32002R0174



Official Journal L 030 , 31/01/2002 P. 0033 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/2002

tat-30 ta’ Jannar 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/97 li jistabilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-pajjiżi ACP jew il-pajjiżi u territorji barra mill-Ewropa (OCT)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barra l-Ewropa mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ma pajjiżi u territorji") [1], u b’mod partikolarment l-Artikolu 6(5) ta’ l-Anness III tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1706/98 tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u għall-merkanzija li tirriżulta mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (Stati ACP) u li jabbroga ir-Regolament (KEE) Nru 715/90 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tiegħu,

Billi:

(1) Fis-27 ta’ Novembru 2001, il-Kunsill addotta d-"Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi u territorji ta’ Barra". Taħt l-Artikolu 6(5) ta’ l-Anness III tagħha, huwa permess il-kumulu ta’ oriġini fi kwota annwali komplessiva ta’ 160000 tunnellati metriċi espressi f’ekwivalenti ta’ ross bla qoxra, li tinkludi l-kwota tariffarja għar-ross li joriġina fl-Istati ACP taħt il-Ftehim ta’ Kotonou. Ħruġ inizzjali ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal 35000 tunnellata metrika għandha ssir lil pajjiżi u territorji barra mill-Ewropa kull sena, u f’din il-Kwantità liċenzji ta’ importazzjoni għal 10000 tunnellata metrika għandhom jinħarġu għall-pajjiżi u territorji barra mill-Ewropa l-inqas żviluppati.

(2) Il-ġestjoni ta’ din is-sistema kumiulattiva ħtieġet l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-pajjiżi ACP jew f’pajjiżi u territorji fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2371/1999 [4].

(3) Fid-dawl ta’ l-esperjenza, l-arranġamenti għall-kalkolu tad-drittijiet ta’ importazzjoni taħt ir-regolament (KE) Nru 1706/98 għandhom jiġu speċifikati.

(4) Il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għandu jiġi imqassam fuq diversi perijodi speċifiċi matul is-sena bil-ġestjoni aħjar tas-suq. Il-liċenzji li ma jkunux użati mill-pajjiżi territorji barra mill-Ewropa, l-inqas żviluppati, għandhom ikunu disponibbli għall-Antilli Olandiżi u l-Aruba, waqt illi jibqa jkun hemm permess biex dak li jifdal minn perijodu jitkompla f’perijodu ieħor matul is-sena.

(5) Il-liċenzji għandhom jiġu introdotti għal dawn il-prodotti u r-regoli dettaljati għal-ħruġ tagħhom għandhom jiġu stabbiliti sabiex isiru l-kontrolli meħtieġa tal-kwantitajiet prevvisti f’dik id-deċiżjoni.

(6) Fil-każ ta’ ross li joriġina f’pajjiżi u t-territorji barra mill-Ewropa, il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi sa l-aħħar ta’ dik is-sena li fiha jinħarġu.

(7) Il-miżuri prevvisti f’din ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2603/97 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabblixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina fi Stati ACP jew pajjiżi u territorji barra mill-Ewropa (OCT) skond l-Artikolu 6(5) ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE [5]."

2. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"L-Artikolu 4

Għall-iskop ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 [*] ĠU L 215, ta’ l-1.8.1998, p. 12., l-ammonti ta’ dazji tad-dwana għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/96 [**] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 71. dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 [***] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. fir-rigward ta’ dazji ta’ importazzjoni fuq ir-ross."

3. Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 5:

"6. L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 [*] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 2. minkejja u skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [**] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1., il-liċenzji għall-importazzoni għal ross bla qoxra mitħun jew nofs mitħun, u għal ross imfarrak għandhom ikunu validi mill-data attwali tal-ħruġ sa l-aħħar tat-tielet xahar ta’ wara. Il-validita’ tagħhom ma tistax testendi b’dana kollu, iktar mill-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ."

