32002R0072

Ir-regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 72/2002 tas-16 ta' Jannar 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-istatistika strutturali dwar il-qligħTest b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 015 , 17/01/2002 P. 0007 - 0013
CS.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
ET.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
HU.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
LT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
LV.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
MT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
PL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
SK.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208
SL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 202 - 208


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 72/2002

tas-16 ta' Jannar 2002

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-istatistika strutturali dwar il-qligħ (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta' Marzu 1999 li jirrigwarda l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol [1], u b'mod partikolari Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1) Huma meħtieġa l-miżuri sabiex jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 rigward il-kontenut u l-kriterji ta' l-evalwazzjoni tar-rapport dwar il-kwalità li jrid jiġi mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) wara kull perjodu taż-żmien tar-referenza.

(2) It-tagħrif mogħti f'dan ir-rapport għandu jirreferi għad-divarji definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta' Settembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 li jirrigwarda l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol rigward id-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar il-qligħ strutturali [2].

(3) Il-possibbiltà tat-twettiq u r-relevanza ta' wħud mill-punti bl-għażla pprovduti fl-ewwel rapport tal-kwalità għandu jiġi rrevedut mill-Eurostat u mill-istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika fid-dawl tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-kontenut u l-kriterji ta' l-evalwazzjoni tar-rapport tal-kwalità riferit f'Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 530/1999 huma stabbiliti fil-Partijiet A u B fl-Anness mar-Regolament preżenti.

Id-divarji speċifikati huma dawk definiti f'Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1916/2000.

2. It-tagħrif u l-karatteristiċi jew il-waqfien bil-ħsara bl-għażla, stabbiliti fl-Anness, huma mitluba, safejn u sakemm dan ikun possibbli, bid-derogi fil-leġislazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-istatistika strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ, l-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol, l-istatistiċi strutturali tal-kummerċ u l-kontijiet nazzjonali.

Artikolu 2

L-ewwel rapport tal-kwalità għandu jingħata dwar l-istruttura ta' l-istħarriġ fuq il-qligħ għas-sena tar-referenza 2002.

Għandu jiġi trasmess lill-Eurostat flimkien mat-twassil ta' l-informazzjoni u l-iktar tard sa 14-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-referenza li għalih tkun inġabret l-informazzjoni.

Artikolu 3

Il-possibbiltà tat-twettiq u r-relevanza tal-punti bl-għażla stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness għandhom jiġu rreveduti fid-dawl tat-tagħrif attwalment mogħti mill-Istati Membri.

Din ir-reviżjoni għandha titwettaq mill-Eurostat u mill-istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 63, tat-12.3.1999, p.6.

[2] ĠU L 229, tad-9.09.2000, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-KONTENUT U L-KRITERJI TA’ L-EVALWZZJONI FIR-RAPPORT TAL-KWALITÀ GĦALL-ISTATISTIĊI STRUTTURALI DWAR IL-QLIGĦ

PARTI A

L-istruttura ta’ l-isħarriġ dwar il-qligħ: ir-riżultati ttotalizzati gross: l-analiżijiet tabulari

Id-distribuzzjonijiet tal-frekwenza u l-medji u l-medjani assoċjati aritmetiċi [1] għandhom jiġu provduti għal mill-inqas:

(a) In-numru ta’ l-impjegati full-time, u

(b) in-numru ta’ l-impjegati part-time,

imqassma għal kull waħda mid-divarji li ġejjin:

- il-faxxa tal-qligħ gross bis-siegħa u skond is-sess,

- il-faxxa tal-qligħ gross fix-xahar u skond is-sess,

- il-faxxa tal-qligħ gross annwali u skond is-sess;

- il-faxxa tal-btajjel annwali (< 10, 10-19, 20-24, 25-29, 30-34, ≥ 35 ġranet) u skond is-sess,

- il-faxxa tas-sigħat imħallsa jew maħduma kull xahar (< 130, 130-139, 140-149, 150-159, 160-169, 170-179, ≥ 180 sigħat) u skond is-sess,

