Official Journal L 050 , 21/02/2002 P. 0024 - 0037
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti diski manjetiċi (mikrodiski ta’ 3,5 pulzier) li joriġinaw mill-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-ċina u li jtemm il-proċediment dwar importazzjonijiet ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier li joriġinaw fit-Tajwan IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Investigazzjonijiet ta’ qabel li jinvolvu l-Ġappun, it-Tajwan u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) Bir-Regolament (KEE) Nru 2861/93 [2], il-Kunsill impona miżuri ta’ anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti diski manjetiċi ("mikrodiski ta’ 3,5 pulzier") li joriġinaw mill-Ġappun, mit-Tajwan u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 2. Investigazzjonijiet relatati (2) Dazji anti-dumping definitivi kienu imposti wkoll fuq importazzjonijiet ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier li joriġinaw minn Ħong Kong u r-Repubblika tal-Korea [3] u l-Indonesia [4]. Il-miżuri dwar Ħong Kong u r-Repubblika tal-Korea huma soġġetti għal rieżami li beda f’Settembru 1999 [5]. (3) Il-miżuri dwar il-Malasja, il-Messiku u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skadew fl-14 ta’April 2001 [6]. 3. Talba għal rieżami (4) Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ l-iskadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier li joriġinaw mill-Ġappun, mit-Tajwan u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina [7], il-Kummissjoni rċeviet fl-Lulju 1998, talba biex tagħmel rieżami bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 ("ir-Regolament Bażiku"). It-talba saret mill-Kumitat tal-Manifatturi Ewropej ta’ Diski ("Diskma") f’isem il-produtturi li l-produzzjoni maqgħuda tagħhom tikkostitwixxi proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat. (5) It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktar tirriżulta fit-tkomplija jew li jerġa’ jkun hemm dumping u ħsara għall-industrija tal-Komunità. [8] Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Pariri, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami, il-Kummissjoni bdiet dan ir-rieżami(8) bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. 4. Investigazzjoni (6) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment il-ħames produtturi tal-Komunità li appoġġaw it-talba, il-produtturi esportaturi u l-importaturi magħrufa li huma ikkonċernati flimkien mar-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi bil-bidu ta’ l-investigazzjoni, u taw lill-partijiet direttament ikkonċernati l-opportunità li jtarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu udjenza. (7) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet magħrufa li huma ikkonċernati u rċeviet risposti sħaħ minn żewġ produtturi tal-Komunità, produttur esportatur Tajwaniż u produttur Ċiniż, u l-esportatur relatat f’Ħong Kong u l-importatur relatat fir-Renju Unit. (8) Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil numru kbir ta’ operaturi ekonomiċi mifhuma li huma jew li jirrappreżentaw xerrejja u importaturi ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier fil-Komunità. (9) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha meħtieġa għall-iskop tad-determinazzjoni jekk kienx hemm il-probabilità tat-tkomplija jew li jerġa’ jkun hemm dumping u ħsara u jekk it-tkomplija tal-miżuri jkunux kontra l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fil-postijiet tal-kumpanniji li ġejjin: Produtturi Esportaturi (a) Produttur esportatur fit-Tajwan: CIS Technology Inc., Taipei Hsien, Tajwan; (b) Produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina/Ħong Kong: Hanny Zhuhai Ltd, Kowloon, Hong Kong (esportatur relatat tal-produttur Hanny Magnetics (Zhuhai) Ltd., Provinċja ta’ Guangdong, Repubblika Popolari taċ-Ċina) u l-importatur relatat tal-Memtek Prodotti Europe Ltd, Harmondsworth, UK. Produtturi tal-Komunità Komputer Support Italcard s.r.l., Milan, l-Italja; Sentinel N.V., Bodem, il-Belġju. (10) L-investigazzjoni tal-probabilità tat-tkomplija jew li jkun hemm mill-ġdid id-dumping kopra l-perjodu mill-1 Ottubru 1997 sat-30 ta’ Settembru 1998 ("il-perjodu ta’ l-investigazzjoni"). L-eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tal-Komunità ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier kopra l-perjodu minn 1994 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-investigazzjoni ("il-perjodu ta’ l-analiżi"). (11) Il-partijiet kollha kkonċernati kienu informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata ż-żamma ta’ miżuri eżistenti għall-Ġappun u r-Repubblika popolari taċ-Ċina u t-tmiem tal-proċediment fir-rigward tat-Tajwan. Il-Kummissjoni rċeviet rappreżentazzjonijiet minn żewġ partijiet interessati wara dan l-iżvelar. Il-kummenti ta’ dawn il-partijiet kienu kkonsidrati u, meta xieraq, is-sejbien kien b’hekk immodifikat. B. PRODOTTI KKONSIDRATI U PRODOTT L-ISTESS 1. Prodotti kkonsidrati (12) Il-prodott ikkonċernat (mikrodiski ta’ 3,5 pulzier) huwa użat biex jirrekordja u jaħżen informazzjoni diġitali kodifikata tal-kompjuter li jidħol fil-kodiċi NM ex85232090, bl-eċċezzjoni ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ibbażati fuq teknoloġija ta’ traċċatura servo assistita b’qari ottiku kontinwu jew fuq tekonoloġija ta’ traċċatura servo assistita tas-settur manjetiku b’kapaċità ta’ ħażna ta’ 120MB jew iżjed. (13) Il-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ikkonċernati kienu disponibbli f’diversi tipi, u jiddipendi fuq diversi fatturi, inkluż fost l-oħrajn, il-kapaċità tal-ħażna tagħhom, l-ifformattjar, il-grad ta’ ċertifikazzjoni (dan huwa kejl użat biex ikun valutat ir-rendiment tal-mikrodiska) u l-mod kif jinbiegħu, jiġifieri jekk humiex mibjugħin bħala prodotti bil-marka (is-soltu mibjugħa f’kaxxi ta’ 10 biċċiet) jew sfużi. Minkejja l-eżistenza ta’ diversi tip ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, ma kienx hemm differenzi sinifikanti fil-karatterisitiċi bażiċi fiżiċi u t-teknoloġija. Kollha wrew grad għoli ta’ interkambjabilità. Fuq din il-bażi, il-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier kif definiti fuq għandhom ikunu ikkonsidrati bħala prodott wieħed. 