-Polonja u mill-Ukraina [8]. Deher li importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġinaw fil-Polonja u l-Ukraina kienu ġew iddampjati u kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità, waqt li importazzjonijiet li oriġinaw mill-Lituwanja nstabu li ma kienux iddampjati. Konsegwentement, bir-Regolament (KE) Nru 132/2001 [9], miżuri definittivi anti-dumping kienu imposti fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fil-Polonja u l-Ukraina, waqt li l-proċedura ntemmet fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mil-Lituwanja. Il-dazji kienu imposti fil-forma ta’ dazju speċifiku kull tunnellata metrika, biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-miżuri u biex tkun skuraġġita l-manipulazzjoni tal-prezz.

3. Investigazzjoni preżenti

3.1. Talba għar-reviżjoni

(5) Wara l-pubblikazzjoni, fl-24 ta’ Frar 2000, ta’ l-avviż ta’ l-iskadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja [10], il-Kummissjoni rċeviet talba għar-rieżami proviżorju minħabba l-iskadenza u bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku, ippreżentat mill-EFMA f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni tal-produzzjoni tal-Komunità tan-nitrat ta’ l-ammonju ("produtturi ta’ l-applikanti tal-Komunità"). It-talba għar-rieżami ta’ l-iskadenza allegat li d-dumping ta’ ħsara ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fir-Russja x’aktarx ikomplu jew jerġgħu jiġru jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. It-talba ta’ l-applikant għal rieżami proviżorju kien ibbażat fuq il-bażi li l-miżuri kurrenti ma dehrux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għall-effetti ta’ ħsara tad-dumping.

3.2. Avviż ta’ bidu

(6) Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Pariri, li kien hemm biżżejjed evidenza għal bidu ta’ rieżami, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikoli 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewrope [11].

3.3. Perjodu ta’ investigazzjoni

(7) Il-perjodu ta’ investigazzjoni ("IP") għall-eżami tat-tkomplija jew li jkun hemm mill-ġdid id-dumping u l-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 1999 sat-30 ta’ Ġunju 2000. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tat-tkomplija u/jew li tiġri mill-ġdid il-ħsara kopra il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 1996 sa l-aħħar ta’ l-IP ("perjodu tar-rieżami").

3.4. Partijiet dwar l-investigazzjoni

(8) Il-Kummissjoni uffiċjalment għarfet bil-bidu tar-rieżami lill-produtturi applikanti tal-Komunità, il-produtturi esportaturi fir-Russja, l-importaturi, l-"utenti" u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonjarji lill-produtturi esportaturi, il-produtturi, l-importaturi, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tal-Komunità magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li rrendew ruħhom magħrufin fit-terminu ffissat fl-avviż tal-bidu.

(9) Biex il-produtturi esportaturi Russi jkunu jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq ("MET") jew trattament individwali ("IT"), jekk xtaqu hekk, il-Kummissjoni bagħtet formuli għat-talbiet lill-produtturi esportaturi magħrufa li huma kkonċernati.

(10) Disa’ produtturi tal-Komunità, produttur wieħed ta’ pajjiż analogu, żewġ importaturi, assoċjazzjoni waħda ta’ l-importaturi, u żewġ assoċjazzjonijiet ta’ l-utenti wieġbu għall-kwestjonarji. Fir-rigward tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, kienet riċevuta tweġiba waħda biss għall-kwestjonarju.

3.5. Verifika ta’ informazzjoni riċevuta

(11) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha meħtieġa għall-iskop tad-determinazzjoni tat-tkomplija jew li jerġa’ jkun hemm dumping u ħsara u ta’ l-interess tal-Komunità. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet oħrajn direttament konċernati l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu li jkun hemm udjenza.

(12) Saru żjarat ta’ verifika fil-postijiet tal-kumpanniji li ġejjin:

Produtturi tal-Komunità:

- Grande Paroisse SA, Franza,

- Hydro Agri France, Franza,

- Kemira Ince Ltd, ir-Renju Unit,

- Terra Nitrogen, ir-Renju Unit;

produttur ta’ pajjiż analogu:

- Mississippi Chemical Corporation, Yazoo City, USA.

B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT L-ISTESS

1. Prodott ikkonċernat

(13) Il-prodott ikkonsidrat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni preċedenti, jiġifieri nitrat ta’ l-ammonju ("AN" jew "prodott ikkonsidrat"), fertilizzant solidu tan-nitroġenu użat komunement fl-agrikultura. Huwa manifatturat mill-ammonja u l-aċidu nitriku u l-kontenut tan-nitroġenu jaqbeż 28 % fil-piż f’forma ta’ kristalli jew granulari.

(14) Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa’ fil-kodiċijiet NM 31023090 (nitrat ta’ l-ammonju li ma jkunx f’soluzzjonijiet akweji) u 31024090 (taħlitiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju bil-karbonat tal-kalċju u sostanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b’kontenut tan-nitroġenu li jaqbeż 28 % fil-piż).

2. Prodott l-istess

(15) Kif kemm l-investigazzjoni ta’ qabel u l-investigazzjoni dwar il-pajjiżi l-oħra wrew, in-nitrat ta’ l-ammonju huwa prodott pur u l-karatteristiċi bażiċi kimiċi tiegħu huma paragunabbi jkun li jkun il-pajjiż ta’ l-oriġini. Hemm żewġ tipi differenti ta’ nitrat ta’ l-ammonju: granulari u fi kristalli. Nitrat ta’ l-ammonju granulat għandu dijametru akbar u għalhekk għandu karatterisitiċi aħjar biex jitferrex. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja huwa kristallizzat u li l-maġġoranza tan-nitrat ta’ l-ammonju prodott mill-industrija tal-Komunità huwa granulari. Iżda, billi n-nitrat ta’ l-ammonju granulari u fi kristalli għandhom l-istess karatterisitiċi u użu aħħari u jitqiesu bħala interkambjabbli mill-utenti, għandhom jitqiesu bħala żewġ tipi ta’ l-istess prodott.

(16) Għalhekk, il-prodott magħmul u mibjugħ fil-Komunità mill-produtturi applikanti tal-Komunità huwa kkonsidrat li huwa prodott l-istess bħal dak prodott fir-Russija u mibjugħ domestikament jew esportat lill-Komunità.

Ċ. DUMPING U PROBABILITÀ TAT-TKOMPLIJA TAD-DUMPING

(17) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jeħtieġ li jkun eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri jwasslux x’aktarx għat-tkomplija ta’ jew li jerġa jkun hemm id-dumping.

(18) Biex ikun eżaminat jekk hemmx probabilità tat-tkomplija ta’ dumping, jeħteġ li jkun verifikat jekk jeżistix id-dumping fil-preżent u jekk hemmx il-probabilità li jissokta xi dumping bħal dan.

1. Dumping matul l-IP

1.1. Volum ta’ esportazzjonijiet lill-Komunità matul l-IP

(19) Esportazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju mir-Russja ammonta għal 282000 tunnellata metrika matul l-IP, jiġifieri madwar 20 % tat-total ta’ l-importazzjonijiet tal-Komunità tan-nitrat ta’ l-ammonju u madwar 5 % tan-nitrat ta’ l-ammonju tal-Komunità. Dawn l-importazzjonijiet huma biss xi ftit ‘l isfel mil-livell misjub fil-perjodu ta’ l-investigazzjoni ta’ qabel, jiġifieri 340000 tunnellata metrika bejn April 1993 u Marzu 1994.