- it-taqsima tan-NACE Rev.1 u skond il-livell 1 tan-NUTS,

- it-taqsima tan-NACE Rev.1 u skond is-sess,

- il-mestier (l-ISCO-88 fil-livell tan-numru b’ċifra waħda) u skond is-sess,

- l-edukazzjoni (l-ISCED minn 0 sa 6) u skond is-sess,

- il-faxxa ta’ l-età (15-24, 25-54, 55-64, ≥ 65 sena għomor) u skond is-sess,

- it-tul taż-żmien fis-servizz (< 10 years, 10-19, 20-29, 30-39, ≥ 40 sena) u skond is-sess

- id-daqs ta’ l-impriża f’termini tan-numru ta’ l-impjegati [2].

Per eżempju, għall-qligħ gross fis-siegħa u skond is-sess:

(a) in-numru ta’ impjegati

full

-

time

Il-faxxa tal-qligħ fis-siegħa | L-Irġiel + in-Nisa | L-Irġiel biss | In-Nisa biss |

Il-Frekwenza (%) | Il-Frekwenza (%) | Il-Frekwenza (%) |

Taħt il-EUR 5 Minn EUR 5 sa taħt il-EUR 10 MinnEUR 10 sa taħt il-EUR 15 Minn EUR 15 sa taħt il-EUR 20 Minn EUR 20 sa taħt il-EUR 30 Minn EUR 30 sa taħt il-EUR 40 Minn EUR 40 sa taħt il-EUR 50 EUR 50 u fuqhom | Dawn il-faxex ta’ qligħ fis-siegħa huma illustrattivi. Kull pajjiż għandu juża faxex illi jqassmu daqs insew il-frekwenzi fuq il-firxa tal-qligħ kull siegħa, fix-xahar u kull sena. Jekk meħtieġa, għandhom jintużaw faxex oħra għajr dawk speċifikati hawn fuq għall-btajjel annwali u għas-sigħat fix-xahar imħallsa jew maħduma |

Il-frekwenza ġenerali | 100 % | 100 % | 100 % |

In-numru totali ta’ l-impjegati | | | |

Il-medju ġenerali (fl-Euro) | | | |

Il-valur medjan (fl-Euro) | | | |

PARTI B

1. Ir-relevanza (punt bl-għażla)

Sommarju li jinkludi d-deskrizzjoni ta’ l-utenti, id-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-utenti (skond il-gruppi prinċipali ta’ l-utenti), u stima dwar is-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet ta’ l-utenti.

2. Il-preċiżjoni

2.1. L-iżbalji fit-teħid tal-kampjuni

2.1.1. It-teħid tal-kampjuni skond il-probabbiltà

2.1.1.1. Lejn fejn ixaqleb (punt bl-għażla)

L-istima tax-xaqlibiet dovuti għall-metodu ta’ l-istima, jekk ikun hemm minnhom.

2.1.1.2. Il-varjabbiltà

- Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni [3] fejn jirrigwardaw il-qligħ totali gross, billi tingħata informazzjoni separata għal mill-inqas il-qligħ ta’ kull xahar (l-informazzjoni dwar il-qligħ kull siegħa u kull sena huma bl-għażla), għal:

(a) l-impjegati full-time, u

(b) l-impjegati part-time,

imqassma skond:

- it-taqsima tan-NACE Rev.1 u skond,

- il-mestier (l-ISCO-88 fil-livell ta’ numru b’ċifra waħda) u skond is-sess,

- il-faxxa ta’ l-eta (15-24, 25-54, 55-64, ≥ 65 sena għomor) u skond is-sess,

- it-taqsima tan-NACE Rev.1 u skond il-livell 1 tan-NUTS (punt bl-għażla),

- l-edukazzjoni (l-ISCED minn 0 sa 6) u skond is-sess (punt bl-għażla).

