32002R0221



Official Journal L 037 , 07/02/2002 P. 0004 - 0006


Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 221/2002

tas-6 ta' Frar 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 jipprovdi illi jridu jiġu ffissati l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2375/2002 [3] jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex japplikaw mill-5 ta' April 2002. B'mod partikolari, l-Anness I ta' miegħu jiffissa l-livelli għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f'ċerti prodotti mis-sajd.

(3) Huwa essenzjali, sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, li l-kontaminati jinżammu f'livelli li huma aċċettabbli tossikoloġikament. Il-livelli massimi għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju għandhom ikunu mingħajr periklu u baxxi daqs kemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevili (l-ALARA) imsejsa fuq prattiċi tajba tal-fabbrikazzjoni u mill-biedja u/jew is-sajd. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni ġdida analitika huwa meħtieġ li jiġu rriveduti d-disposizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 455/2001 rigward dawn il-kontaminanti f'ċerti prodotti mis-sajd. Id-disposizzjonijiet riveduti jżommu livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-konsumatur.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-5 ta' April 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1.

[3] ĠU L 321, tas-6.12.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

It-Taqsima 3 (Il-Metalli t-tqal) ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 466/2001 jiġi emendat kif ġej:

(a) fejn jirrigwarda ċ-ċomb (Pb), il-punti 3.1.4, 3.1.4.1 u 3.1.6 jiġu mibdula b'li ġej:

"Il-Prodott | Il-Livell Massimu (mg/kg fil-piż imxarrab) | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għat-teħid tal-kampjuni | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi |

3.1.4.Il-Laħam tal-muskoli tal-ħut kif iddefinit fil-kategoriji (a), (b) u (e) fil-lista ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2000 (ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22), minbarra l-ispeċji tal-ħut elenkati fit-3.1.4.1 | 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.1.4.1.Il-Laħam tal-muskoli ta':il-bonito (Sarda spp.) l-isparli komuni taż-żewġ faxex (Diplodus vulgaris), is-sallura (Anguilla anguilla), il-mulett kaplat (Mugil labrosus labrosus), il-grunt (Pomadasys benneti) is-sawrell jew l-i scad (Trachurus trachurus) is-sardin ta' l-aringi (Sardina pilchardus), is-sardinops (Sardinops species), l-ispnotta tat-tikek (Dicentrarchus punctatus), it-tonn (Thunnus species u Euthynnys species), il-lingwata wedge (Dicologoglossacuneata) | 0,4 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.1.6.Il-Molluski bivalvi | 1,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.1.4. Il-Laħam tal-muskoli tal-ħut kif iddefinit fil-kategoriji (a), (b) u (e) fil-lista ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2000 (ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22), minbarra l-ispeċji tal-ħut elenkati fit-3.1.4.1

| 0,2 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.1.4.1. Il-Laħam tal-muskoli ta':

il-bonito (Sarda spp.) l-isparli komuni taż-żewġ faxex (Diplodus vulgaris), is-sallura (Anguilla anguilla), il-mulett kaplat (Mugil labrosus labrosus), il-grunt (Pomadasys benneti) is-sawrell jew l-i scad (Trachurus trachurus) is-sardin ta' l-aringi (Sardina pilchardus), is-sardinops (Sardinops species), l-ispnotta tat-tikek (Dicentrarchus punctatus), it-tonn (Thunnus species u Euthynnys species), il-lingwata wedge (Dicologoglossacuneata) | 0,4 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.1.6. Il-Molluski bivalvi

| 1,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE" |

(b) fejn jirrigwarda l-kadmju (Cd), il-punti 3.2.5, 3.2.5.1 u 3.2.6 jiġu mibdula b'li ġej:

"Il-Prodott | Il-Livell Massimu (mg/kg fil-piż imxarrab) | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għat-teħid tal-kampjuni | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi |

3.2.5.Il-Laħam tal-muskoli tal-ħutkif iddefinit fil-kategoriji (a), (b) u (e) fil-lista ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 104/2000, bl-esklużjoni ta' l-ispeċji tal-ħut elenkati fit-3.2.5.1 | 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.2.5.1.Il-Laħam tal-muskoli ta':il-bonito (Sarda spp.) l-isparli komuni taż- żewġ faxex (Diplodus vulgaris), is-sallura (Anguilla anguilla), l-inċova Ewropea (Engraulis encrasicholus), il-mulett kaplat (Mugil labrosus labrosus), is-sawrell jew l-i scad (Trachurus trachurus), il-louvar jew luvar (Luvarus imperialis), is-sardina ta' l-aringi (Sardina pinchardus), is-sardinops (Sardinops species), it-tonn (Thunnus u Euthynnys species), il-lingwata wedge (Dicologoglossa cuneata) | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.2.6.Il-krustaċji, minbarra l-laħam kannella tal-granċ u minbarra l-laħam tar-ras u tas-sider ta' l-awwista ukrustaċji kbar simili (Nephripridae u Palinuidae) | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.2.5. Il-Laħam tal-muskoli tal-ħutkif iddefinit fil-kategoriji (a), (b) u (e) fil-lista ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 104/2000, bl-esklużjoni ta' l-ispeċji tal-ħut elenkati fit-3.2.5.1