1.2. MET u IT

(20) Talbiet għall-MET u/jew IT kienu riċevuti mit-tliet produtturi esportaturi. Billi tnejn minn dawn il-kumpanniji wara naqsu li jibagħtu r-risposta tagħhom għall-kwestjonarju tal-Kummisjsoni f’perjodu raġonevoli taż-żmien, kien ikkonsidrat xieraq li ma jkunux ipproċessati aktar il-formuli tal-talbiet MET/IP tagħhom. Fil-fatt, fin-nuqqas tad-data meħtieġa biex issir il-kalkolu tad-dumping, it-talbiet għall-MET u l-IT ma setgħux ikunu ikkonsidrati. Dawn il-kumpanniji kienu għalhekk ikkonsidrati bħala li ma kkoperawx fl-investigazzjoni u kienu sussegwentement infurmati li s-sejbien ikun ibbażat fuq il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(21) It-tielet kumpannija wara li ssottomettiet formula tat-talba MET/IT instabet li ma kellhiex esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul IP. Fin-nuqqas ta’ data attwali dwar il-bejgħ għall-esportazzoni għall-IP, ma kinetx possibbli kalkolazzjoni tad-dumping fil-kuntest jew tar-rieżami ta’ l-iskadenza jew ir-rieżami proviżorju. Konsegwentement, la l-MET u l-anqas l-IT ma setgħu jkunu kkonsidrati.

1.3. Pajjiż analogu

(22) Billi l-importazzjonijiet mir-Russja jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku ħlief meta jingħata l-MET, il-valur normali għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni miksuba f’ekonomija xierqa tas-suq ta’ pajjiż terz. Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni ssuġġeriet il-Polonja bħala pajjiż analogu xieraq għaliex intużat bħala pajjiż analogu f’investigazzjonijiet oħra dwar l-istess prodott, u l-proċessi ta’ produzzjoni u l-aċċess għall-materja prima huma paragunabbli ma dawk eżistenti fir-Russja.

(23) Kienu riċevuti kummenti mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ importazzjoni tal-Fertilizzant (EFIA) li oġġezzjonaw għal din l-għażla. L-oġġezzjoni ewlenija tagħhom kienet li l-Polonja kellha prezzijiet għoljin ħafna tal-fertilizzant domestiku minħabba l-livell għoli ta’ protezzjoni kontra l-importazzjonijiet tal-fertilizzant kif ukoll kellha l-ogħla prezzijiet tal-gass fl-Ewropa ¬entrali minħabba s-sistema monopolistika tad-distribuzzjoni tal-gass li hija propjetà ta’ l-istat. Bħala alternattiva, l-EFIA pproponiet il-Lituwanja fuq il-bażi tal-prossimità tagħha u l-kondizzjonijiet simili ta’ manifattura għar-Russja, in-nuqqas tal-kummerċ ibbażat fuq it-tpartit u l-fatt li l-uniku produttur Litwan jixtri l-gass minn fornitur Russu, li jissupplixxi wkoll il-produtturi Russi, bi prezzijiet li jvarjaw skond il-prezzijiet cif għall-ammonja ppubblikati fl-Ewropa ta’ fuq.

(24) Iżda, l-ebda wieħed mill-produtturi magħrufin Pollakki u lanqas il-produttur waħdieni Litwan ma kienu lesti li jikkoperaw.

(25) Il-Kummissjoni mbagħad avviċinat il-produtturi fl-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kif issuġġerit mill-EFMA. Billi kien hemm biss produttur wieħed minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi li kien lest jikkopera, saret analiżi ulterjuri fl-importanza tal-bejgħ domestiku rispettiv tagħhom fil-kuntest tas-sehem tagħhom fis-suq domestiku, u dwar ir-rappreżentattività tal-volum tal-bejgħ domestiku tagħhom paragunat ma’ l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità. Din l-analiżi wriet li, billi ż-żewġ produtturi kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv, il-produttur Awstraljan ma kellux xi kompetizzjoni sinifikanti fis-suq domestiku tiegħu. Għalkemm il-produttur ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kellu wkoll bejgħ domestiku sinifikanti, kellu kompetizzjoni fil-prezz kemm minn kumpanniji domestiċi u dawk barranin. Konsegwentement, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ntgħażel bħala l-aktar pajjiż analogu xieraq.

(26) Il-bejgħ tan-nitrat ta’ l-ammonju mill-produttur fis-suq domestiku tiegħu kien eżaminat u nstab li huwa rappreżentattiv b’paragun mal-bejgħ ta’ esportazzjoni Russu tan-nitrat ta’ l-ammonju lill-Komunità.

(27) Wara l-iżvelar, l-EFIA sostniet li n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-uniku produttur Litwan ma kellux jipprevjeni lill-Kummissjoni mill-użu tal-Litwanja bħala pajjiż analogu, billi kellha informazzjoni rilevanti mill-proċedura riċenti ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ ammonju mil-Litwanja, l-Ukraina u l-Polonja [12]. Kien hemm Fil-fatt koinċidenza ta’ l-IPs fiż-żewġ proċedimenti. Iżda, dan il-perjodu ta’ koinċidenza kien limitat għall-ewwel tliet xhur ta’ l-IP għall-proċediment kurrenti. Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, għal sejbien rappreżentattiv, l-IP għandu normalment ikopri perjodu ta’ sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċediment. F’dawn iċ-ċirkostanzi kien ikkonsidrat li d-data mill-ewwel tliet xhur ta’ l-IP ma jkunux biżżejjed rappreżentattiv għas-suq tan-nitrat ta’ l-ammonju staġonali u volatili. Barra dan, għandu jkun enfasizzat li l-użu ta’ informazzjoni riċevuta fil-kuntest ta’ proċediment partikolari għall-iskop preċiż, f’proċedura oħra għal skop differenti, meta l-parti kkonċernata tkun ukoll esprimiet li ma tixtieqx tikkopera fit-tieni investigazzjoni, tkun kontra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19(6) tar-Regolament bażiku. Dan l-argument kien għalhekk miċħud.

1.4. Valur normali

(28) Kif intqal fuq, il-valur normali kien ikkalkolat fuq il-bażi tad-data vverifikata fl-istabbiliment tal-kumpannija Amerikana, li kkoperat bi sħiħ fl-investigazzjoni.

(29) Biex ikun stabbilit jekk bejgħ fis-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-prodott l-istess sarx fil-kors ordinarju tal-kummerċ, il-prezz tal-bejgħ domestiku fil-livell mill-fabbrika kien ipparagunat ma’ l-ispiża sħiħa ta’ produzzjoni (jiġifieri l-ispiża tal-manifattura flimkien ma’ l-ispejjeż SG&A). Billi l-prezz medju tal-bejgħ mwieżen kien ogħla mill-prezz medju kull unità mwieżen, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezz medju tal-bejgħ mwieżen għall-IP.