- Il-koeffiċjenza tal-varjazzjoni fejn tingħata l-informazzjoni għas-sigħat fix-xahar, għall:

l-impjegati full-time employees, imqassma wieħed wieħed skond:

- it-taqsima tan-NACE Rev.1 u skond is-sess,

- il-mestier (l-ISCO-88 fil-livell tan-numri b’ċifra waħda) u skond is-sess,

- il-faxxa ta’ l-eta (15-24, 25-54, 55-64, ≥ 65 sena għomor) u skond is-sess,

- it-taqsima tan-NACE Rev.1 u skond il-livell 1 tan-NUTS (punt bl-għażla),

- l-edukazzjoni (l-ISCED minn 0 to 6) u skond is-sess (punt bl-għażla).

2.1.2. It-teħid ta’ kampjuni mhux skond il-probabbiltà

Jekk jintuż t-teħid tal-kampjuni mhux skond il-probabbiltà, għandha tiżi pprovduta deskrizzjoni tas-sorsi possibbli ta’ nuqqas ta’ preċiżjoni.

2.2. L-iżbalji mhux fit-teħid ta’ kampjuni

2.2.1. L-iżbalji tal-kopertura

- Id-deskrizzjoni tal-klassifika żbaljata prinċipali, il-problemi tal-kopertura baxxa jew għolja [4] ffaċċjati waqt il-ġbir ta’ l-informazzjoni.

- Id-deskrizzjoni tal-metodi użati sabiex jiġu pproċessati dawn l-iżbalji.

- Ir-rati tal-klassifika żbaljata, il-problemi ta’ kopertura baxxa jew għolja (punt bl-għażla).

Nota:

Meta tintuża informazzjoni individwali amministrattiva, ikollha tiġi rrappurtata analiżi simili msejsa fuq il-fajl amministrattiv tar-referenza.

2.2.2. L-iżbalji tal-kejl

- Id-deskrizzjoni tal-metodi użati għalbiex jagħmlu stima ta’ l-iżbalji tal-kejl [5].

- L-istima tax-xaqliba u deskrizzjoni ta’ l-istimaturi użati sabiex jikkorreġu x-xaqliba lejn divarju prinċipali, per eżempju, il-qligħ fix-xahar.

2.2.3. L-iżbalji ta’ l-ipproċessar (punt bl-għażla)

L-iżbalji ta’ l-ipproċessar huma żbalji fil-proċessi ta’ wara l-ġbir ta’ l-informazzjoni bħalma huma d-dħul, il-kodifika, l-għoti tan-numru, l-editjar, l-għoti tal-piż u t-tabulazzjoni ta’ l-informazzjoni.

- Ir-rati ta’ l-iżbalji fid-dħul jew il-kodifika ta’ l-informazzjoni tad-divarji prinċipali, per eżempju:

- il-qligħ totali gross għas-sena tar-referenza,

- il-qligħ totali gross għax-xahar rappreżentattiv,

- in-numru ta’ sigħat imħallsa jew maħduma fix-xahar rappreżentattiv.

- In-noti metodoloġiċi dwar l-istima ta’ dawn ir-rati [6].

- L-istima tax-xaqlib u tan-nuqqas ta’ qbil dovuti għall-iżbalji fl-ipproċessar.

2.2.4. Żbalji ta’ nuqqas ta’ tweġib

- Ir-rata tar-rispons skond l-unità [7].

- Ir-rata tar-rispons skond il-punt għad-divarji possibbli (per eżempju, il-qligħ fis-sahar jew fis-sena u s-sigħat maħduma). Ir-rata hija l-proporzjon tan-numru ta’ risponsi skond il-punt għan-numru tar-rispondenti ġewwa l-iskop.

- Deskrizzjoni tal-metodi użati għall-imputazzjoni jew l-ippeżar mill ġdid għal meta ma jkunx hemm rispons.

Nota:

Meta tintuża informazzjoni individwali amministrattiva, in-nuqqas ta’ disponibbiltà tar-reġistru amministrattiv jew ta’ punt ta’ informazzjoni jieħu l-post tan-nuqqas tar-rispons.

- Deskrizzjoni tar-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rispons u stima tax-xaqlibiet lejn in-nuqqas ta’ rispons għal mistoqsija maġġuri jew iktar fil-kwestjonarju, per eżempju fejn jirrigwarda l-qligħ fix-xahar jew fis-sena, jew għas-sigħat maħduma.

