32002R0141



Official Journal L 024 , 26/01/2002 P. 0011 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2002

tal-25 ta' Jannar 2002

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 2001 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2433/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti.

(3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta'dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perijodu ta' tliet xhur mid-detentur.

(5) Il-miżuri li hemm pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma klassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 329, ta' l-14.12.2001, p. 4.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Reċipjent tal-ħġieġ imxegħri bi tliet saqajn tal-ħġieġ, ta' għoli ta' madwar 9 ċm, bi, fuq, fetħa tonda ta' dijametru ta' madwar 7,5 ċm. Xemgħa tista' titpoġġa fil-konteniturIr-reċipjent huwa preżentat mingħajr xemgħa(Ara r-ritratt A) | 70139900 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċi NM 7013 u 70139900 Ir-reċipjent mhux disinjat biex iżomm xemgħa f'pożizzjoni fissa u, għalhekk, m'għandux il-karatteristiċi ta' gandlier ta' l-intestatura 9405 |

2.Tliet artikoli, li jitqiegħdu f'sett f'kaxxa tal-kartun għall-bejgħ bl-imnut, li jikkonsistu minn:reċipjent tal-ħġieġ bla kulur, ta' għoli ta' madwar 15 ċm, bi, fuq, fetħa tonda ta' dijametru ta' madwar 11 ċm,xemgħa ċilindrika, ta' għoli ta' madwar 4,5 ċm u dijametru ta' madwar 5 ċm,madwar 150 g ta' ramel fin f'borża tal-plastikIx-xemgħa għandha titpoġġa fuq ir-ramel fil-qiegħ tal-kontenitur(Ara r-ritratt B) | 70139900 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċi NM 7013 u 70139900 It-tliet artikoli jaderixxu mal-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala oġġetti li jitpoġġu f'settijiet. Ir-riċettaklu tal-ħġieġ huwa l-artikolu, li jagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu Ir-reċipjent mhux disinjat biex iżomm xemgħa f'pożizzjoni fissa u, għalhekk, m'għandux il-karatteristiċi ta' gandlier ta' l-intestatura 9405 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------