(30) Kemm l-EFIA u l-esportatur Russu li kkopera sostnew li messu sar aġġustament ‘l isfel għall-valur normali kostruwit minħabba l-prezzijiet għolja tal-gass mħallsa mill-produtturi ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. L-ewwel, għandu jkun innutat li l-valur normali ma kienx kostruwit, imma kien stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet tal-bejgħ bi qligħ fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. It-tieni, għalkemm il-gass huwa element importanti tal-prezz fil-produzzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju, kien innutat li s-suq domestiku tan-nitrat ta’ l-ammonju fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika jitmexxa mill-kompetizzjoni u li hemm importazzjonijiet sinifikanti. Bħala tali, il-prezzijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju huma fil-biċċa l-kbira mmexxija mis-suq aktar milli mill-prezz. L-ebda xiehda ma nkisbet fir-rigward ta’ safejn il-prezzijiet ogħla tal-gass fis-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tan-nitrat ta’ l-ammonju matul l-IP. Finalment, ukoll jekk prezzijiet għolja tal-gass kienu kkonsidrati li affettwa b’mod kwantifikabbli l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tan-nitrat ta’ l-ammonju, dan ma jkollux impatt fuq id-dazju definittiv, billi l-marġini tad-dumping misjub ma jkunx waqa’ l isfel mill-marġini tal-ħsara. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-argument kien miċħud.

1.5. Prezzijiet ta’ esportazzjoni

(31) Billi l-uniku produttur esportatur li kkopera ma kellux esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità matul l-IP, il-prezz ta’ esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tad-data disponibbli, f’dan il-każ, statistiki ta’ l-Eurostat tal-prezzijiet cif fil-fruntiera tal-Komunità, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

1.6. Paragun

(32) Il-valur kien ipparagunat mal-prezz ta’ esportazzjoni fuq bażi mill-fabbrika. Dan il-metodu kien użat biex jitqiesu d-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport intern fil-pajjiżi b’ekonomija tas-suq u li m’humiex li jsiru partikolarment għall-prodott sfuż bħal dan il-prodott li qed ikun ikkonsidrat, fejn l-ispejjeż tat-trasport jammontaw għall-proporzjon għoli tal-prezz tal-bejgħ. L-aġġustamenti xierqa saru, għalhekk, għall-prezz cif ta’ esportazzjoni dwar l-ispejjeż tat-trasport mill-fabbrika għall-port, servizzi tal-port, u l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni u tal-ġarr.

(33) L-ispejjeż tat-trasport għan-nitrat ta’ l-ammonju fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika nstabu li kienu misjuqin mis-suq u hemm kompetizzjoni bejn il-kumpanniji tat-trasport. Billi l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa suq kompetittiv, nollijiet tal-ferrovija stabbiliti matul l-investigazzjoni għall-prodott ikkonsidrat fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu applikati b’mod proporzjonat għall-prezz ta’ esportazzjoni fil-fruntiera tal-Komunità tal-produtturi esportaturi Russi, fuq il-bażi tad-distanza medja mwieżna sal-fruntiera tal-Komunità stmata għall-produtturi Russi "orjentati għall-esportazzjoni" (ara l-preambolu 37).

1.7. Marġini tad-dumping

(34) Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju mwieżen mal-prezz medju ta’ esportazzjoni mwieżen fil-livell mill-fabbrika. Il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu espress bħala perċentwal tal-prezz "cif-fruntiera tal-Komunità" huwa 115,8 %.

2. Kemm x’aktarx ser ikompli d-dumping

(35) Kif indikat fil-preambolu 34, esportazzjonijiet lill-Komunità nstabu li saru bi prezzijiet ta’ dumping matul l-IP. Kif ukoll, il-marġini tad-dumping misjub kien wisq ogħla minn dak ta’ l-investigazzjoni ta’ qabel.

(36) Fl-eżami ta’ jekk id-dumping kienx ser ikompli f’livelli sostanzjali u fi kwantitajiet sinifikanti, kienu analizzati numru ta’ għejun ta’ informazzjoni. L-ewwel, kienet użata l-informazzjoni mibgħuta mill-uniku produttur Russu li kopera. Iżda, dan il-produttur, għalkemm esporta lill-terzi pajjiżi, ma kellux bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Komunità. It-tieni, fin-nuqqas ta’ kull kumpannija li tikkopera bl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, l-analiżi kienet ibbażata wkoll fuq id-data Eurostat kif ukoll informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami li ppermettiet li jsiru projezzjonijiet probabbli tal-volumi ta’ esportazzjonijiet fil-ġejjieni lil-Komunità.

(37) Il-kapaċità totali tal-produzzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju fir-Russja hija stmata 8900000 tunnellata metrika (jiġifieri 1,6 darbiet il-konsum tal-Komunità ghall-IP), li minnhom il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-produtturi "orjentati għall-esportazzjoni" (jiġifieri ġeneralment dawk b’aċċess raġonevoli għal port) huwa stmat b’minimu ta’ 4500000 tunnellati metriċi. Għalkemm ir-rati tal-kapaċità ta’ utilizzazzjoni jvarjaw sewwa bejn il-kumpanniji differenti u minn sena għal sena, il-konsum lokali huwa stmat li huwa biss ta’ 2200000 tunnellata. Meta jkun ikkonsidrat il-livell kurrenti ta’ esportazzjonijiet Russi lejn pajjiżi terzi (jiġifieri 2189000 tunnellata metrika fl-1999), dan ifisser li għad baqa’ kapaċità sinifikanti disponibbli għall-produzzjoni u dan jista’ jintuża potenzalment biex iżid aktar l-esportazzjonijiet eżistenti lejn il-Komunità, fil-każ ta’ l-iskadenza tal-miżuri.

(38) Barra dan, jitfakkar li riċentement sa l-1996, l-esportazzjonijiet Russi lill-Komunità ammontaw għall-40 % ta’ l-esportazzjonijiet kollha Russi [13] tal-prodott li qed ikun ikkonsidrat. Dan, flimkien mal-fatt li numru ta’ pajjiżi terzi (l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-Awstralja, il-Polonja u l-Ungerija) adottaw miżuri ta’ difiża kummerċjali) kontra importazzjonijiet mir-Russja, li ċ-Ċina, mill-1997, attivament segwiet strateġija ta’ bdil ta’ importazzjonijiet bil-produzzjoni domestika, u li l-konsum domestiku fir-Russja x’aktarx jibqa’ f’livelli relattivament baxxi fil-futur qarib, ifisser li l-produtturi Russi probabbilment jindirizzaw kull produzzjoni addizzjonali lejn is-suq tal-Komunità.

(39) Fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet kurrenti fis-suq tal-Komunità, x’aktarx li l-produtturi esportaturi Russi ikomplu jadottaw politika ta’ prezzijiet iddampjati biex jerġgħu jikbsu l-ishma mitlufa tagħhom fis-suq. Dan huwa kkonfermat wkoll mill-aġir ta’ l-esportaturi Russi fil-prezz fis-swieq l-oħra tagħhom l-aktar importanti minbarra l-Komunità u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(40) Barra dan, ukoll jekk il-konsum dinji tal-fertilizzant huwa mbassar li jiżdied sas-sena 2004, il-biċċa l-kbira taż-żieda hija mistennija li sseħħ fl-Asja, l-aktar fiċ-Ċina u l-Indja. Iżda, iċ-Ċina u l-Indja żviluppaw kapaċitajiet massivi għall-produzzjoni tal-fertilizzant biex inaqqsu l-livell ta’ importazzjonijiet. Aktar partikolarment, iċ-Ċina imponiet projbizzjoni fuq importazzjonijiet tal-fertilizzant bin-nitroġenu, inkluż in-nitrat ta’ l-ammonju.