2.2.5. L-iżbalji fl-għażla tal-mudell

Ir-rapport [8] dwar l-użu tal-mudelli li ġejjin:

- sabiex jiġi żgurat li jintgħażel xahar rappreżentattiv,

- sabiex tiġi aġġustata s-sena tal-kontijiet jew fiskali mas-sena kalendarja,

- sabiex jiġi żgurat illi t-taqsimiet Ċ sa K tan-NACE Rev.1 ikunu koperti għal kollox mill-impriżi kollha (bħala minimu, għall-impriżi b’għaxar impjegati jew iktar),

- sabiex tingħaqad l-informazzjoni mis-sorsi u l-istħarriġijiet amministrattivi.

Nota:

Meta tiġi użata l-informazzjoni individwali amministrattiva, għandu jkun hemm kummenti dwar il-korrispondenza bejn il-kunċetti amministrattivi u l-kunċetti teoretiċi ta’ l-istatistika.

3. It-tempestività u l-puntwalità

- Id-dati l-iktar prinċipali tal-ġbir ta’ l-informazzjoni: p.e it-temma taż-żmien impost fuq ir-rispondenti fl-Istat Membru meta jkunu ntbagħtu l-kwestjonarji u s-sejħiet għall-ġbir u s-segwiment u meta jkun sar ix-xogħol fuq il-post.

- Id-dati l-iktar importanti għall-fażi ta’ wara l-ġbir: p.e. id-dati tal-bidu u tat-tmiem tat-tlestija, il-kodifika u l-kontrolli tal-plawsibbiltà, id-data tal-kontroll tal-kwalità (il-kongruwenza tar-riżultati) u l-miżuri dwar in-nuqqas ta’ l-iżvelar.

- id-dati l-iktar importanti tal-pubblikazjoni: p.e. meta kienu kkalkolati u mxerrda r-riżultati bil-quddiem u ddettaljati.

Nota:

Il-puntwalità tat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni lill-Eurostat trid tiġi evalwata skond ir-regolment li jispeċifika l-perjodiċità u d-dewmien fit-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni.

4. L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza

- Kopja tal-pubblikazzjoni/jiet, jew riferiment għal fejn tista’ tinstab.

- Tagħrif dwar liema riżultati, jekk ikun hemm minnhom, jintbagħtu lill-unitajiet tar-rappurtaġġ inklużi fil-kampjun.

- Tagħrif dwar l-iskema tat-tixrid tar-riżultati (p.e. lil min jintbagħtu r-riżultati).

- Kopja ta’ kull dokument metodoloġiku li għandu x’ jaqsam ma l-istatistika provduta, jew riferimenti għaliha.

5. Il-paragunabbiltà

5.1. Il-paragunabbiltà ġeografika

Paragun bejn il-kunċetti nazzjonali u l-kunċetti Ewropej iridu jiġu rrappurtati jekk ikun hemm differenzi b’mod speċjali dwar id-definizzjoni ta’ l-unitajiet statistiċi, il-popolazzjoni tar-referenza, il-klassifiċi u d-definizzjonijiet tad-divarji fir-riżultati ttrasferiti. Id-differenzi għandhom jiġu kkwantifikati.

Nota:

Meta l-klassifiċi u l-unitajiet jiġu mir-reġistru, il-kwalità ta’ dan it-tagħrif għandha tiġi mir-rapport dwar il-kwalità fir-reġistru.

5.2. Il-paragunabbiltà matul iż-żmien

Id-dettalji tal-bidliet fid-definizzjonijiet, il-kopertura jew il-metodi pparagunati ma’ l-istrutturi ta’ qabel dwar il-qligħ u evalwazzjoni tal-konsegwenzi tal-bidliet mhux negliġibbli.

