32002R0169



Official Journal L 030 , 31/01/2002 P. 0021 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 169/2002

tat-30 ta’ Jannar 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2342/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u vitella rigward skemi ta' premiums

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseican) [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(6) u l-Artikolu 22(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2000 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Kanarji u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi

(1) Ir-Regolamenti (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 jippreskrivu miżuri speċifiċi biex jgħinu t-trobbija ta’ bhejjem fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, l-Azores u Madeira, u l-Gżejjer Kanarji rispettivament. Ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni li għandhom ikunu stabbiliti għandhom jiddisponu b’mod partikolari fil-każ ta’ premiums għall-qtil għall-iffriżar, fil-limitu stabbilit fl-Artikoli 38(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/1999 [4] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2088/2001 [5], għan-numru ta’ annimali li għalihom il-premium għall-qtil ingħata għas-sena 2000.

(2) L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 2342/1999 jiddisponi għal limiti nazzjonali fuq il-premium għall-qtil. Il-limiti m’għandhomx jikkompromettu l-introduzzjoni tal-limiti speċifiċi stabbiliti bir-Regolamenti (KE) Nru 1452/2001, (KE) 1453/2001 u (KE) 1454/2001. Il-limiti għal Franza, il-Portugall u Spanja għandhom għalhekk jinkludu sotto-limiti bażati fuq in-numru ta’ premiums imħallsa f’sena ta’ referenza lil produtturi fid-dipartimenti ta' barra l-pajjiż, fl-Azores u Madeira u fil-Gżejjer Kanarji u maħsuba esklużivament għal produtturi fir-reġjuni msemmija; in-numru li jibqa’ ta’ annimali eliġibbli sal-limiti speċifiċi introdotti bir-Regolamenti msemmija iktar ’il fuq għall-premium għall-qtil f’dawk ir-reġjuni għandu jiżdied ma’ dawk fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 2342/1999.

(3) L-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru ta’ annimali li għalihom ingħata l-premium għall-qtil għas-sena 2000 fid-dipartimenti ta' barra l-pajjiż (3727), Madeira (1678), l-Azores (10318) u l-Gżejjer Kanarji (1696).

(4) Biex ir-Regolamenti (KE) Nru 1452/2001, (KE) 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 jistgħu jkunu applikati immedjatament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun kmieni.

(5) Biex tkun żgurata konsistenza mal-bidu tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta' premiums introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2001 [7], għall-2002, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

(6) Il-miżuri li jiddisponi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 2342/1999 huwa sostitwit bl-Anness ma' dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

[2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 26.

[3] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 45.

[4] ĠU L 281, ta' l-4.11.1999, p. 30.

[5] ĠU L 282. tas-26.10.2001, p. 39.

[6] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[7] ĠU L 315, ta' l-1.12.2001, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS III

Limiti nazzjonali dwar premiums għall-qtil msemmijin fl-Artikolu 38(1) applikabbli mill 1 ta' Jannar 2002

| Bovini adulti | Għoġiela |

Il-Belġju | 711232 | 335935 |

Id-Danimarka | 711589 | 54700 |

Il-Ġermanja | 4357713 | 652132 |

Il-Greċja | 235060 | 80324 |

Spanja | 1982216 | 25629 |

Franza | 4041075 | 2045731 |

L-Irlanda | 1776668 | 0 |

L-Italja | 3426835 | 1321236 |

Il-Lussemburgu | 21867 | 3432 |

L-Olanda | 1207849 | 1198113 |

L-Awstrija | 546557 | 129881 |

Il-Portugall | 325093 | 70911 |

Il-Finlandja | 382536 | 10090 |

L-Isvezja | 502063 | 29933 |

Ir-Renju Unit | 3266212 | 26271 |

"

--------------------------------------------------