2. Prodott l-istess (14) Id-diversi tipi ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, kif definit fuq, li huma manifatturati u mibjugħa fil-Komunità, u dawk manifatturati u mibjugħa fil-pajjiżi kkonċernati jew esportati lejn il-Komunità huma l-istess fil-karatterisitiċi fiżiċi bażiċi u fit-teknoloġija u juru grad għoli ta’ interkambjabilità. Il-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, għalhekk, għandhom ikunu ikkonsidrati bħala prodott l-istess fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Ċ. PROBABILITÀ TAT-TKOMPLIJA TAD-DUMPING 1. Rimarki preliminari (15) Għandu jkun innutat li importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni rrappreżentaw biss frazzjoni tal-kwantitajiet li kienu esportati matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali (l-1 ta’ April 1990 – il-31 Marzu 1991), i.e. madwar 10 % fil-każ tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan u anqas minn 1 % fil-każ tal-Ġappun. 2. Il-Ġappun (16) Tlieta mill-ħames kumpanniji msemmija fit-talba għar-rieżami qalu li ma kinux qegħdin jipproduċu jew ibiegħu l-prodott kkonċernat iżjed lill-Komunità. Iż-żewġ kumpanniji li baqa’ ma rrispondewx il-kwestjonarju tal-Kummijssoni, u għalhekk kien impossibbli li jkun stabbilit fuq il-bażi tad-data individwali tagħhom kemm dawn il-kumpanniji kienu qed jagħmlu dumping jew le. Għalhekk, u biex ma jkunx ippremjat in-nuqqas ta’ koperazzjoni, is-sejbien dwar il-Ġappun sar fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ l-evidenza pprovduta mill-applikant. Għandu jkun innutat li l-informazzjoni fit-talba għar-rieżami kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli. Data ta’ Eurostat ma setgħux jintużaw għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tad-dumping għaliex il-prodott kopra biss parti mill-kodiċi NM. Minħabba t-talba, il-marġini ta’ dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valuri normali kkostruwiti (spejjeż ta’ produzzjoni flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, u għal profitt) bi prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kostruwiti (prezzijiet konsenjati lill-ewwel klijenti mhux relatati wara li jitnaqqsu l-allowances li jirriflettu l-ispejjeż u l-profitti ta’ l-importaturi). Fuq din il-bażi, u mingħajr tnaqqis għad-dazji anti-dumping, il-marġini ta’ dumping kien bejn 5 % u 10 %. 3. It-Tajwan (17) Għandu jkun innutat li kumpannija waħda fit-Tajwan irrispondiet il-kwestjonarju. Il-kumpannija waħedha prattikament għamlet l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, li ammonta għal kważi tliet miljun unità. Kienu tqiesu ġrajjiet ewlenin li kienu seħħew wara l-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Huwa fatt li, matul l-investigazzjoni, il-kumpannija waqqfet il-produzzjoni ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier billi għalqet id-Diviżjoni Kummerċjali tal-Mezzi ta’ Ħażna. Din il-ġrajja kienet ikkonsidrata li hija manifesta, mhux impoġġija fid-dubbju, mhux soġġetta għall-manipulazzjoni u ma ġietx minn azzjoni deliberata mill-partijiet interessati. Billi l-kumpannija li kkoperat li prattikament għamlet l-esportazzjonijiet kollha ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier lill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni waqfet timmanifattura il-prodott ikkonċernat, kien ikkonsidrat li kull stima ta’ kontinwazzjoni possibbli ta’ dumping matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni kien bla skop. 4. Repubblika Popolari taċ-Ċina (a) Ġenerali (18) Għandu jkun innutat li kumpannija waħda fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina irrispondiet il-kwestjonarju. Din il-kumpannija waħedha prattikament għamlet l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, li ammontaw għal kważi żewġ miljun unità. (b) Valur normali (19) Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, it-Tajwan kien propost bħala pajjiż b’ekonomija xierqa tas-suq għall-iskop li jkun stabbilit il-valur normali għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw fuq din l-għażla. Il-produttur waħdieni li kkopera mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina oġġezzjona għall-fatt li pajjiż analogu kellu jintgħażel fl-ewwel lok, u argumenta li l-valur normali għandu minflok ikun ikkalkolat fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Sostna li ħares il-kriterji kollha msemmija fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Din il-pretensjoni ma setgħetx tkun aċċettata fuq il-bażi li, skond rieżamijiet bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri għandhom jew jinżammu jew jitħassru, imma mhux ikunu immodifikati. Għandha ssir riferenza ukoll għas-sejbien dwar il-probabilità li jerġa jkun hemm dumping. Il-kumpannija kienet infurmata li setgħet titlob l-istatus ta’ ekonomija tas-suq fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal rieżami bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Iżda, il-kumpannija irrifjutat li tagħmel hekk. (20) Billi l-ebda pajjiż alternattiv analogu ma kien propost, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża it-Tajwan bħala l-bażi biex ikun stabbilit il-valur normali għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Barra dan, it-Tajwan kien diġà kkonsidrat li huwa suq xieraq u mhux irraġonevoli fiż-żmien ta’ l-investigazzjoni oriġinali. (21) Għat-tipi kollha ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, ħlief għal wieħed, esportati mill-produttur esportatur Ċiniż li kkopera, il-valur normali kien ikkalkolat b’riferenza għall-prezzijiet lill-klijienti indipendenti. Għal tip wieħed ta’ mikrodiska ta’ 3,5 pulzier, iżda, li għaliha ma stab l-ebda bejgħ paragunabbli domestiku fil-pajjiż analogu, il-valur normali kellu jkun kostruwit skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali kostruwit kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ispiża tal-produzzjoni ta’ tip ekwivalenti prodott mill-produttur esportatur li kkopera Tajwaniż, inkluż ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profit. (ċ) Esportazzjoni. (22) Billi saru esportazzjonijiet lill-importatur relata fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu kkostruwiti fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott ikkonċernat kien mibjugħ l-ewwel lil xerrej indipendenti fil-Komunità, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għal profitti li nġabbru, biex b’hekk ikun stabbilit prezz ta’ esportazzjoni affidabbli. Dawn l-aġġustamenti inkludew spejjeż għat-trasport, l-assigurazzjoni, it-tqandil u spejjeż anċillari fil-Komunità, u d-dazji tad-dwana. L-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi ta’ l-importatur relatat fir-rigward tal-prodott ikkoncernat tnaqqsu wkoll, kif ukoll marġini