6. Il-koerenza

Nota:

Dan il-punt għandu żewġ għanijiet. L-ewwel għan huwa li jgħarraf lill-utenti dwar id-differenzi konċettwali li jeżistu bejn numru ta’ sorsi għad-divarji li jixbħu ħafna lil xulxin u li s-soltu jkollhom l-istess isem fil-pubblikazzjonijiet statistiċi, u li jipprovduhom bit-tagħrif dwar kif jimxu minn kunċett għall-ieħor. It-tieni għan huwa li jiġi ċċekkjat illi l-istatistiċi, li fil-prinċipju huma konċettwalment koerenti, jagħtu riżultati paragunabbli għall-istess sena u għall-popolazzjoni tar-referenza. B’dawn l-għanijiet, l-istatistika dwar l-istruttura tal-qligħ għandha tiġi paragunata ma’ l-istatistika l-oħra mibgħuta lill-Eurostat, filwaqt illi jitqies, per eżempju, illi l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-qligħ (SSQ) huwa bbażat fuq uniti lokali li huma ta’ intrapriżi ta’ 10 impjegati jew iktar.

6.1. Il-koerenza ma’ l-istħarrig dwar l-istruttura tal-ħaddiema fil-forza tax-xogħol għall-istess perjodu ta-żmien tar-referenza

L-istruttura tas-SSQ għandha tiġi mqabbla ma’ l-istruttura ta’ l-istħarriġ tal-forza tax-xogħol (SQX) minħabba li ż-żewġ stħarriġijiet għandhom numru ta’ divarji komuni. B’mod partikolari, il-cross-analysis tad-distribuzzjoni tal-ħaddiema fis-SSQ u s-SQX għandhom jiġu espressi f’perċentwali u magħmula separatament għall-impjegati full-time u part-time. It-tabulazzjonijiet min-naħa għall-oħra għandhom jużaw id-divarji li ġejjin:

- is-sess, l-età u l-attività ekonomika (in-NACE Rev.1, fil-livell tat-taqsima),

- is-sess, l-età u l-edukazzjoni (l-ISCED minn 0 sa 6),

- is-sess, l-età u l-mestier (l-ISCO-88 fil-livell ta’ numru b’ċifra waħda).

Il-faxex li ġejjin għandhom jintużaw għall-età (15-24, 25-54, 55-64, 65 sena jew iktar).

6.2. Il-koerenza maċ-ċifri assoluti mill-informazzjoni ta’ l-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol għall-istess perjodu taż-żmien tar-referenza (punt bl-għażla għall-istħarriġ tas-sena 2002 dwar il-qligħ strutturali)

It-tabella li ġejja tagħti fil-qosor dak li huwa komuni għaż-żewġ sorsi.

| L-Istħarriġ dwar l-istruttura tal-qligħ (SSQ) | L-Istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol (SQX) |

L-Unità statistika | | L-Unità lokali | Tad-Dar |

Il-Kopertura ta’ l-attività | | It-Taqsimiet Ċ-J, M-O tan-NACE Rev.1 | It-Taqsimiet Ċ-K, M-O tan-NACE Rev.1 |

Id-Divarji li jridu jiġu mqabbla bejn iż-żewġ sorsi | | In-numru ta’ l-impjegati, separatament għal dawk full-time u dawk part-time, u skond is-sess | In-numru ta’ l-impjegati, separatament għal dawk full-time u dawk part-time, u skond is-sess |

| In-numru tas-sigħat maħduma matul ix-xahar rappreżentattiv (jew f’xahar standard tax-xogħol) | In-numru tas-sigħat fil-ġimgħa s-soltu maħduma kkonvertit għal sigħat kull xahar |

It-tqassim meħtieġ skond il-mestier | | L-ISCO-88 fil-livell ta’ numru b’ċifra waħda | L-ISCO-88 fil-livell ta’ numru b’ċifra waħda |

It-tqassim meħtieġ skond l-attività | | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima |

It-tqassim meħtieġ skond ir-reġjun | | Il-livell 1 tan-NUTS | Il-livell 1 tan-NUTS |

Id-divarju "in-numru ta’ impjegati" (li jiddistingwi separatament l-impjegati full-time u part-time u skond is-sess) u d-divarju "in-numru tas-sigħat maħduma" għandhom ikunu mqassma wieħed wieħed skond il-mestier, skond ir-reġjun u skond l-attività tan-NACE (huwa magħruf illi t-Taqsimiet M-O huma bl-għażla għas-SSQ tas-sena 2002). It-tabulazzjonijiet minn naħa għall-oħra bejn il-mestier, ir-reġjun u l-attività ekonomika mhumiex meħieġa.