(41) Kif imsemmi fil-preambolu 21, il-produttur esportatur waħdieni li kkopera fl-investigazzjoni m’għamilx esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-IP. Għalkemm dan il-produttur kellu l-kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti matul l-IP, kellu kapaċità limitata mhux użata u għalhekk kull produzzjoni sostanzjali għall-esportazzjoni lill-Komunità fil-każ ta’ skadenza tal-miżuri kien jeħtieġ tnaqqis fil-bejgħ fis-swieq l-oħra. Minħabba l-volum sostanzjali ta’ esportazzjonijiet il-marġini tad-dumping matul l-IP minn esportaturi oħra, ukoll jekk dan l-esportatur jista’ jbiegħ lill-Komunità bi prezzijiet mhux tad-dumping wara kull skadenza tal-miżuri, dan ma jbiddilx is-sejbien fir-rigward tal-probabilità tal-kontinwazzjoni tad-dumping għall-pajjiż kollu fit-totalità tiegħu.

(42) L-EFIA sostniet li, mindu kien hemm l-attakki terroristiċi ġewwa l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-ispejjeż kollha relatati, bħall-assigurazzjoni, it-trasport, il-ħatt, il-ħażna u l-handling, qed jiżdiedu u dan ser ikun rifless fi prezzijiet ogħla ta’ fertilizzant importat, billi l-importaturi ikollhom jirkupraw dawn l-ispejjeż ukoll. Iżda, dan l-argument ma kienx issostanzjat, billi ma ntgħata l-ebda xiedha li turi li dan kien ikollu impatt akbar fuq il-prezzijiet ta’ esportazzjoni mir-Russja milli mill-prezzijiet domestiċi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Barra dan, l-iżviluppi wara l-IP jistgħu jkunu ikkonsidrati biss jekk jista’ jintwera li dawn l-iżviluppi jagħmlu r-riżultati ta’ l-investigazzjoni mhux xierqa u l-imposizzjoni ippjanata ta’ dazju anti-dumping manifestament mhux xierqa. Ma nstabx li dan kien il-każ u l-argument kien għalhekk miċħud.

3. Konklużjoni

(43) Ma nstab xejn matul l-investigazzjoni li jissuġġerixxi li l-marġini tad-dumping jew il-volum ta’ l-esportazzjonijiet ta’ dumping stabbiliti għall-perjodu ta’ investigazzjoni jgħibu jew ukoll jonqsu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra dan, instab li l-produtturi Russi kellhom kapaċitajiet ta’ riserva sostanzjali u li t-tneħħija tal-miżuri x’aktarx jirriżulta f’esportazzjonijiet oħra ta’ dumping lejn il-Komunità. Kien għalhekk konkluż li, jekk dawn il-miżuri jiskadu, x’aktarx ikompli d-dumping f’livell sostanzjali u f’volumi miżjudin.

D. DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(44) Mill-11-il applikant tal-produtturi tal-Komunità, wieħed ma rrispondiex għall-kwestjonarju (Sefanitro) u wieħed ma bagħatx biżżejjed informazzjoni (Chemical Industries of Northern Greece). Konsegwentement, iż-żewġ produtturi kienu kkonsidrati li ma kkoperawx u għalhekk ma tqisux bħala parti mill-industrija tal-Komunità. L-investigazzjoni stabbiliet li d-disa’ produtturi li kkoperaw li fadal jirrappreżentaw aktar minn 85 % tal-produzzjoni tal-Komunità tan-nitrat ta’ l-ammonju matul l-IP. Għalhekk jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

E. ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNI

1. Rimarka preliminari

(45) L-introduzzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja fl-1995 fl-ewwel stadju tejbet konsiderevolment is-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi applikanti tal-Komunità, partikolarment f’termini ta’ riżultati aħjar finanzjarji, minħabba żieda fil-prezzijiet bejn l-1995 u l-1996.

2. Konsum

(46) Il-konsum tal-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, kif irrapportat fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità tal-produtturi l-oħra tal-Komunità (kemm l-applikanti li kkoperaw u dawk li m’humiex), kif irrapportat fl-ilment u l-volumi ta’ importazzjoni ġewwa l-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat u mill-pajjiżi terzi kollha l-oħra, fuq il-bażi ta’ l-Eurostat.

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Komunità b’13 % bejn l-1996 u l-IP, jiġifieri minn 6328000 tunnellata metrika fl-1996 sa 5525000 tunnellata metrika fl-IP. Il-konsum naqas partikolarment bejn l-1996 u l-1997, u mbagħad baqa’ relattivament stabbli sa l-aħħar ta’ l-IP.

3. Importazzjonijiet mill-pajjiż kkonċernat

3.1. Volum u sehem mis-suq

(47) Importazzjonijiet totali tan-nitrat ta’ l-ammonju fil-Komunità segwew xejra ‘l isfel matul il-perjodu taħt rieżami (- 28 %) ukoll jekk żdiedu ftit bejn l-1999 u l-IP.

Fir-rigward tal-volum ta’ importazzjonijiet Russi, naqas b’mod sinifikanti matul perjodu taħt rieżami, partikolarment mill-1997. Din ix-xejra tidher li kienet ir-riżultat tal-ftuħ mill-ġdid ta’ l-investigazzjoni ppubblikata fl-1997, li l-konklużjonijiet tagħha kienu ppubblikat fl-1998 u wasslu għall-emenda ta’ miżuri anti-dumping f’dik is-sena, u biż-żieda sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet minn ċerti pajiżi terzi, li bbenefikaw mill-imposizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet Russi. Bejn l-1996 u t-tmiem ta’ l-IP, l-importazzjonijiet Russi naqqsu b’74 %, waqt li importazzjonijiet oħra żdiedu bi 30 %.

(48) Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja naqqsu b’12-il punt perċentwali matul il-perjodu tar-rieżami. Iżda, matul l-IP, għadu jirrappreżenta 5 % tal-konsum tal-Komunità u parti sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet globali, jiġifieri 20 %.

3.2. Prezzijiet

(49) Wara l-imposizzjoni tal-miżuri fl-1995, il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet kkonċernati, kif irrappurtati mill-Eurostat, waqgħu b’45 %, bejn l-1996 u l-IP.

3.3. Paragun bejn il-prezzijiet

(50) Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat waqqgħux il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità matul l-IP. Għal din l-analiżi, il-prezzijiet cif tal-produtturi esportaturi kienu aġġustati debitament għal-livell ta’ dazju tad-dwana mħallas mill-moll fil-fruntiera tal-Komunità (DEQ) u paragunat, fl-istess livell ta’ kumemrċ, mal-prezzijiet mill-fabbrika tal-produtturi tal-Komunità, it-tnejn għall-prodotti fil-boroż. Dan sar billi l-importazzjonijiet huma dejjem fil-boroż, waqt li l-industrija tal-Komunità biegħet il-prodotti tagħha kemm fil-boroż kif ukoll f’forma sfuża. Għalhekk, saru aġġustamenti meta xieraq. Barra dan, l-investigazzjoni wriet li l-prodotti granulari kienu mibjugħa fil-medja bi prezz ogħla mill-prodotti fi kristalli. Għalhekk, kienet applikata korrezzjoni ta’ EUR 3,1 kull tunnellata metrika għall-paragun tal-prezz. Dan l-ammont huwa l-prezz medju bejn in-nitrat ta’ l-ammonju granulari u fi kristalli mibjugħ mill-industrija tal-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni.

(51) L-EFIA sostniet li messu sar aġġustament għall-kwalità aktar baxxa tal-prodott importat mir-Russja. Iżda, l-investigazzjoni stabbiliet li l-kwalità tal-prodott ikkonċernat li oriġina mir-Russja tjieb fis-snin riċenti u kien aġġornat għal standards ogħla Ewropej. Għalhekk, dan l-argument kien miċħud.