raġonevoli ta’ profitt. Billi nstab li l-ispejjeż tal-finanzjament dwar in-negozju ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ma kinux riflessi fil-kontijiet ta’ l-importatur relatat, dawn l-ispejjeż kienu ikkalkolati bħala perċentwal tal-prezz finali tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, u għahekk imnaqqas. Sar aġġustament addizzjonali biex jitqiesu l-ispejjeż tal-bejgħ u tal-marketing magħmula minn sussidjarja ta’ l-importatur relatat involuta fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità. (d) Paragun (23) Il-valuri normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu pparagunati għal kull tip ta’ prodott. Saru l-korrezzjonijiet dovuti fil-forma ta’ aġġustamenti, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku għad-differenzi fil-fatturi li ntqal u ntwera li affettwaw il-prezz u l-paragunabilità tal-prezz. Ingħata każ tad-differenzi fil-karatterisitiċi fiżiċi, l-iskontijiet, it-trasport, l-assigurazzjoni, it-tqandil u l-ispejjeż anċillari barra l-Komunità, u l-ippakkeġġjar. L-aġġustament għall-karatteristiċi fiżiċi rrifletta li ċerti tipi ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier mibjugħa mill-produttur esportatur Ċiniż kienu fformattjati, waqt li tipi simili mibjugħa fis-swieq Tajwaniż ma kellhomx din il-karattersitika. (e) Marġini tad-dumping (24) Instab li kien hemm xejra fil-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li kienu differenti sewwa fost ir-reġjuni: fi Stat Membru wieħed, il-bejgħ lill-klijenti indipendenti ammonta għal kważi nofs it-total sar bi prezzijiet konsistentement għolja milli l-bejgħ lill-klijenti indipendenti fl-Istati Membri. Billi, f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-użu ta’ metodu medja għal medja għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping ma rriflettiex il-grad sħiħ ta’ dumping, kien ikkonsidrat xieraq li valuri normali medji mwieżna kull tip ikunu paragunati mal-prezzijiet tan-negozji individwali kollha ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. (25) Il-paragun wera l-eżistenza ta’ marġini tad-dumping ta’ bejn l-5 % u l-10 %, il-marġini ta’ dumping li kien daqs l-ammont li bih il-valur normali qabeż il-prezz ta’ esportazzjoni, imfisser bħala perċentwal tal-prezz ta’ importazzjoni cif fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas. 5. Konklużjoni (26) Is-sejbien ta’ hawn fuq juri l-eżistenza tat-tkomplija ta’ dumping ta’ importazzjonijiet tal-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier li joriġinaw fil-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għalkemm il-volumi ta’ importazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ġiet din il-konklużjoni kienu żgħar ħafna. Fil-każ tat-Tajwan, id-dumping mhux qed jissokata. D. PROBABILITÀ LI JERĠA’ JKUN HEMM DUMPING 1. Importazzjonijiet mill-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (27) Importazzjonijiet mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-perjodu kopert mill-investigazzjoni oriġinali ammontaw għal madwar 130 miljun unità u kollettivament ammontaw għal madwar 30 % tal-konsum apparenti tal-Komunità. L-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ġappun ammontaw għal madwar tliet kwarti ta’ l-importazzjonijiet totali minn dawn iż-żewġ pajjiżi. (28) L-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi waqgħu ħafna wara l-imposizzjoni tal-miżuri fl-1993, għalhekk diġà fl-1995 ammontaw għal madwar 10 miljun unità. Minħabba l-konklużjoni fuq il-kontinwazzjoni tad-dumping dwar importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kien ikkonsidrat xieraq ukoll li tkun eżaminata l-probabilità tad-dumping, i.e. l-probabilità ta’ iżjed kwantitajiet ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet ta’ dumping li oriġinaw f’dawn iż-żewġ pajjiżi. 2. Kapaċitajiet ta’ produzzjoni mhux użati fil-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (29) Tnejn mit-tliet kumpanniji Ġappuniżi li ppreżentaw ruħhom iddikjaraw li ma kienux jimmanifatturaw aktar il-prodott konċernat. It-tielet kumpannija Ġappuniża, li mmanifatturat il-prodott ikkonċernat imma ma esportatux lill-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, sostniet li m’għandhiex kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata. Iż-żewġ kumpanniji li baqa’ msemmija fl-applikazzjoni ma rrispondewx xejn il-kwestjonarju. Għalhekk kien ikkonsidrat li dawn iż-żewġ kumpanniji jista’ jkollhom kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata x’jisfruttaw. (30) Għall-produttur esportatur waħdieni Ċiniż li kkopera, il-produzzjoni naqqset b’kważi 50 % bejn 1995 u l-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Iżda, kien hemm xiehda li teżisti produzzjoni sostanzjali mhux użata. 3. Prezzijiet fis-swieq ta’ pajjiżi terzi oħra tal-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (31) Matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, il-bejgħ tal-produttur esportatur waħdieni Ċiniż li kkopera lejn pajjiżi mhux fl-UE sar bi prezzijiet medji sostanzjalment aktar baxxi minn dawk lejn is-suq tal-Komunità. L-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward ma kienet ipprovduta minn xi produttur esportatur Ġappuniż. 4. Effett probabbli ta’ l-iskadenza tal-miżuri għall-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (32) Kif jidher fuq, il-kalkoli magħmula tad-dumping huma bbażati fuq volumi relattivament baxxi ta’ esportazzjoni lill-Komunità. Huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-prezzijiet aktar baxxi għall-mikrodiski Ġappuniżi u Ċiniżi meta kkonsenjati lill-klijenti finali bir-riżultat li l-volumi x’aktarx jiżdiedu. (33) Il-koperazzjoni mill-Ġappun kienet baxxa kemm fl-investigazzjoni oriġinali u f’dan ir-rieżami ta’ l-iskadenza. Kif imsemmi fil-preambolu 16, żewġ kumpanniji li kienu kkuntattjati ma wieġbu xejn għall-kwestjonarju għalkemm għadhom attivi fis-suq tal-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien konkluż, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li x’aktarx teżisti kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata, li tista’ tkun sfruttata fil-każ li miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Fuq din il-bażi, x’aktarx ikun hemm esportazzjonijiet bi prezzijiet ta’ dumping. (34) Billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata sostanzjali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni medji lill-pajjiżi mhux ta’ l-UE kienu, matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, sostanzjalment aktar baxxi minn dawk għas-suq tal-Komunità, għandu jkun mistenni li, jekk jitħassru l-miżuri, proporzjon sostanzjali tal-bejgħ li jsir bħalisssa fis-suq domestiku jew esportat lill-pajjiżi mhux fl-UE ikunu indirizzati mill-ġdid lis-suq tal-Komunità bi prezzijiet ta’ dumping. 