4. It-Titolu II huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"TITOLU II

Importazzjonijiet tar-ross b’ oriġini kumulattiv ta’ AKP/PTB."

5. L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"L-Artikolu 6

1. Liċenzji għall-importazzjonijiet eżentati minn dazji tad-dwana għandhom jinħarġu kull sena f’ dawn il-perijodi, espressi f’ekwivalenti ta’ ross mingħajr qoxra:

(tunnellati metriċi) |

| Antilli Olandiżi u Aruba | PTB l-inqas żviluppati elekati fl-Anness I.B mad-Deċiżjoni 2001/822/KE |

Jannar | 8334 | 3334 |

Mejju | 8333 | 3333 |

Settembru | 8333 | 3333 |

Il-kwantitajiet jirrelataw ma’ l-istadji fl-ipproċessar ta’ ross barra mit-taqxir, għandhom jiġi konvertiti bl-użu tar-rati ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 467/67/KEE [*] ĠU C 204, ta’ l-24.8.1967, p. 1..

2. L-Applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jkunu akkumpanjati mill-liċenzja oriġinali ta’ esportazzjoni li tkun saret skond l-Anness I u maħruġa mill-korpi kompetenti li joħorġu ċertifikati EUR.1.

3. Il-kwantitajiet li ma jkunux koperti mill-liċenzji ta’ importazzjoni għall xi perijodu partikolari jiġu trasferiti għall-perijodu ta’ wara.

Il-kwantitatjiet li ma jkunux koperti mill-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa għall-perijodu ta’ Settembru tista’ ssir applikazzjoni għalihom f’perijodu addizzjonali f’Ottubru, skond l-Artikolu 8(1).

4. Fil-każ tal-perijodu addizzjonali ta’ Ottubru, jekk l-applikazzjonijiet għal liċenzji sottomessi għall-importazzjoni b’ oriġini kumulattiva għall-AKP/u l-inqas żviluppati mill-PTB ikopru inqas mill-kwantitajiet disponibbli, il-bilanċ jista’ jintuża biex jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-importazzjoni mill-Antilli Olandiżi u Aruba.

5. L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 minkejja u skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta’ importazzjoni għal ross bla qoxra mitħun u nofs mitħun u għar-ross mfarrak għandhom ikunu validi mill-jum attwali tal-ħruġ sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li jinħarġu."

6. Dan is-subparagrafu jiżdied ma’ l-Artikolu 8(1):

"Għall-2002, l-applikazzjonijiet għall-ewwel perijodu prevvist fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu sottomessi fl-ewwel għaxart ijiem utli ta’ Frar."

7. L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"1. Fi żmien jumejn utili mid-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoniji ta’ liċenzji, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, b‘telex jew fax u skond l-Anness II ma dan ir-Regolament, bil-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni, maqsumin skon il-kodiċi KN bi tmien ċifri, skond il-perijodi u il-pajjiż ta’ l-oriġini, in-numru tal-liċenzja li għalija saret l-applikazzjoni għaliha u l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant."

8. L-Artikolu 11(4) huwa mħassar.

9. L-ewwel inċiż ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"— Fi żmien jumejn utili mill-ħruġ, bil-kwantitajiet, maqsuma skond il-kodiċi KN bi tmien ċifri u bil-pajjiż ta’ l-oriġini, koperti mill-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa, id-data tal-ħruġ, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, meta approprjat, in-numru tal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa u l-isem u l-indirizz tad-detentur,"

10. L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2603/97 huwa sostitwit bl-Annessi għal-dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f’Brussel, 30 ta’ Jannar 2002

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 314, tat-30.11.2001, p. 1.

[2] ĠU L 215, ta’ l-1.8.1998, p. 12.

[3] ĠU L 351, tas-16.12.1997, p. 22.

[4] ĠU L 328, tat-22.12.1999, p. 39.

[5] ĠU L 314, tat-30.11.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-Anness I

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS II

ROSS – REGOLAMENT (KE) Nru 2603/97

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------