(52) Id-differenza fil-prezz mal-pajjiż kollu misjuba fuq din il-bażi, imfissra bħala perċentwal tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità, huwa 27,7 %. Din id-differenza għadha tammonta għal 3,2 % meta d-dazju anti-dumping jiżdied mal-prezz ta’ esportazzjoni. Barra dan, il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità kienu baxxi, billi l-industrija għamlet telf ta’ 18 %.

4. Sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità

4.1. Produzzjoni

(53) Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset b’17 % bejn l-1996 u l-IP, jiġifieri minn 4713000 tunnellata metrika għal3903000 tunnellata metrika. Kien hemm żieda żgħira bejn l-1997 u l-1998, imma l-produzzjoni waqgħet ukoll fl-1999.

4.2. Kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(54) Għandu jkun innutat li l-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma nstabux li kienu indikaturi sinifikattivi għal dan it-tip ta’ produzzjoni u industrija billi huma affettwati bil-fatt li prodotti oħrajn ukoll huma prodotti fuq l-istess tagħmir ta’ produzzjoni. Fil-fatt, ibbażati fuq il-gass naturali trasformat f’ammonja, diversi prodotti differenti huma prodotti bl-użu ta’ l-istess linji ta’ produzzjoni. Il-kapaċità totali ta’ produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet relattivament stabbli matul il-perjodu kkonsidrat. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqqset minn 56 % fl-1996 sa 46 % fl-1997 u wara baqgħet stabbli.

4.3. Bejgħ fil-Komunità:

(55) Il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas minn 4238000 tunnellata metrika fl-1996 għal 3766000 tunnellata metrika fl-IP, jiġifieri b’11 %. It-tnaqqis kien l-aktar notevoli bejn l-1996 u l-1997, meta l-bejgħ naqas b’15 %.

4.4. Ħażniet

(56) Il-livell tal-ħażniet mhux ikkonsidrat li huwa indikatur rilevanti ta’ ħsara minħabba n-natura staġonali tal-bejgħ u l-fatt li n-nitrat ta’ l-ammonju huwa parzjalment maħżun mill-produtturi nnfushom u f’parti mill-koperattivi tal-bdiewa.

4.5. Sehem mis-suq

(57) Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas bejn l-1996 u l-1997 imbagħad żdied biex jikseb fl-aħħar 1,2 punti ta’ perċentwal bejn l-1996 u l-IP. Fl-IP, kien 68,2 % paragunat mas-67 % fl-1996.

4.6. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(58) Il-prezz nett medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità naqas minn ECU 133/tunnellata metrika fl-1996 għal ECU 99/tunnellata metrika fl-IP, jiġifieri b’25 %. Il-waqgħa kienet partikolarment qawwija bejn l-1996 u l-1999, (jiġifieri - 28 %). Minbarra l-effett dipressiv tal-prezz ta’ dawn l-importazzjonijiet, fatturi oħra li setgħu kkontribwew għall-waqgħa fil-prezzijiet kienu t-tnaqqis fid-domanda fis-suq Komunitarju bejn l-1996 u l-1997, importazzjonijiet minn pajjiżi koperti bir-Regolament (KE) Nru 132/2001 u l-projbizzjoni Ċiniża fuq importazzjonijiet tal-fertilizzant bin-nitroġenu imposta fl-1997.

4.7. Qligħ u dħul mill-investiment

(59) Il-qligħ medju mwieżen ta’ l-industrija tal-Komunità ddeterjora b’37 punti ta’ perċentwal bejn l-1996 u l-IP minn 18,6 % għal-18,0 %). Din ix-xejra għandha tkun ikkonsidrata fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni tal-prezz li kien analogu u tal-prezz tal-gass naturali li żdied wara l-ewwel disa’ xhur ta’ l-1999.

Matul il-prejod kkonsidrat, id-dħul fuq l-investiment segwa xejra simili għal dik tal-qligħ.

4.8. Fluss tal-kontanti

(60) Il-fluss tal-kontanti ġġenerat mill-industrija tal-Komunità fir-rigward tal-bejgħ tan-nitrat ta’ l-ammonju segwa mill-qrib ix-xejra tal-qligħ.

4.9 . Kapaċità li jinkiseb il-kapital

(61) Minħabba l-istruttura tal-kumpanniji li lmentaw, jiġifieri l-fatt li l-produtturi tal-fertilizzant huma parti minn gruppi kbar tal-kimika li jagħmlu prodotti oħra, ma setax tkun stabbilita biss l-kapaċità li jinkiseb il-kapital għall-prodott ikkonsidrat, u għalhekk kien ikkonsidrat bħala li mhux indikatur sinifikanti biex titkejjel il-ħsara.

4.10. Impjiegi u pagi

(62) L-impjieg fl-industrija tal-Komunità naqas, bejn l-1996 u l-IP, minn 1986 sa 1608 impjegat, jiġifieri tnaqqis ta’ 19 %. Fir-rigward tal-pagi globali, segwew tnaqqis simili paragunat mat-tnaqqis tan-numru tal-persuni impjegati.

4.11. Investimenti

(63) Il-figuri ta’ investiment baqgħu relattivament stabbli matul perjodu kkonsidrat. Dawn il-figuri ta’ investiment jinkludu investimenti dwar il-passi ta’ produzzjoni qabel il-produzzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju. L-aktar investimenti importanti bejn l-1996 u l-IP kienu investiment fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni għall-aċidu nitriku, li huwa materja prima għall-produzzjoni tan-nitrat ta’ l-ammonju, imma li jista’ jintuża wkoll għall-skopijiet oħrajn bħall-produzzjoni ta’ soluzzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju ta’ l-urea.

4.12. Entità tal-marġini tad-dumping

(64) L-impatt ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ l-entità tal-marġini attwali, minħabba l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, ma jistax ikun ikkonsidrat negliġibbli.

5. Konklużjoni

(65) Kif spejgat fil-preambolu 45 l-introduzzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja fl-1995 għall-ewwel tejbet konsiderevolment is-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi applikanti tal-Komunità. Iżda, mis-sena 1997, is-sitwazzjoni ddeterjorat mill-ġdid. Ħlief għall-ishma tas-suq, li żdiedu xi ftit minħabba t-tnaqqis tal-prezz, l-indikaturi l-oħra tal-ħsara, jiġifieri il-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet, il-qligħ, il-dħul fuq l-investiment, il-fluss tal-kontanti u l-impjiegi, żviluppaw b’mod negattiv. Partikolarment, it-tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kellu effett negattiv fuq il-qligħ. Kif ikkonfermat bir-Regolament (KE) Nru 132/2001, dan l-iżvilupp għandu jkun valutat fid-dawl tal-preżenza akbar fis-suq Komunitarju ta’ importazzjonijiet minn dawn il-pajjizi terzi, li akkwistaw aktar min-nofs ta’ l-ishma tas-suq Russu u waqqgħu b’mod sinifikanti il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

(66) F’dan ir-rigward għandu jkun innutat li l-prezzijiet Russi, fuq il-bażi ta’ l-Eurostat u bl-esklużjoni tad-dmir speċifiku impost fl-1998, kienu anqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Polonja u ta’ l-Ukraina matul il-perjodu kollu taħt rieżami (27 % anqas matul l-IP), bl-eċċezzjoni tas-sena 1997, meta kienu fl-istess livell.