5. Effett probabbli ta’ l-iskadenza tal-miżuri għat-Tajwan (35) Billi l-unika kumpannija li prattikament għamlet l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità matul l-investigazzjoni waqqfet timmanifattura mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, m’hemmx probabilità li jerġa’ jkun hemm dumping minn din il-kumpannija. (36) L-industrija tal-Komunità sostniet li li ż-żewġ produtturi oħra Tajwaniżi ta’ mikrodiski għadhom attivi fin-negozju u li dawn iż-żewġ kumpanniji, li ma kkoperawx fl-investigazzjoni, jesportaw kwantitajiet kbar ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier bi prezzijiet ta’ dumping, jekk jitħassru l-miżuri fir-rigward tat-Tajwan. (37) Din il-pretensjoni kienet miċħuda għaliex ma nstabet l-ebda evidenza li dawn iż-żewġ kumpanniji li kkoperaw setgħu esportaw mikrodiski ta’ 3,5 pulzier lill-Komunità matul il-perjodi ta’ investigazzjoni jew f’perjodi oħra riċenti. Billi f’perjodi riċenti, l-esportazzjonijiet lill-Komunità jistgħu jkunu ikkonsidrati li saru esklussivament mill-produttur Tajwaniż li kkopera li waqqaf il-produzzjoni, l-attivitajiet ta’ dumping dwar il-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ukoll jistgħu jkunu ikkonsidrati li waqqfu. Barra dan, l-akbar miż-żewġ kumpanniji msemmija mill-industrija tal-Komunità waqqfet fil-Komunità sussidjarja propjetà kollha tagħha li tipproduċi mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, u għalhekk għandha ftit jew l-ebda raġuni li terġa tibda tesporta il-prodott ikkonċernat lill-Komunità. 6. Konklużjonijiet. (38) L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijet mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għadhom qed isiru bi prezzijiet ta’ dumping. M’hemm l-ebda indikazzjoni rigward għaliex dan għandu jinbidel jekk il-miżuri kellhom jitħassru. Kif ukoll, il-volum ta’ importazzjonijiet ta’ dumping, li bħalissa huwa f’livelli negliġibbli, instab li x’aktarx jiżdied sewwa jekk il-miżuri jiskadu għaliex it-tħassir possibbli tal-miżuri u l-kapaċitajiet sostanzjali mhux użati x’aktarx jirriżultaw fi prezzijiet aktar baxxi għall-bejgħ mill-ġdid, u b’hekk jiżdiedu il-volumi ta’ bejgħ u l-ishma mis-suq. Kien għalhekk konkluż li jekk il-miżuri jitħassru, l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ikomplu jsiru bi prezzijiet ta’ dumping u hemm ukoll il-probabilità li l-volum ta’ importazzjonijiet ta’ dumping jiżdiedu għall-kwantitajiet sinifikanti. (39) Għal dak li għandu x’jaqsam mat-Tajwan, fin-nuqqas ta’ esportazzjonijiet ta’ dumping, il-fatt biss li jeżistu żewġ produtturi oħra tal-prodott ikkonċernat jitqies bħala mhux biżżejjed biex jimplika li dawn iż-żewġ produtturi Tajwaniżi x’aktarx jibdew jesportaw lill-Komunità bi prezzijiet ta’ dumping. Kien għalhekk konkluż li ma jeżisti ebda riskju serju ta’ dumping mit-Tajwan bħalissa. E. DEFINIZZJONI TA’L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ (40) Fil-Komunità, matul l-IP, mikrodiski ta’ 3,5 pulzier kienu manufatturati minn: - żewġ produtturi tal-Komunità, li kkoperaw bi sħiħ mal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni’ - tliet produtturi oħra li kienu qed jappoġġaw l-applikazzjoni, - operaturi oħra ekonomiċi relati ma’ esportaturi Ġappuniżi, Tajwaniżi u Ċiniżi. (41) Bħal fil-proċedimenti ta’ qabel, instab li l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ma tkunx tajba jekk il-produtturi tal-Komunità relatati ma’ dawk il-produtturi minn pajjiżi involuti fi proċedimenti ta’ qabel li nstabu jagħmlu dumping tal-prodott ikkonċernat, u li kkawżaw ħsara materjali lill-applikant, ma kinux esklużi mid-definizzjoni ta’ "produzzjoni tal-Komunità". Konsegwentement, il-produzzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċi li huma relatati mal-produtturi fil-pajjiżi ikkonċernati kienu esklużi mid-definizzjoni ta’ "produzzjoni tal-Komunità ’." (42) Il-produzzjoni taż-żewġ produtturi tal-Komunità li kkoperaw u tat-tliet produtturi oħra li appoġġaw l-ilment jikkostitwixxu għalhekk il-produzzjoni tal-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. (43) Matul il-proċediment kienet riċevuta sottomissjoni mill-produttur esportatur Ċiniż li allega li l-prodotti manifatturati miż-żewġ produtturi mill-Komunità li kkoperaw ma ssodisfawx id-disposizzjonijiet tar-regoli tal-Komunità stess dwar ir-regoli ta’ l-oriġini kif preskritt fl-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali tal-Komunità [9] u kif elaborat aktar bid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 12/97 [10] u għalhekk ma setgħux ikunu inklużi fil-produzzjoni tal-Komunità. (44) Din il-pretensjoni kienet miċħuda għaliex l-investigazzjoni żvelat li l-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier manifatturati minn dawn iż-żewġ kumpanniji tal-Komunità kienu prodotti l-aktar minn komponenti ġejjin mill-Komunità. Barra dan, iżidu valur sostanzjali fil-proċess ta’ manifattura, is-sedi tagħhom u ċ-ċentri għar-riċerka u l-iżvilupp jinsabu kollha fil-Komunità u l-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier li jipproduċu għandhom oriġini tal-Komunità skond il-kodiċi doganali tal-Komunità. (45) Fuq din il-bażi u billi l-produtturi tal-Komunità li kkoperaw irrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ iżjed minn 75 %, tal-produzzjoni tal-Komunità, huma għalhekk ikkonsidrati li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Dawn huma ‘il quddiem imsejħa "l-industrija tal-Komunità". F. IS-SUQ TAL-KOMUNITÀ TAL-MIKRODISKI TA’ 3,5 PULZIER’ 1. Ġenerali (46) Is-suq għal mikrodiski ta’ 3,5 pulzier huwa matur, u bħalissa huwa karatterizzat b’sitwazzjoni ta’ domanda li qed tonqos. Prodotti oħra bħal diski ZipTM, mikrodiski ta’ kapaċità għolja bħal l-HiFDs u mezzi ta’ ħażna ta’ data ottiċi-manjetiċi, bħal CD-Rs progressivament qegħdin jieħdu post is-suq miżmum minn mikrodiski ta’ 3,5 pulzier. Iżda, minħabba l-bażi sinifikanti tal-PCs b’drives għall-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier inkorportati, huwa ċar li jkun hemm bżonn kontinwu għal dawn il-mikrodiski fil-Komunità. Barra dan, skond studji riċenti tas-suq, ħafna manifatturi tal-PC qed ikomplu jinkorporaw mikrodiski ta’ 3,5” pulzier fil-konfigurazzjoni bażika tal-magni tagħhom. Huwa stmat li sas-sena 2002 ser ikun hemm 38 miljun drives tal-mikrodiski fil-Komunità. Is-suq tal-mikrodiski tal-Komunità ser jibqa’ għalhekk importanti. 