6.3. Il-koerenza ma’ l-istatistika strutturali tal-kummerċ għall-istess sena: l-informazzjoni reġjonali (punt bl-għażla għall-istħarriġ strutturali dwar il-qligħ għas-sena 2002)

Ir-regolament dwar l-istatistika strutturali tal-kummerċ [9] ikopri l-attivitajiet kollha tas-suq fit-Taqsimiet Ċ-K tan-NACE Rev.1, għajr għat-Taqsima J. It-tabella li ġejja tagħti fil-qosor dawk li huma komuni għaż-żewġ sorsi.

| L-Istħarrig dwar l-istruttura tal-qligħ (SSQ) | L-Istħarriġ dwar l-struttura tal-kummerċ (SSK) (l-istatistiċi annwali reġjonali) |

L-Unità statistika | | L-Unità lokali | L-Unità lokali |

Il-Kopertura ta’ l-attività | | It-Taqsimiet Ċ-K tan-NACE Rev.1 | It-Taqsimiet Ċ-K tan-NACE, għajr għat-Taqsima J |

Id-Divarji għall-paragun bejn iż-żewġ sorsi | | In-numru ta’ l-unitajiet lokali fil-popolazzjoni | 11 21 0: In-numru ta’ unitajiet lokali |

| Il-qligħ totali gross fis-sena fis-sena tar-referenza | 13 32 0: Il-pagi u s-salarji |

It-tqassim meħtieġ skond l-attività | | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima |

It-tqassim meħtieġ skond ir-reġjun | | Il-Livell 1 tan-NUTS | Il-Livell 1 tan-NUTS |

Id-divarji "in-numru ta’ l-unitajiet lokali" u "il-qligħ/pagi u s-salarji totali gross annwali" għandhom ikunu mqassma wieħed wieħed skond l-attività fin-NACE u skond ir-reġjun. L-ispjegi tad-differenzi prinċipali ta’ dawn id-divarji għandhom iqisu d-differenzi fil-kunċetti, id-definizzjonijiet, l-eżattezza u l-kopertura ta’ kull wieħed mis-sorsi. It-tabulazzjonijiet minn naħa għall-oħra għandhom jiġu ppruvati skond l-attività fin-NACE u skond ir-reġjun.

6.4. Il-koerenza ma’ l-istatistika strutturali tal-kummerċ għall-istess sena: l-informazzjoni nazzjonali skond il-klassi tad-daqs ta’ l-impriża (punt bl-għażla għall-istħarriġ strutturali tal-qligħ għas-sena 2002)

| L-Istħarriġ dwar l-istruttura tal-qligħ (SSQ) | L-Istħarriġ dwar l-istruttura tal-kummerċ (SSK) (l-istatistika annwali ta’ l-impriżi skond il-klassi tad-daqs) |

L-Unità statistika | | L-Unità lokali | L-Impriża |

Il-kopertura ta’ l-attività | | It-Taqsimiet Ċ-K tan-NACE Rev.1 | It-Taqsimiet Ċ-K tan-NACE Rev.1 |

Id-divarji għall-paragun bejn iż-żewġ sorsi | | In-Numru totali ta’ l-impriżi fi Il-popolazzjoni | 11 11 0: In-Numru ta’ l-impriżi |

| In-numru totali ta’ l-impjegati fi Il-popolazzjoni | 16 13 0: In-Numru ta’ l-impjegati |

| Il-qligħ totali gross annwali fis-sena tar-referenza | 13 32 0: Il-pagi u s-salarji |

It-tqassim meħtieġ skond l-attività | | In-NACE Rev.1,fil-livell ta’ Taqsima | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima |

