Official Journal L 006 , 10/01/2002 P. 0037 - 0038
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2002 tad-9 ta’ Jannar 2002 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 13/2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 713/2001 dwar ix-xiri tal-laħam taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 690/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Num. 2345/2001 [2], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 690/2001 tat-3 ta’ April 2001 dwar miżuri speċjali ta’ sostenn tas-suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [3], kif emendati bir-Regolament (KE) Num. 2595/2001 [4], u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2), Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 13/2002 [5] għamel possibbli mill-ġdid ix-xiri tal-laħam taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 690/2001 ġewwa numru ta’ Stati Membri. (2) Instab żball fl-Anness tar-Regolament imsemmi hawn fuq. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi rranġat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 13/2002 jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda jseħħ mill-5 ta’ Jannar 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. [2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29. [3] ĠU L 95, tal-5.4.2001, p. 8. [4] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 33. [5] ĠU L 3, tal-5.1.2002, p. 36. -------------------------------------------------- ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA Estado miembroMedlemsstatMitgliedstaatΚράτος μέλοςMember StateÉtat membreStati membriLidstaatEstado-MembroJäsenvaltiotMedlemsstat Belgique/België Deutschland Österreich Nederland Ireland España France Portugal Sverige Lussemburgu --------------------------------------------------