2. Konsum ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier fis-suq tal-Komunità (47) Figuri għall-konsum fil-Komunità huma bbażati fuq informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni, fil-produzzjoni vverifikata u fiċ-ċifri tal-bejgħ provduti mill-industrija tal-Komunità u l-volumi ta’ importazzjoni miksuba mill-Eurostat. Dawn l-istimi ppermettew valutazzjoni raġonevoli tal-konsum tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-konsum totali fil-Komunità waqa’ matul il-perjodu analizzat minn 1400 miljun unità (1994) għal 1300 miljun unità (1995), 1100 miljun unità (1996), 1000 miljun unità (1997), qabel ma waqa’ għal 900 miljun unità fil-perjodu ta’ l-investigazzjoni, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 36 % matul il-perjodu kollu analizzat. 3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (a) Rimarka ġenerali (48) Fir-rigward tat-Tajwan, minħabba l-konklużjoni li m’hemmx probabilità tat-tkomplija jew li jerġa’ jkun hemm dumping fil-futur, l-eżami tal-probabilità tat-tkomplija jew li jerġa’ jkun hemm il-ħsara, dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw minn dan il-pajjiż ma kienx segwit. (b) Volum u sehem mis-suq u prezzijiet ta’ importazzjonijet mill-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (49) Minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni, l-informazzjoni ta’ l-Eurostat kienet użata għall-istima ta’ volumi importati. Kif imsemmi fuq, il-prodott ikkonċernat huwa biss parti minn intestatura MN u kienet saret stima ibbażata fuq informazzjoni doganali dettaljata. (50) Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina naqas matul il-perjodu ta’ l-analiżi minn 11-il miljun unità fl-1995 għal 2,6 miljun unità fil-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Is-sehem mis-suq totali ta’ dawn iż-żewġ importazzjonijiet naqas minn 0,8 % fl-1995 għal 0,3 % matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Importazzjonijiet ġewwa l-Komunità (miljuni ta’ unitajiet) | 1995 | 1996 | 1997 | Perjodu ta’ l-investigazzjoni | Importazzjonijet mill-Ġappun | 4,86 | 1,695 | 1,390 | 0,655 | Sehem mis-suq tal-Ġappun | 0,37 % | 0,15 % | 0,14 % | 0,07 % | Importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 6,090 | 2,065 | 5,835 | 1,915 | Sehem mis-suq mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 0,47 % | 0,19 % | 0,58 % | 0,22 % | Importazzjonijiet totali mill-Ġappun, u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 10,95 | 3,76 | 7,225 | 2,570 | Indiċi 1995 = 100 | 100 | 34 | 66 | 23 | Sehem mis-suq totali mill-Ġappun, u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 0,84 % | 0,34 % | 0,72 % | 0,29 % | (ċ) Importazzjonijiet iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw (51) Għandu jkun nnutat li 200 miljun unità kienu importati fil-Komunità bħala li oriġinaw mill-Makaw fl-1995. Iżda, dan il-kummerċ waqaf matul l-1996 wara investigazzjoni mis-servizzi kontra l-frodi tal-Kummissjoni meta kien ippruvat li dawn il-mikrodiski kienu jew ta’ oriġini Ċiniża jew Tajwaniża. Dazji anti-dumping kienu għalhekk miġbura retroattivament minn dawn l-importazzjonijiet [11]. 4. Prattika segwita mill-produtturi esportaturi dwar il-prezz (52) L-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jidher fit-tabella li ġejja. Sors: L-Eurostat (ECU kull unità) | Prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet | 1995 | 1996 | 1997 | Perjodu ta’ l-investigazzjoni | Importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | 0,330 | 0,135 | 0,119 | 0,146 | (53) Il-paragun tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ta’ dumping li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kien stabbiliti billi kienu pparagunati l-prezzijiet tal-bejgħ cif tagħhom kif imfisser fil-preambolu 23, bil-prezzijiet medji mill-fabbrika mwieżna ta’ l-industrija tal-Komunità. Il-paragun sar għall-istess tipi ta’ prodott importati (jiġifieri densità għolja, densità doppja, sfużi jew ippakkjati, grad ta’ ċertifikazzjoni, formatjati jew mhux). Il-paragun wera, fuq bażi medja mwieżna, li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu iżjed minn 20 % akar baxxi minn dawk tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. (54) Għall-Ġappun, billi l-ebda produttur esportatur mill-Ġappun ma kkopera fl-investigazzjoni preżenti, l-uniċi prezzijiet disponibbli huma l-prezzijiet Eurostat jew kwotazzjonijiet tal-prezz ipprovduti fit-talba għar-rieżami. Il-livell tal-prezzijiet meħuda mill-Eurostat jidher għoli ħafna b’paragun ma’ l-importazzjonijiet mir-Popolari taċ-Ċina (0,718 ECU/unità). Iżda, għandu jitfakkar li d-data tal-prezz ta’ l-Eurostat huma għal grupp ta’ prodott li kopra wkoll mikrodiski ta’ ħażna kbira li jiswew aktar flus li kienu esklużi mill-iskop tal-miżuri wara rieżami konkluż fl-1999. Għalhekk l-ebda paragun tal-prezz sinifikanti ma kien possibbli minn dan is-sors. Fir-rigward ta’ kwotazzjonijiet tal-prezz, urew prezzijiet għall-prodotti Ġappuniżi simili għal dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. 5. Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità (a) Produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità (55) Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ l-industrija tal-Komunità kienu kif ġej: | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | Perjodu ta’ l-investigazzjoni | Produzzjoni f’miljuni ta’ unitajiet | 185 | 218 | 201 | 182 | 174 | Indiċi 1995 = 100 | 100 | 118 | 109 | 98 | 94 | Kapaċità f’miljuni ta’ unitajiet | 201 | 223 | 261 | 222 | 222 | Indiċi 1995 = 100 | 100 | 111 | 130 | 110 | 110 | Kapaċità ta’ utilizzazzjoni | 92 % | 98 % | 77 % | 82 % | 79 % | (b) Bejgħ, ishma tas-suq u prezzijiet (56) Il-bejgħ fis-suq tal-Komunità lill-konsumaturi mhux relatati, sehem fis-suq u prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità kien kif ġej: | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | Perjodu ta’ l-investigazzjoni | Bejgħ f’miljuni ta’ unitajiet | 175 | 211 | 200 | 178 | 168 | Indiċi 1995 = 100 | 100 | 121 | 114 | 102 | 96 | Sehem mis-suq | 12,5 % | 16,2 % | 18,2 % | 17,8 % | 18,7 % | Prezz medju kull (ECU) | 0,3217 | 0,2503 | 0,2056 | 0,1799 | 0,1511 | Indiċi 1995 = 100 | 100 | 78 | 64 | 56 | 47 | (57) Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità tela’ għal 3,7 punti ta’ perċentwal