It-tqassim meħtieġ skond id-daqs ta’ l-impriża | | In-numru ta’ l-impjegati: 1-9 [10], 10-49, 50-249, 250-499, 500-999 u 1000 + | In-numru tal-persuni impjegati 1-9, 10-49, 50-249, 250-499, 500-999 u 1000 + |

Kull wieħed mid-divarji "in-numru ta’ l-impriżi", "in-numru ta’ l-impjegati" u "il-qligħ/pagi u s-salarji totali gross annwali" għandu jiġi mqassam simultanjament wieħed wieħed skond l-attività fin-NACE u skond id-daqs ta’ l-impriża. L-ispjegi tad-differenzi prinċipali għal dawn id-divarji għandhom iqisu d-differenzi fil-kunċetti, id-definizzjonijiet, l-eżattezza u l-kopertura għal kull wieħed mis-sorsi. Per eżempju, għas-SSK, in-numru ta’ l-impriżi (11 11 0), in-numru ta’ l-impjegati (id-divarju 16 13 0), u l-pagi u s-salarji (id-divarju 13 32 0) mhumiex disponibbli għat-Taqsimiet Ċ-K kollha tan-NACE.

6.5. Il-koerenza mal-kontijiet nazzjonali għall-istess sena: l-informazzjoni nazzjonali (punt bl-għażla għall-istħarriġ strutturali dwar il-qligħ għas-sena 2002)

It-tabella li ġejja tagħti fil-qosor dak li huwa komuni għaż-żewġ sorsi.

| L-Istħarriġ dwar l-istruttura tal-qligħ (SSQ) | Il-Kontijiet nazzjonali (it-Tabella 3: It-Tabelli skond l-eżerċizzju industrijali annwali ) [11] |

Il-Kopertura ta’ l-attività | | In-NACE Rev.1 Taqsimiet Ċ-K, M-O | In-NACE Rev.1 Taqsimiet Ċ-K, M-O |

Id-divarji għall-paragun bejn iż-żewġ sorsi | | In-numru totali ta’ l-impjegati | In-numru totali ta’ l-impjegati |

| Il-qligħ totali gross annwali fis-sena tar-referenza | D11 Il-pagi u s-salarji |

It-tqassim meħtieġ skond l-attività | | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima | In-NACE Rev.1, fil-livell ta’ Taqsima |

Kull wieħed mid-divarji "in-numru ta’ l-impjegati" u "il-qligħ/pagi u s-salarji totali gross annwali" għandhom jiġu mqassma wieħed wieħed skond l-attività fin-NACE. L-ispjegi tad-differenzi prinċipali fid-divarji bejn iż-żewġ sorsi għandhom iqisu d-differenzi fil-kunċetti u l-koperturi u, meta disponibbli, l-eżattezza ta’ kull waħda mill-istatistiċi. Għall-SSQ tas-sena 2002, it-Taqsimiet M sa O tan-NACE Rev.1 huma bl-għażla.

7. Il-kompletezza

Lista tad-divarji u/jew tqassim meħtieġa fir-Regolament li mhumiex disponibbli u t-titjib previst sabiex jiġu rrettifikati dawn in-nuqqasijiet.

[1] Għal kull tqassim speċifikat, għandu jiġi pprovdut dan li ġej: in-numru totali ta’ l-impjegati, il-frekwenzi (%) li għandhom x’jaqsmu ma’ kull waħda mill-faxex, il-valur ġenerali tal-medju u l-valur medjan. (Il-medji u l-medjani aritmetiċi mhumiex relevanti għad-divarji tan-NACE Rev.1, in-NUTS 1, jew għall-mestier jew għal-livell ta’ l-edukazzjoni.)

[2] Sitt faxex fejn jirrigwarda n-numru totali ta’ l-impjegati: 1-9, 10-49, 50-249, 250-499, 500-999, 1000 u iktar. L-ewwel minn dawn is-sitt faxex hija bl-għażla għall-qligħ strutturali tas-sena 2002.