F. PROBABILITÀ LI TERĠA’ TIĠRI L-ĦSARA

1. Bdil fir-rigward tad-dumping u s-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità

1.1. Bdil fiċ-ċirkostanzi dwar id-dumping

(67) L-investigazzjoni wriet li l-marġini tad-dumping żdied b’mod sinifikattiv paragunat mal-marġini tad-dumping ikkalkolat fl-investigazzjoni ta’ qabel li wasslu għall-miżuri fis-seħħ. Fil-fatt, il-marġini tad-dumping ikkalkolat fl-investigazzjoni ta’ qabel kien 41,9 % li kien sostanzjalment aktar baxx minn dak ikkalkolat fl-investigazzjoni kurrenti (115,8 %).

1.2. Bdil fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(68) L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Komunità sofriet telf sinifikanti bejn l-1998 u l-IP. Din is-sitwazzjoni hija ukoll agħar milli kienet matul l-investigazzjoni li wasslet għal miżuri fis-seħħ, billi, per eżempju, il-livell ta’ telf kien kważi tliet darbiet ogħla matul l-IP ta’ l-investigazzjoni milli kien fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ qabel, magħmula skond ir-Regolament (KE) Nru 2022/95.

(69) Kważi fil-perjodu kollu ta’ l-eżistenza tad-dazju fuq importazzjonijiet mir-Russja, kien hemm twaqqigħ sostanzjali fil-prezz. F’Marzu 1998 id-dazju varjabbli kellu jitbiddel b’dazju speċifiku għaliex il-miżuri ma kienux effettivi. Ukoll, minn Lulju 1998, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni fl-livell tad-dazju mħallas (jiġifieriid-dazju speċifiku) kienu taħt il-prezz mhux ta’ ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità li kien stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u li stabbiliet il-livell ta’ dazju.

2. Probabilità li jerġa’ jkun hemm il-ħsara

(70) Biex ikun valutat l-effett probabbli ta’ l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ, l-elementi li ġejjin kienu ikkonsidrati.

(71) Aġir dwar il-prezzijiet mill-produtturi esportaturi Russi, kif jixhdu l-prezzijiet baxxi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi u fis-suq tal-Komunità, maqgħud ma’ l-abbilità tagħhom li jikkonsenjaw kwantitajiet addizzjonali sinifikanti tan-nitrat ta’ l-ammonju, x’aktarx ikollhom impatt ġenerali dipressiv fuq il-prezz f’dak li huwa suq ta’ prodott sensittiv ħafna għall-prezz jekk jitneħħew il-miżuri. Produtturi esportaturi Russi x’aktarx jieħdu mill-industrija tal-Komunità sehem addizzjonali mis-suq. Dan jerġa’ jwassal għall-ħsara mill-ġdid minn importazzjonijiet li joriġinaw fir-Russja f’termini ta’ prezzijiet tal-bejgħ li jonqsu ta’ l-industrija tal-Komunità, volumi tal-bejgħ u ishma tas-suq kif ukoll l-impatt konsegwenti f’termini ta’ qligħ.

(72) L-industrija tal-Komunità hija f’sitwazzjoni diffiċli partikolarment fir-rigward tal-qligħ. Fil-fatt, għalkemm is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità, wara l-imposizzjoni tal-miżuri ikkonsidrati, tjiebet sew fl-ewwel sena wara l-applikazzjoni tal-miżuri, reġgħet iddeterjorat, partikolarment mill-1997, minħabba d-dumping ta’ ħsara ta’ importazzjonijiet ta’ pajjiżi oħra, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 132/2001 u issa hija agħar. F’dan ir-rigward, jekk il-miżuri kontra r-Russja jitneħħew, mhux biss is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità terġa tippoġġa f’riskju, imma wkoll il-benefiċċju li l-industrija tal-Komunità għandu jkollha mill-miżuri imposti kontra pajjiżi oħra jista’ jiddgħajjef jekk mhux jintemm.

(73) L-EFIA sostniet li t-tnaqqis fil-prezz li nħass fis-suq tal-Komunità mill-1997 huwa dovut għal numru ta’ fatturi, fosthom il-projbizzjoni Ċniża fuq l-importazzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu, u li ma jistax ikun attribwit għall-aġir tal-prezz Russu. Iżda, ukoll jekk fatturi oħra, bħal tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Komunità bejn l-1996 u l-1997 u l-istrateġija ¬iniża, jistgħu jkunu r-raġuni tat-tnaqqis tal-prezz, il-prezzijiet Russi naqqsu ferm aktar mill-prezzijiet ta’ l-esportaturi l-oħra kollha, u kienu ferm anqas minn dawk il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mhux iddampjati minn pajjiżi bħal-Lituwanja, l-Eġittu u l-Bulgarija. Dan jista’ jkun spjegat bil-fatt li r-Russja tilfet wieħed mis-swieq ta’ l-importazzjoni l-aktar importanti billi l-esportazzjonijiet Russi liċ-Ċna ammontaw għal aktar minn 1000000 tunnellata metrika, jiġifieri 90 % ta’ l-importazzjonijiet Ċniżi tan-nitrat ta’ l-ammonju fl-1996, is-sena qabel ma kienet imposta l-projbizzjoni.

(74) Kien sostnut ukoll mill-istess assoċjazzjoni ta’ l-importaturi li, billi d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet attribwita lill-Polonja u l-Ukraina fil-kuntest ta’ investigazzjoni oħra, li wasslet għall-imposizzjoni tal-miżuri anti-dumping, ma tistax tkun ikkonsidrata fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja wkoll. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-iskop ta’ rieżami ta’ l-iskadenza huwa biex tkun analizzata s-sitwazzjoni tas-suq tal-Komunità kontra l-probabilità li d-dumping u l-ħsara jkomplu jew ikomplu jiġru jekk il-miżuri fis-seħħ jitneħħew. Għalhekk, fir-rigward ta’ l-investigazzjoni kurrenti ta’ l-iskadenza, il-fatt li d-deterjorazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet attribwita matul ċertu perjodu għall-preżenza ta’ pajjizi terzi oħra, jiġifieri l-Polonja u l-Ukraina, fil-kuntest ta’ proċedura oħra ta’ anti-dumping, ma jaffettwax l-analiżi ta’ l-aġir futur fis-suq tal-Komunità ta’ esportaturi Russi u l-effett probabbli tiegħu fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità.

(75) L-EFIA stqarret fl-aħħar li t-tnaqqis fil-qligħ ta’ l-industrija tal-Komunità hija l-aktar dovuta għaż-żieda fil-prezz ta’ gass naturali, u li messu sar aġġustament għall-prezz mhux ta’ ħsara biex dan ikun ikkonsidrat.

Kif imsemmi fil-preambolu 59, kien ikkonsidrat li din iż-żieda fil-prezz tal-gass seta’ kellha influwenza fuq il-qligħ. Iżda, il-qligħ huwa biss parti mill-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u, kif spjegat fil-preambolu 65, ħafna indikaturi oħra żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu tar-rieżami. Għalhekk kien ikkonsidrat li l-evoluzzjoni tal-prezz tal-gass għandu jkun ikkonsidrat bħala fattur aggravanti aktar milli kawża ta’ ħsara, peress li l-pressjoni tal-prezz misjub ma ħallietx lill-industrija tal-Komunità li tgħaddi ż-żieda permezz tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

Finalment, l-analiżi ta’ l-evoluzzjoni tal-prezz tal-gass fil-Komunità matul dawn l-aħħar snin uriet li hija volatili ħafna u ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni fir-rigward ta’ l-iżvilupp ġejjieni. Għalhekk, kien konkluż li m’hemmx ċirkostanzi speċjali fis-suq tal-Komunità li jiġġustifikaw aġġustament.