bejn l-1994 u l-1995 u b’2 punti ta’ perċentwali bejn l-1995 u l-1996. Wara baqa’ f’medda relattivament dejqa. Il-prezzijiet waqgħu b’53 % bejn l-1994 u l-perjodu ta’ l-investigazzjoni. (ċ) Inventarji (58) L-inventarji huma relattivament stabbli matul iż-żmien u għalhekk ma jżidu l-ebda informazzjoni rilevanti rigward is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. (d) Profitt, l-utli fuq l-investimenti u l-fluss tal-kontanti (59) Instab li matul il-perjodu ta’ l-analiżi, l-industrija tal-Komunità kienet irreġistrat riżultati finanzjarju (jiġifieri telf) li keinu ‘l isfel sewwa ir-rata tal-profitt meqjusa xierqa għall-industriaj tal-Komunità fl-investigazzjoni oriġinali. Il-livelli ta’ profitt għall-1995 m’humiex disponibbli minhabba r-ristrutturazzjoni ta’ l-industrija. Globalment matul il-perjodu ta’ l-analiżi, it-telf niżel minn - 3,36 % fl-1994 għal – 0,17 % fil-perjodu ta’ l-investigazzjoni. (60) L-utli fuq l-investimenti kien negattiv matul il-perjodu ta’ l-analiżi u, f’termini ġenerali, skond ix-xejra tal-profitt. Il-flus tal-kontanti tjieb xi ftit mal-profitt. (e) Impjiegi, pagi u l-produttività tal-ħaddiema (61) L-impjiegi fl-industrija tal-Komunità naqqsu konsistentement matul il-perjodu analizzat minn 266 fl-1994 għal 132 fil-perjodu ta’ l-investigazzjoni, 50 % tal-ħaddiema, kif l-industrija tal-Komunità ppruvat tnaqqas l-ispejjeż u żżid il-produttività. Pagi mnaqqsin b’35 %. (62) Il-livelli msemmija fuq kienu qed jaqgħu fi żmien meta l-industrija tal-Komunità kienet qiegħda żżid il-produzzjoni tagħha. Dan jimplika li l-produttività tax-xogħol kienet qed tiżdied, minn 695000 unità kull impjegat għal to 1318000 unità kull impjegat, żieda ta’ 89 % matul il-perjodu analizzat. (f) Investimenti u kapaċità biex jiżdied il-kapital (63) Il-produzzjoni tal-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier hija ta’ intensità għolja tal-kapital u l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tipikament joperaw 24 siegħa kull jum is-sena kollha. Għalkemm kien hemm investimenti ta’ ECU 2,9 miljuni fl-1994, ECU 0,6 miljuni fl-1995 u ECU 0,3 miljun fl-1996, ma kienx hemm investimenti netti sinifikanti f’din l-industrija għall-aħħar sentejn tal-perjodu ta’ analiżi. (64) It-telf li ġġarrab matul il-perjodu ta’ l-analiżi kien hekk li l-ebda finanzjament għall-investiment ġdid mill-industrija tal-Komunità ma kien possibbli matul l-aħħar sentejn. (g) Esportazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità (65) L-esportazzjonijiet baqgħu stabbli bejn it-2 u t-3 % tad-dħul totali matul il-perjodu ta’ l-analiżi. (h) Daqs tal-marġini tad-dumping u rkupru minn dumping mill-passat (66) Fir-rigward ta’ l-impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tal-kobor tal-marġini attwali tad-dumping misjub matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, għandu jkun innutat li l-marġini misjuba fil-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina m’humiex negliġibbli. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tjiebet sa ċertu punt wara l-imposizzjoni tal-miżuri, imma ma irpiljatx għal kollox. Għalhekk, jekk jitħassru l-miżuri, l-impatt tal-marġini tad-dumping misjub fl-investigazzjoni kurrenti tkun sinifikanti. 6. Sottomissjonijiet riċevuti mill-partijiet interessati fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (67) Produttur esportatur wieħed li kkopera fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina sostna li s-suq tal-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier jista’ jinqasam f’żewġ segmenti tas-suq, jiġifieri "tal-marka" u "sfużi". Il-parti sfużi tas-suq hija karattizzata b’konsenji fuq skala kbira tal-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier meta m’hemmx enfażi fuq il-kwalità Prodotti tal-marka, mill-banda l-oħra, huma dawk li normalment jikkorrespondu għal standards għolja ta’ kwalità. Kien argumentat li dawn is-segmenti tas-suq huma distinti minn xulxin, u li għalhekk għandhom jirċievu trattament separat fl-analiżi. Bħala eżempju, il-kumpannija sostniet li bejgħ qawwi ta’ prodott ta’ kwalità għolja tal-marka kien stabbli waqt li bejgħ ta’ prodott ta’ kwalità baxxa sfużi kien qed jonqos. Sostna wkoll li l-bejgħ tal-produtturi tal-Komuinità kien l-aktar fil-qasam ta’ prodotti ta’ kwalità baxxa sfużi u dan jispjega kull ħsara materjali li jistgħu jkunu qed isofru. Skond is-sottomissjoni, din il-kumpannija kkonċentrat fuq bejgħ ta’ prodotti tal-marka, u għalhekk allegatament ma kkompetitx ma’ l-industrija tal-Komunità. (68) L-argument li segmenti tal-marka u sfużi għandhom ikunu eżaminati separatament ma jistax ikun aċċettat. Kif intqal diġà, il-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier huma l-istess prodott irrespettivament jekk huma mibjugħ bil-marka jew le, u huma, fuq bażi ta’ tip b’tip, l-istess fl-aspetti kollha u interkambjabbli. Hemm xebħ sinifikanti bejn it-tip ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier mibjugħa mill-produtturi Ċiniżi u dawk mibjugħa mill-produtturi tal-Komunità; qed jikkompetu għalhekk fl-istess segment tas-suq. (69) Produttur ieħor intertessat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ma kkoperax fl-investigazzjoni, sostna li l-ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità ma kinitx dovuta għall-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, imma kienet ir-riżultat tal-fatt li l-mikrodiski ta’ 3,5 pulzier kienu prodott matur u kienu ser jgħibu fis-sentejn li ġejjin. Barra dan, intqal li l-prodott Ċiniż kien prodott sfuż ta’ kwalità baxxa li ma kienx jikkompeti fil-produzzjoni tal-Komunità li, skond din il-parti interessata, kien fil-livell ta’ kwalità għolja tal-marka. (70) Il-pretensjonijiet minn din il-parti ma setgħux ikunu vverifikati minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni. Madankollu, għalkemm mikrodiski ta’ 3,5 pulzier huma tassew prodott matur, it-tnaqqis fil-konsum ser iseħħ f’perjodu konsiderevolment itwal minn sentejn. Kif intwera fuq, id-domanda għal mikrodiski ta’ 3,5 pulzier hija mistennija li tkompli, għalkemm bit-tnaqqis fil-bejgħ, u l-manifatturi ta’ kompjuters personali ser ikomplu jinstallaw drive-units tal-mikrodiski bħala tagħmir standard fil-magni tagħhom. Il-pretensjoni li l-prodott Ċiniż ma jikkompetix mal-produzzjoni tal-Komunità diġà kienet miċħuda. 