32002R0142



Official Journal L 024 , 26/01/2002 P. 0014 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2001

tal-25 ta' Jannar 2002

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2433/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni li jiġu applikati t-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

(3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhihiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta'dan ir-Regolament, tista’ tkompli tintalab, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4], għal perijodu ta' tlett xhur mid-detentur;

(5) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma kklassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhihiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tkompli tintalab taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' stt xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 329, ta' l-14.12.2001, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Taħlita li tikkonsisti minn alkoħol ta' ethyl (88.5 %), ethyl acetate (5 %) u ilmaEthyl acetate, li ġie miżjud mat-taħlita, huwa meqjus bħala snaturant | 22072000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2207 u 22072000 L-addizzjoni ta' l-ethyl acetate jagħmel il-prodott mhux tajjeb għall-konsum tal-bniedem iżda tajjeb għal skopijiet industrijali |

2.Taħlit li tikkonsisti minn alkoħol ta' ethyl (madwar 90 %), ethyl acetate (madwar 5 %) u aldehydes, alkoħol ogħla u ilmaEthyl acetate, li ġie miżjud mat-taħlita, huwa meqjus bħala snaturant | 22072000 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2207 u 22072000 L-addizzjoni ta' l-ethyl acetate jagħmel il-prodott mhux tajjeb għall-konsum tal-bniedem iżda tajjeb għal skopijiet industrijali |

3.Taħlita li tikkonsisti minn alkoħol ta' ethyl (78,2 %), isopropanol (12,4 %), n-propanol (8,1 %) u kwantitajiet żgħar ta' prodotti organiċi oħraDin it-taħlita hija prodott li jirriżulta mill-manifattura ta' gasoline sintetiku. | 38140090 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 3814, 381400 u 38140090 Minħabba l-ammont ta' isopropanol u n-propanol preżenti fit-taħlita, il-prodott għandu l-karatteristiċI ta' solvent organiku ta' l-intestatura 3814 u m'għandux il-propertajiet ta' l-alkoħol ta' ethyl tal-Kapitolu 22 |

--------------------------------------------------