(76) Fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż li, jekk jitneħħew il-miżuri, x’aktarx li terġa tiġri l-ħsara.

G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Introduzzjoni

(77) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk it-titwil u l-emenda għall-miżuri eżistenti anti-dumping ikunx kontra l-interess globali tal-Komunità. Biex ikun stabbilit l-interess tal-Komunità dan kien ibbażat fuq valutazzjoni tad-diversi interessi involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, l-importaturi/negozjanti kif ukoll l-utenti tal-prodott li qed ikun ikkonsidrat. Biex ikun ivvalutat l-impatt taż-żamma jew in-nuqqas ta’ żamma tal-miżuri, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet interessati kollha.

(78) Għandu jitfakkar li, fl-investigazzjoni ta’ qabel, l-adozzjoni ta’ miżuri kienet ikkonsidrata li mhix kontra l-interess tal-Komunità. Barra dan, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija rieżami, u għalhekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping kienu diġà fis-seħħ, jippermetti valutazzjoni ta’ kull impatt negattiv iżżejjed fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri kurrenti anti-dumping.

(79) Fuq din il-bażi kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet tal-probabilità li jerġa jkun hemm dumping ta’ ħsara, ikun hemm raġunijiet qawwija li jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li żżomm il-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2. Interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(80) Huwa kkonsidrat li jekk dazji anti-dumping ma jinżammux, x’aktarx li jerġa jkun hemm dumping ta’ ħsara u li s-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità, li ħżienet matul il-perjodu tar-rieżami, tkompli teħżien aktar.

(81) L-industrija tal-Komunità wriet li hija industrija strutturalment vijabbli, kapaċi li tadatta għal kondizzjonijiet li jinbidlu fis-suq. Dan intwera partikolarment mill-profitti ta’ l-industrija li saru sal-1997 u l-investiment tagħha fil-kapaċità tal-produzzjoni fl-ogħla livell teknoloġiku. Is-suċċess ta’ dawn l-isforzi jiddependu bis-sħiħ fuq l-eżistenza ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Komunità.

(82) Jista’ jkun raġonevolent mistenni li l-industrija tal-Komunità ser tibbenefika mill-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 132/2001 iżda l-ebda sors ta’ dumping ta’ ħsara ma għandu jtellef dawn il-miżuri. Kif muri hawn fuq, billi hemm probabilità li jkun hemm dumping ta’ ħsara mir-Russja, huwa fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità li żżomm il-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja.

3. Interess ta’ l-importaturi

(83) Kienu riċevuti kwestjonarji u informazzjoni mill-EFIA (li tirrappreżenta 24 importatur) u żewġ importaturi (mit-48 kwestjonarju li ntbagħtu).

(84) Ir-risposti riċevuti miż-żewġ importaturi li kkoperaw ikkonfermaw it-tnaqqis fil-prezz mill-1998 u l-fatt li l-produtturi tal-Komunità kellhom isegwu din ix-xejra biex jiżguraw il-kompetittività. Wieħed minnhom seħaq ukoll fuq il-ħtieġa li tinżamm l-infrastruttura Ewropea biex ikunu garantiti l-kondizzjonijiet ġodda għall-provista tas-suq Ewropew, waqt li l-assoċjazzjoni kienet kontra t-tkomplijja tal-miżuri.

(85) Minħabba il-livell baxx ta’ koperazzjoni u l-fatt li importaturi ġeneralment jittrattaw firxa kbira ta’ fertilizzanti, li minnhom n-nitrat ta’ l-ammonju huwa biss wieħed, kien konkluż li kull impatt negattiv tat-tkomplija tal-miżuri fuq l-importaturi ma tkunx raġuni tajba biex ma jkunux imposti t-tkomplija tal-miżuri.

4. Interess ta’ l-utenti

(86) L-utenti tal-prodott ikkonċernat huma bdiewa. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lis-sitt assoċjazzjonijiet ta’ l-utenti fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Tnejn minnhom bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju. It-tnejn huma, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, kontra t-tkomplija tal-miżuri.

(87) Asoċjazzjoni waħda ta’ l-utenti sostniet li l-analiżi ta’ l-interess ta’ l-utenti għandu jkun marbut fil-qrib ma’ l-interess ta’ l-utenti Ingliżi, fuq il-bażi li l-ogħla livell ta’ konsum tan-nitrat ta’ l-ammonju fil-Komunità huwa fir-Renju Unit. Iżda, l-investigazzjoni stabbiliet li, matul l-IP, ir-Renju Unit kien responsabbli biss għal 16 % (fil-volum) ta’ importazzjonijiet mir-Russja ġewwa l-Komunità tal-prodott ikkonċernat, waqt li Franza kienet responsabbli għal 47 % ta’ l-importazzjonijiet Russi tan-nitrat ta’ l-ammonju ġewwa l-Komunità. Fuq din il-bażi, l-argument għandu jkun miċħud.

(88) Barra dan, l-istess assoċjazzjoni sostniet li ż-żamma ta’ miżuri anti-dumping fis-seħħ tnaqqas d-dħul tal-bdiewa Ingliżi, għalhekk jitpoġġew f’sitwazzjoni ekonomika ferm aktar diffiċli. F’dan ir-rigward, kif ntqal fir-Regolament (KE) Nru 132/2001, il-fertilizzanti rrappreżentaw medja ta’ 6 % ta’ l-ispejjeż totali ta’ produzzjoni għall-bdiewa. Minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat irrappreżentaw, matul l-IP, 5 % tal-konsum tan-nitrat ta’ l-ammonju fis-suq tal-Komunità, u billi parti biss mill-prezz ta’ importazzjoni riżultanti x’aktarx tgħaddi fuq l-utenti, kull żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bdiewa x’aktarx tkun żgħira. Kif ukoll, kieku l-industrija tal-Komunità kellha żżid mhux biss il-volum tal-bejgħ imma wkoll il-prezzijiet, kull żieda fil-prezz bħal din tkun limitata minħabba l-eżistenza ta’ sorsi oħra ta’ provista. Fil-fatt, 37 % ta’ l-importazzjonijiet kollha tan-nitrat ta’ l-ammonju fil-Komunità m’humiex suġġetti għall-miżuri anti-dumping.

(89) L-EFIA u waħda mill-assoċjazzjonijiet ta’ l-utenti sostnew li l-miżuri anti-dumping jirrestrinġu sorsi alternattivi li għandhom prezz kompetittiv tan-nitrat ta’ l-ammonju għall-bdiewa billi 37 % biss ta’ l-importazzjonijiet kollha tan-nitrat ta’ l-ammonju fil-Komunità m’humiex suġġetti għall-miżuri anti-dumping.

Mill-banda l-oħra jitfakkar li l-għan tal-miżuri anti-dumping mhux li titnaqqas il-provista, imma biex tkun ristabbilita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Komunità.