7. Konklużjonijiet fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità (71) L-istampa globali li toħroġ mis-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità minn dak li ntqal hija dik ta’ industrija li għadha f’posizzjoni dgħajfa, minkejja sehem mis-suq li tjieb u sforz ta’ suċċess fit-tnaqqis sinifikanti ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni (li naqqsu b’51 % matul il-perjodu eżaminat). Il-metodi ta’ produzzjoni kienu mmodernizzati u l-faċilitajiet huma issa kważi awtomatizzati għal kollox biex titjieb l-effiċjenza, jinżamm is-sehem fis-suq u jkunu massimizzati l-profitti. Iżda, l-industrija tal-Komunità għadha ma laħqietx sitwazzjoni finanzjarja sodifaċenti. G. PROBABILITÀ TAL-KONTINWAZZJONI JEW LI JERĠA’ JKUN HEMM ĦSARA (72) Huwa mfakkar li kien konkluż fit-taqsima D li x’aktarx li, kemm għall-Ġappun u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, id-dumping ser ikompli jekk jiskadu l-miżuri anti-dumping. Kien konkluż ukoll li jkun hemm probabilità li jerġa’ jkun hemm dumping, jekk jiskadu l-miżuri, billi jiżdiedu konsiderevolment il-volumi ta’ l-importazzjonijiet ta’ dumping. (73) Intwera fit-taqsima F li l-industrija tal-Komunità kienet f’sitwazzjoni vulnerabbli matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. (74) Jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet ta’ dumping mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina x’aktarx ibaxxu l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità li huma diġà baxxi. (75) F’dawn il-kondizzjonijiet, l-industrija tal-Komunità, li diġà qed titlef il-flus, ma tkunx tista’ tikkompeti mal-kwantitajiet mibjugħa b’prezzijiet daqshekk baxxi għaliex l-ewwel, differenza fil-prezzijiet f’dan is-suq (il-mikrodiski huma prodott mhux differenzat) twassal għal sostituzzjoni immedjata fil-provista u t-tieni, l-industrija tal-Komunità għamlet diġà l-isforżi kollha meħtieġa biex tirristruttura lilha nfisha u diġà qed topera bi prezzijiet baxxi ħafna. Għalhekk x’aktarx li l-industrija tal-Komunità tara deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha li jista’ jwassal għad-dubju fuq il-vijabilità tagħha. Pretensjoni minn importatur esportatur Ċiniż (76) Produttur esportatur Ċiniż sostna li ċ-ċirkostanzi tas-suq x’aktar ma kienux ser iwasslu għall-dumping mill-ġdid ta’ ħsara mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-investimenti meħtieġa biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-produzzjoni Ċiniżi għall-produzzjoni ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ta’ kwalità għolja ma jkunux ġustifikati minħabba x-xejriet tas-suq bħalissa, u l-ebda ħażniet ta’ prodott ma eżistew kif pretiż mill-partijiet applikanti. Huwa sottomess għalhekk li ebda żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma kienet probabbli fil-każ li jiskadu d-dazji anti-dumping. Mill-bidu għandu jkun innutat li l-allegazzjonijiet li saru mill-kumpannija ikkonċernata ma setgħux ikunu ivverifikati, billi din il-kumpannija ma kkoperatx fl-investigazzjoni. Għal raġunijiet ta’ kompletezza, ir-raġunijiet sostnuti kienu madankollu analizzati. Fir-rigward ta’ l-argument ta’ titjib, din il-kwistjoni hija kkonsidrata li hija irrilevanti għall-kwistjoni li jerġa’ jkun hemm il-ħsara billi kien determinat li t-tipi kollha ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier, inkluż dawk li bħalissa hemm il-produzzjoni fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma prodotti bħal dawk prodotti mill-industrija tal-Komunità u konsegwentement dawn il-prodotti huma f’kompetizzjoni ma xulxin. Konklużjoni (77) Fid-dawl tas-sejbien ta’ hawn fuq huwa konkluż li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx iwasslu għall-kontinwazzjoni u/jew li jerġa’ jkun hemm ħsara għall-industrija tal-Komunità. H. INTERESS TAL-KOMUNITÀ 1. Konsiderazzjonijiet ġenerali (78) Il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma ta’ miżuri anti-dumping fuq mikrodiski ta’ 3,5 pulzier tkunx fl-interess tal-Komunità. Instab li hemm probabilità li ser ikompli jkun hemm u/jew terġa tiġri l-ħsara bid-dumping. L-investigazzjoni ikkonsidrat ukoll jekk hemmx jew le interessi akbar kontra li jinżammu l-miżuri u tqiesu wkoll l-effetti fil-passat ta’ dmirijiet tad-diversi interessi involuti. (79) Għandu jitfakkar li, fl-investigazzjoni ta’ qabel, l-adozzjoni ta’ miżuri kienet kkonsidrata mhux kontra l-interess tal-Komunità. Għandu jkun innutat ukoll li, billi din hija investigazzjoni tar-rieżami ta’ l-iskadenza, din l-investigazzjoni għandha turi wkoll l-impatt tal-miżuri eżistenti partikolarment fuq l-utenti, il-konsumaturi u n-negozjanti. 2. Interessi ta’ l-industrija tal-Komunità (80) Minħabba l-konklużjonijiet fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità li jidhru fit-taqsima F, speċjalment f’termini tal-profitt negattiv tagħha, il-Kummisjsoni tikkonsidra li, fin-nuqqas ta’ miżuri kontra d-dumping injurjuż, l-industrija tal-Komunità x’aktarx ser tgħaddi għall-sitwazzoni finanzjarja agħar. (81) L-industrija tal-Komunità hija vijabbli u kapaċi li tissupplixxi s-suq għal prodott li, għalkemm fi stadju matur fil-ħajja tiegħu, jikkostitwixxi l-apparat bażiku ta’ ħażna għal numru kbir ta’ utenti tal-kompjuter. Fil-fatt, l-industrija tal-Komunità wriet li lesta żżomm preżenza kompetittiva fis-suq tal-Komunità. Eżempji ta’ dawn il-passi meħuda huma: (a) żamma ta’ prezzijiet f’minimu biex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha; (b) progress għall-konsolidament akbar; (ċ) għeluq ta’ unitajiet ta’ manifattura; (d) użu estensiv ta’ tekniċi moderni ta’ produzzjoni (eż. mekanizzazzjoni miżjuda u l-kompjuterizzazzjoni); (e) titjib fil-produttività; (f) investiment għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ mezzi diġitali ta’ ħażna. (82) Għandu jkun innutat ukoll li l-produzzjoni ta’ mezzi ta’ ħażna tad-data hija qasam ta’ importanza teknoloġika għall-Komunità kollha. It-teknoloġija tal-produzzjoni u l-esperjenza miksuba mill-industrija tal-Komunità fil-produzzjoni ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ipprovdiet, u ser tkompli tipprovdi, bażi għall-aktar innovazzjoni fil-manifattura ta’ prodotti oħra relatati ta’ mezzi għall-ħażna elettronika. Għall-industrija tal-Komunità, li tibqa’ vijabbli fis-settur tal-mikrodiski hija l-bażi ekonomika għall-parteċipazzjoni fis-suq li qed jikber ta’ mezzi oħra ta’ ħażna. 