| 0,05 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.2.5.1. Il-Laħam tal-muskoli ta':

il-bonito (Sarda spp.) l-isparli komuni taż- żewġ faxex (Diplodus vulgaris), is-sallura (Anguilla anguilla), l-inċova Ewropea (Engraulis encrasicholus), il-mulett kaplat (Mugil labrosus labrosus), is-sawrell jew l-i scad (Trachurus trachurus), il-louvar jew luvar (Luvarus imperialis), is-sardina ta' l-aringi (Sardina pinchardus), is-sardinops (Sardinops species), it-tonn (Thunnus u Euthynnys species), il-lingwata wedge (Dicologoglossa cuneata) | 0,1 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE |

3.2.6. Il-krustaċji, minbarra l-laħam kannella tal-granċ u minbarra l-laħam tar-ras u tas-sider ta' l-awwista u

krustaċji kbar simili (Nephripridae u Palinuidae) | 0,5 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE" |

(ċ) fejn jirrigwarda l-merkurju (Hg), il-punt 3.3.1.1 jiġi mibdul b'li ġej:

"Il-Prodott | Il-Livell Massimu (mg/kg fil-piż imxarrab) | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għat-teħid tal-kampjuni | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi |

3.3.1.1.Il-Petriċja (Lophius spp.)il-ħut tal-mustaċċi ta' l-Atlantiku (Anarchichas lupus), l-ispnotta (Dicentrachus labrax), il-molva kaħla (Molva dipterygia), il-bonito (Sarda sarda), is-sallura (Anguilla species), id-dott imperjali jew minn lewn il-larinġa (Hoplostethus atlanticus), il -grenadier (Coryphaenoides ruperstris), l-alibatt (Hippoglossus hippoglossus), il-marlin (Makaira species), il-lizz (Esox lucius), il-bonito komuni (Orcynopsis unicolor), il-gattarell portugiż (Centroscxymnes coelolepis), ir-rajja (Raja species), il-ħuta ħamra (Sebastes marius, S. Mentlla, S. Viviparus), il-ħuta tal-qlugħ (Istiophorus platypterus), il-ħuta għant (Lepidopus caudatus, Aphanopus carbo), il-kelb il-baħar (l-ispeċji kollha), is-snake mackerel jew butterfish (Lepidocy- bium flavobrunneum, Ruvettus pretiosus, Gempylus serperns), l-istorjun (Acipenser species), il-pixxispad (Xiphias gladus), it-tonn (Thunnus species u Euthynnus species) | 1,0 mg/kg | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE ' |

3.3.1.1. Il-Petriċja (Lophius spp.)

il-ħut tal-mustaċċi ta' l-Atlantiku (Anarchichas lupus), l-ispnotta (Dicentrachus labrax), il-molva kaħla (Molva dipterygia), il-bonito (Sarda sarda), is-sallura (Anguilla species), id-dott imperjali jew minn lewn il-larinġa (Hoplostethus atlanticus), il -grenadier (Coryphaenoides ruperstris), l-alibatt (Hippoglossus hippoglossus), il-marlin (Makaira species), il-lizz (Esox lucius), il-bonito komuni (Orcynopsis unicolor), il-gattarell portugiż (Centroscxymnes coelolepis), ir-rajja (Raja species), il-ħuta ħamra (Sebastes marius, S. Mentlla, S. Viviparus), il-ħuta tal-qlugħ (Istiophorus platypterus), il-ħuta għant (Lepidopus caudatus, Aphanopus carbo), il-kelb il-baħar (l-ispeċji kollha), is-snake mackerel jew butterfish (Lepidocy- bium flavobrunneum, Ruvettus pretiosus, Gempylus serperns), l-istorjun (Acipenser species), il-pixxispad (Xiphias gladus), it-tonn (Thunnus species u Euthynnus species) | 1,0 mg/kg | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/22/KE '" |

--------------------------------------------------