[3] Il-"koeffiċjent tal-varjazzjoni" huwa l-proporzjon ta’ l-għerq ikkwadrat tan-nuqqas ta’ qbil ta’ l-istimatur mal-valur mistenni. Jiġi stmat skond il-proporzjon ta’ l-għerq ikkwadrat ta’ l-istima tan-nuqqas ta’ qbil fit-teħid tal-kampjuni mal-valur stmat. Għandhom jiġu pprovduti kemm in-numeratur u kemm id-denominatur, flimkien mal-koeffiċjent tal-varjazzjoni li jirriżulta. L-istima tan-nuqqas ta’ qbil fl-għażla tal-kampjuni trid tqis id-disinn tat-teħid tal-kampjuni.

[4] Il-"klassifika żbaljata" tirreferi għall-klassifika mhux korretta ta’ l-unitajiet li jappartjenu għall-popolazzjoni fil-mira. Il-"kopertura baxxa" tirreferi għall-unitajiet (ġodda) mhux inklużi fil-kwadru, jew minħabba t-twelid attwali jew minħabba n-nuqqas ta’ inkorporazzjoni, u għall-unitajiet ikklassifikati ħażin. L-ekonomija s-sewda mhix involuta hawnhekk. Il-"kopertura għolja" għandha x’taqsam jew ma’ l-unitajiet ikklassifikati ħażin illi huma fil-fatt il barra mill-iskop (p.e. l-unità attwali lokali mhux fit-Taqsimiet Ċ-K tan-NACE Rev.1) jew għal unitajiet li ma jeżistux fil-prattika.

[5] L-iżbalji tal-kejl huma l-iżbalji li jiġru fil-ħin tal-ġbir ta’ l-informazzjoni. Jeżisti numru ta’ sorsi ta’ l-iżbalji tal-kejl, inklużi l-istrument ta’ l-istħarriġ (l-għamla tal-kwestjonarju), ir-respondent, is-sistema tat-tagħrif, il-mod tal-ġbir ta’ l-informazzjoni u min jagħmel l-intervista.

[6] Il-kejl tar-rati ta’ l-iżbalji jista’ jinkiseb permezz ta’ metodi tat-teknika standard dwar il-kontroll tal-kwalità, per eżempju bil-verifika tal-kwalità ta’ subkampjun tal-kwestjonarji pproċessati (sabiex jiġi ċċekkjat il-livell ta’ l-iżbalji jew matul il-fażi ta’ l-għoti ta’ l-importanza jew matul il-proċess ta’ l-editjar mill-personal ta’ l-Istituzzjonijiet Nazzjonali ta’ l-Istatistika (INS)).

[7] Ir-rata hija l-propozjon tan-numru tar-rispondenti fl-iskop għan-numru tal-kwestjonarji mibgħuta lill-popolazzjoni magħżula.

[8] Per eżempju, il-kummenti għandhom ikopru: il-proċedura ta’ l-għażla ta’ dawn il-mudelli (jiġifieri, għaliex ikun intgħażel mudell mogħti bi preferenza għal oħrajn alternattivi); jekk relevanti, l-iżball assoċjat stmat ta’ l-istima ma’ l-istimi korrispondenti; l-elementi tal-verifika ta’ l-ipotesijiet li jissottolinjaw il-mudell; il-prova tal-qawwa li predittiva tal-mudell billi tintuża l-informazzjoni storika; il-paragun tar-riżultati ġġenerati mill-mudell mas-sorsi ta’ l-informazzjoni li għandhom x’jaqsmu magħhom; l-użu ta’ l-istudji ta’ l-eżamijiet bir-reqqa u l-validazzjoni minn naħa għall-oħra; il-prova tas-sensittività tal-mudell għall-istima tal-parametri; u l-validazzjoni tat-tidħil ta’ l-informazzjoni skond il-mudell.

[9] ĠU L 14, tas-17.01.1997, p. 1.

[10] Bl-għażla għall-istħarriġ strutturali dwar il-qligħ (SSQ) għas-sena 2002.

[11] Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet, SEK 95, il-programm tat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni, il-Komunitajiet Ewropej 1997 (ara wkoll il-kwestjonarju tas-SEK 1995).

--------------------------------------------------