Mill-banda l-oħra, għandu jkun innotat li l-perċentwal ta’ 37 % huwa f’parti sottovalutat minħabba l-fatt li l-provista tan-nitrat ta’ l-ammonju lis-suq tal-Komunità minn pajjiżi li ma jagħmlux dumping saret anqas attraenti minħabba l-pressjoni qawwija fuq il-prezz magħmula mir-Russja, il-Polonja u l-Ukraina. Huwa għalhekk probabbli ħafna li, jekk terġa tkun stabbilita l-kompetizzjoni ġusta, pajjiżi li ma jagħmlux dumping iżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Komunità.

(90) Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, l-impatt probabbli fuq il-bdiewa kien ikkonsidrat li ma jikkostitwix raġuni qawwija biżżejjed kontra t-tkomplija tal-miżuri, billi effett possibbli negattiv fuq il-bdiewa x’aktarx ma jagħmilx tajjeb għall-effett posittiv fuq l-industrija tal-Komunità.

5. Konklużjoni ta’ l-interess tal-Komunità

(91) Minħabba dak li ngħad fuq, kien konkluż li m’hemmx raġunijiet qawwija ta’ interess Komunitarju kontra t-tkomplija tal-miżuri.

H. MIŻURI ANTI-DUMPING

(92) Min ilmenta ssottometta li kien hemm indikazzjonijiet li bdew ħerġin forom ġodda tan-nitrat ta’ l-ammonju, jiġifieri taħlitiet tan-nitrat ta’ l-ammonju ma’ prodotti oħra, li l-iskop uniku tagħhom huwa biex ikunu evitati l-miżuri possibbli anti-dumping. Tinġibed l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali għal din il-kwistjoni.

(93) Minħabba l-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping u l-ħsara, u wara li jkun ikkonsidrat li jista’ jkun stabbilit li miżuri eżistenti m’humiex qed jilħqu r-riżultati maħsuba fit-tneħħija tal-ħsara stabbilita qabel, huwa konkluż li l-miżuri anti-dumping għandhom jinżammu biex ma jkunx hemm aktar ħsara, u li l-livelli ta’ miżuri għandhom ikunu mmodifikati.

(94) Biex ikun stabbilit il-livell ta’ dazju, jitqies il-livell tal-marġini tad-dumping misjub u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tkun eliminata l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità. Fuq il-bażi tar-regola ta’ l-anqas dazju, il-marġini tal-ħsara kien użat biex ikun stabbilit l-ammont tad-dazju li għandu jkun impost.

(95) Il-EFMA sostniet li mekkaniżmu doppju (dazju speċifiku marbut ma’ prezz minimu ta’ importazzjoni) ikun aktar xieraq minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna tal-gass iffissati mill-Istat mħallsa mill-produtturi Russi. Huwa, iżda, ikkonsidrat li d-dazju speċifiku huwa biżżejjed billi huwa bbażat fuq sejbien ta’ l-investigazzjoni tar-rieżami u li l-forma tal-miżura, jiġifieri d-dazju speċifiku, jiskoraġġixxi l-manipulazzjoni tal-prezz u l-assorbiment tad-dazji. It-talba ta’ l-EFMA kienet għalhekk miċħuda.

(96) Biex ikun stabbilit il-livell ta’ dazju meħtieġ biex ineħħi l-ħsara kkawżata bid-dumping, kienu kkalkolati l-marġini tal-ħsara. Iż-żieda meħtieġa kienet stabbilita fuq il-bażi ta’ paragun, fl-istess livell ta’ kummerċ, tal-prezz ta’ importazzjoni medju mwieżen, mal-prezz mhux tal-ħsara tan-nitrat ta’ l-ammonju mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità.

(97) Il-prezz mhux ta’ ħsara nkiseb biż-żieda mal-prezz sħiħ ta’ l-unità tal-produzzjoni marġini tal-profitt li jista’ raġonevolment jintlaħaħ fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara, wara li titqies id-differenza bejn in-nitrat ta’ l-ammonju granulari u fi kristalli li tkun saret diġà fil-kalkolazzjonijiet tat-twaqqiħ tal-prezz. Il-marġini tal-profitt użat għal din il-kalkolazzjoni hija 8 %. Id-diffferenza li tirriżulta minn paragun bejn il-prezz medju ta’ importazzjoni mwieżen u l-prezz mhux ta’ ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità kienet imbagħad espressa bħala perċentwal tal-valur totali ta’ importazzjoni cif.

(98) L-applikant issottometta li jkun xieraq marġini ta’ profitt ta’ 15 % dħul fuq il-kapital impjegat. Sostna li dan il-livell ta’ dħul kien meħtieġ biex ikun hemm investiment fit-tul u biex jinkiseb dħul adegwat fuq l-ishma ta’ l-azzjonisti. Fil-kuntest kurrenti, iżda, il-kunċett rilevanti huwa profitt raġonevoli li l-industrija tal-Komunità setgħet tilħaq fin-nuqqas ta’ dumping inġurjuż, li ma jaqbilx mal-kunċett ta’ profitt imfittex mill-azzjonisti. Minħabba s-sejbien fil-preambolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 132/2001, u fin-nuqqas ta’ kull kumment ieħor, 8 % tat-turnover jidher li huwa qligħ raġonevoli. Biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-miżuri u biex ma jkunx hemm il-manipulazzjoni tal-prezz li kien osservat qabel, huwa kkonsidrat xieraq li jkun impost dazju fil-forma ta’ ammont speċifiku kull tunnellata.

(99) Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, l-ammont ta’ dazju għandu jkun daqs l-ammont fiss kull tunnellata metrika tan-nitrat ta’ l-ammonju kif jidher isfel:

Pajjiż | Ammont fiss ta’ dazju (euro kull tunnellata metrika) |

Ir-Russja | 47,07 |

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv anti-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet tan-nitrat ta’ l-ammonju li qiegħed fil-kodiċijiet tan-NM 31023090 u 31024090, li joriġinaw mir-Russja.

2. L-ammont ta’ dazju applikabbli kull tunnellata metrika għandu jkun ammont fiss kull tunnellata metrika tan-nitrat ta’ l-ammonju kif jidher isfel:

Pajjiż | Ammont fiss ta’ dazju (euro kull tunnellata metrika) |

Ir-Russja | 47,07 |

3. F’każ meta l-oġġetti jkunu mħassra qabel ma jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment mħallas jew pagabbli jitqassam biex ikun stabbiliti il-valur tad-dwana bis-saħħa ta’ l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [14], l-ammont ta’ dazju anti-dumping msemmi fil-paragrafu 2 għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrespondi għat-tqassim tal-prezz attwalment mħallas jew pagabbli.

4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-3 April 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PiquÉ I Camps

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.2000, p. 2).

[2] ĠU L 129, tal-21.5.1994, p. 24.

[3] ĠU L 198, tat-23.8.1995, p. 27.

[4] ĠU L 129, tal-21.5.1994, p. 24.

[5] ĠU L 129, tal-21.5.1994, p. 24

[6] ĠU C 311, tas-29.10.1999. p. 3.

[7] ĠU L 93, tas-26.3.1998, p. 1.

[8] ĠU C 311, tas-29.10.1999. p. 3.

[9] ĠU L 198, tat-23.8.1995, p. 1.

[10] ĠU L 198, tat-23.8.1995, p. 27.

[11] ĠU C 239, tat-23.8.2000, p. 10.

[12] ĠU L 23 tal-25.1.2001, p. 1.

[13] Sors:Eurostat - Comext "Esportazzjonijiet Russi".

[14] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament. tal-Kummisjoni (KE) Nru 993/2001 (ĠU L 141, tat- 28.5.2001,p. 1.)

--------------------------------------------------