3. Interessi ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati (83) Importatur wieħed biss mhux relatat kkopera fl-investigazzjoni. Qal li l-importazzjonijiet kienu ristretti bl-eżistenza ta’ dazji anti-dumping. Iżda, kien ovvju li l-importazzjonijiet kienu għadhom possibbli għal dan l-importatur. Jekk il-miżuri jinżammu, din il-kumpannija tkun tista’ ġġib mikrodiski ta’ 3,5 pulzier mill-pajjiżi ikkonċernati u minn pajjiżi terzi oħra, inkluż pajjiżi li m’humiex suġġetti għall-miżuri ta’ anti-dumping. (84) Barra dan, il-koperazzjoni limitata ta’ l-importatur f’dan il-każ iwassal għall-konklużjoni li l-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ġappun u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma kellhomx impatt sinifikattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ importaturi u kummerċjanti mhux relatati ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier fil-Komunità. (85) Għalhekk, huwa konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri x’aktarx mhux ser taffettwa is-sitwazzjoni ta’ importaturi u kummerċjanti mhux relatati ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier fil-Komunità. 4. Interessi ta’ fornituri tal-komponenti (86) Kull tnaqqis ieħor u/jew deterjorazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mhux biss ikollhom implikazzjonijiet negattivi għall-impjiegi u l-investiment innifsu imma jista’ jkollhom effett korollarju fost l-fornituri ta’ l-industrija ta’, fost l-oħrajn, qxur, cookies, xatters, fusien, materjal bħall-inforra u l-molol. (87) Il-produtturi tal-Komunità jġibu l-parti l-kbira tal-materjali u l-komponenti tagħhom minn fornituri li jinsabu fil-Komunità. Għalhekk it-tkomplija ta’ miżuri anti-dumping ikunu b’mod ċar fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità li tforni l-komponenti. 5. Interessi ta’ l-utenti u tal-konsumaturi (88) Utenti ewlenin ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier inkluż duplikaturi u utenti finali. L-ebda settur ma wera l-fehmiet tiegħu f’din l-investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni, għalhekk, ikkonsidrat li s-sejbien ta’ l-investigazzjoni oriġinali f’dan il-kuntest għadhom applikabbli, jiġifieri ż-żieda fl-ispejjeż applikabbli għal dan is-settur meta paragunat ma’ l-ispejjeż globali tista’ tkun ikkonsidrata bħala negliġibbli u jkollha ftit jew l-ebda impatt fuq prezzijiet għall-konsumaturi bl-imnut. (89) Għal kuntrarju l-iskadenza tal-miżuri jheddu serjament il-vijabilità ta’ l-industrija tal-Komunità, li jekk tgħib tnaqqas il-provista u l-kompetizzjoni, għad-detriment tad-duplikaturi u l-konsumaturi. 6. Konklużjoni (90) Wara li tqiesu l-interessi tad-diversi partijiet involuti, il-Kummissjoni kkonkludiet li m’hemmx raġunijiet fondati ta’ interess tal-Komunità kontra t-tkomplija tal-mizuri. I. DAZJI PROPOSTI GĦALL-ĠAPPUN U R-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA (91) Minħabba s-sejbien ta’ hawn fuq, huwa kkonsidrat xieraq li dazji anti-dumping imposti bir-Regolament (KEE) Nru 2861/93 għandhom jinżammu fil-livelli eżistenti, jiġifieri.: Ġappun | Memorex Telex Japan Ltd | 6,1 % | Hitachi Maxell Ltd | 20,6 % | TDK | 26,7 % | Il-kumpaniji l-oħrajn kollha | 40,9 % | -Repubblika Popolari Taċ-Ċina | Hanny Magnetics | 35,6 % | Il-kumpaniji l-oħrajn kollha | 39,4 %. | (92) Minħabba t-tul ta’ l-investigazzjoni, huwa kkonsidrat xieraq li l-miżuri jkunu limitati għal erba’ snin. J. TMIEM TAL-PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAT-TAJWAN (93) Minħabba s-sejbien ta’ hawn fuq dwar importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan, il-miżuri anti-dumping bħalissa fis-seħħ kontra t-Tajwan m’humiex aktar meħtieġa u l-proċediment għandu jintemm fir-rigward l-importazzjonijiet li joriġinaw f’dan il-pajjiż. Minkejja t-tul ta’ l-investigazzjoni t-tmiem għandu jkun effettiv mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fil-fatt, it-tmiem huwa mmotivat mill-perjodu post investigattiv valutat diversi snin wara, u biex tingħata r-retroattività f’dawn iċ-ċirkostanzi ikun inkonsistenti ma’ l-iżvolġiment tal-ġraijjiet matul l-investigazzjoni. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier użati biex jirrekordjaw u jaħżnu informazzjoni diġitali tal-kompjuter li jidħlu fil-kodiċi NM ex85232090 kodiċi TARIC 85232090*40) u li (joriġinaw fil-Ġappun u fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, bl-eċċezzjoni ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier ibbażati fuq teknoloġija ta’ traċċatura servo assistita b’qari ottiku kontinwu jew fuq tekonoloġija ta’ traċċatura servo assistita tas-settur manjetiku b’kapaċità ta’ ħażna ta’ 120MB jew iżjed. 2. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett b’xejn mal-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti manifatturati mill-manifatturi li ġejjin għandu jkun kif ġej: Pajjiż | Kumpannija | Rata ta’ d-dazju AD % | Kodiċi addizzjonali TARIC | il-Ġappun | Memorex Telex Japan Ltd | 6,1 % | 8705 | Hitachi Maxell Ltd | 20,6 % | 8706 | TDK | 26,7 % | 8707 | Il-produtturi esportaturi l-oħra kollha | 40,9 % | 8999 | Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | Hanny Magnetics | 35,6 % | 8711 | Il-produtturi esportaturi l-oħra kollha | 39,4 % | 8999 | 3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 Id-dazji anti-dumping għandhom ikunu imposti għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 3 Il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ mikrodiski ta’ 3,5 pulzier li joriġinaw mit-Tajwan huwa b’dan mitmum. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Frar 2002. Għall-Kunsill Il-President J. Piqué i Camps [1] ĠU L 56, is-6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.2000, p. 2). [2] ĠU L 262, tal-21.10.1993, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2537/1999 (ĠU L 307, tat-2.12.1999, p. 1). [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2199/94 (ĠU L 236, tal-10.9.1994, p.2) Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2537/1999 (ĠU L 307, tat-2.12.1999, p. 1). [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1821/98 (ĠU L 236, tat-22.8.1998, p.1) Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2537/1999 (ĠU L 307, tat-2.12.1999, p. 1). [5] ĠU C 256, tad-9.9.1999, p. 3. [6] ĠU C 111, tat-12.4.2001, p. 9. [7] ĠU C 123, tat-22.4.1998, p. 5. [8] ĠU C 322, tal-21.10.1998, p. 4. [9] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1 [10] ĠU L 9, it-13.1.1997, p. 1 [11] Ara l-preambolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/96 ta’ l-24 ta’ Lulju 1996 (ĠU L 186, tal-25.7.1996, p. 14) u l-preambolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 98/175/KE tat-3 ta’ Marzu 1998 (ĠU L 63, l-4.3.1998, p. 32) --------------------------------------------------