32002R0245



Official Journal L 039 , 09/02/2002 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 245/2002

tat-8 ta’ Frar 2002

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ipprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Khaki Ribera del Xúquer" bħala isem ta’ l-oriġini u l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni żewg applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet "Asparago bianco di Cimadolmo" u "Ciliegia di Marostica" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha mniżżla fih u b'mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu meħtiegskondArtikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2601/01 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma’ hawn huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjoni protetti ta’ l-oriġini (DPO) jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" ipprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 324, tal-21.12.00, p. 26.

[3] ĠU C 113, tat-18.4.2001, p. 7 (Khaki Ribera del Xúquer).ĠU C 125, tas-26.4.2001, p. 2 (Asparago bianco di Cimadolmo).ĠU C 113, tat-18.4.2001, p. 5 (Ciliegia di Marostica).

[4] ĠU L 327, tat-18.12.96, p. 11.

[5] ĠU L 345, tad-29.12.01, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Frott u l-ħaxix ta' l-ikel

SPANJA

Il-KakiRiberadelXúquer (IOP)

L-ITALJA

L-Asparago bianco di Cimadolmo (IĠP)

Iċ-Ciliegia di Marostica (IĠP)

--------------------------------------------------