Official Journal L 001 , 03/01/2002 P. 0001 - 0008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2002 tat-28 ta’ Diċembru 2001 li jwassal għal modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 rigward reġim semplifikat għall-ħlasijiet favur bdiewa fil-qafas ta’ ċerti reġimi ta’ għajnuna IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għar-reġimi ta’ għajnuna diretta fil-qasam ta’ politika agrikola komuni [1], mibdul mir-Regolament (KE) Nru 1244/2001 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jistabbilixxi reġim semplifikat għall-ħlasijiet li għandhom isiru fil-qafas ta’ ċerti reġimi ta’ għajnuna. Sabiex jintlaħaq l-għan ta’ semplifikazzjoni mixtieq minn dan ir-reġim, hemm bżonn li jiġu semplifikati l-modalitajiet ta’ għoti ta’ għajnuniet konċernati billi jsiru modifiki ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti li jidhru fl-Artikolu msemmi, kif ukoll tar-Regolamenti stabbiliti bil-għan li jiġu mwettqa, b’mod partikolari rigward il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità, ż-żmien stipulat li għandu jkun rispettat fil-qasam tat-talbiet u tal-ħlasijiet, u d-dispożizzjonijiet ta’ kontroll. (2) Bil-għan li jkun hemm semplifikazzjoni, l-bdiewa għandhom jirċievu, meta jagħmlu t-talba, formola ta’ talba kompluta mill-amministrazzjoni nazzjonali. Jaqbel li din it-talba unika tieħu post it-talbiet separati eżistenti għall-għajnuniet konċernati u li tgħodd kemm għall-għajnuniet "żona" kif ukoll għall-għajnuniet "annimali". L-aċċettazzjoni ta’ talba għandha tagħti garanzija ta’ ħlas lill-bidwi ta’ ammont iffissat, mingħajr ma jkollu jirrettifika t-talba matul il-perjodu ta’ parteċipazzjoni. Sabiex kollox ikun aktar ċar, hemm lok li jiġu speċifikati l-ħlasijiet li se jkunu inklużi fil-kalkolu ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat, kif ukoll ir-rati ta’ kambju applikabbli għall-Istati Membri li ma adottawx l-Euro. (3) Jaqbel li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi sabiex jiġu semplifikati kemm jista’ jkun il-proċeduri ta’ kontroll mingħajr ma’ jittieħed ir-riskju ta’ talbiet doppji. Għalhekk, jaqbel li jiġi previst għeluq temporanju ta’ "żona" jew ta’ numru ta’ drittijiet għall-kumpens li jikkorrispondu ma’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat, fis-sens li ż-żoni u/jew id-drittijiet għall-kumpens "annimali" li għalihom talba ta’ għajnuna semplifikata ġiet introdotta għandhom ikunu sottomesi għal ċerti kondizzjonijiet, kif ukoll għal regoli speċifiċi li jistabbilixxu l-kalkolu ta’ numru ta’ ettari u ta’ drittijiet għall-kumpens "annimali" skond il-perjodu ta’ riferenza, u ta’ l-ammont massimu li għandu jiġi kkunsidrat. Il-pakketti u d-drittijiet għal kumpens skond l-ammont li għandu jingħata fil-qafas ta’ reġim semplifikat għandhom jidhru f’dikjarazzjoni li tibqa’ valida matul il-perjodu kollu ta’ parteċipazzjoni fir-reġim semplifikat. Rigward l-għajnuna għat-trasformazzjoni ta’ tiben ta’ flax maħsub għall-produzzjoni ta’ fibri, prevista fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 li jwassal għal organiżżazzjonijiet komuni ta’ swieq ta’ flax u ta’ qanneb maħsuba għall-produzzjoni ta’ fibri [3], din id-dikjarazzjoni għandha tieħu post it-talba ta’ għajnuna "żona" ta’ kull sena prevista fl-Artikolu 7, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 tal-5 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 li jwassal għal organizzazzjoni komuni fis-settur ta’ flax u ta’ qanneb maħsuba għal-produzzjoni ta’ fibri [4], mibdul mir-Regolament (KE) Nru 1093/2001 [5]. (4) Għalkemm jaqbel li l-bdiewa jkunu mitluba li jżommu żona u numru ta’ drittijiet minimi għall-kumpens, huma għandhom ikunu jafu kif jużaw ż-żona u d-drittijiet għall-kumpens mhux koperti mill-ammont li għandu jingħata fil-qafas ta’ reġim semplifikat. F’każijiet ġustifikati, bħall-iskadenza ta’ kuntratt tal-post, il-programmi ta’ ristrutturazzjoni jew intervent pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lill-bdiewa sabiex jibdlu l-pakketti dikjarati ma’ pakketti ekwivalenti. Sabiex tiġi assigurata n-newtralità tal-budget, jaqbel li l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità applikabbli għal żoni li jkunu bbenefikaw minn għajnuniet koperti mir-reġim semplifikat jibqgħu applikabbli għaż-żoni korrispondenti li għandhom jingħalqu sabiex jibbenefikaw mir-reġim semplifikat. (5) Rigward il-ħlasijiet ta’ estensjoni, ż-żoni li jikkorrispondu ma’ parti ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat relattiv ma’ l-estensjoni għandhom jingħalqu, bħal ma hu l-każ għal dawk korrispondenti ma’ l-għajnuna "żona". Jekk bidwi irabbi l-annimali, l-bżonn li wieħed ikun konformi mad-dispożizzjonijiet relattivi mal-modi estensivi ta’ produzzjoni jesiġi li ċerti regoli li jwaqqfu ż-żamma ta’ annimali jiġu applikati għaż-żoni konċernati. Jaqbel però li jiġi assigurat grad ta’ flessibilità li jippermetti lill-bidwi sabiex jieħu r-responsabilità li jirrispetta ċerti kondizzjonijiet relattivi man-numru massimu ta’ annimali li jistgħu jinżammu matul il-perjodu ta’ parteċipazzjoni fir-reġim semplifikat. (6) Jekk il-bidwi m’għandux fil-pussess tiegħu pakketti jew drittijiet għal kumpens li jistgħu jiġu magħluqa skond in-numru ta’ ettari jew ta’ annimali stabbilit mill-awtorità kompetenti u wara li jkun ġie kkunsidrat l-investiment neċessarju sabiex jinxtara jew jinkera pakkett jew dritt għall-kumpens, l-Istati membri għandhom ikunu jistgħu jaċċettaw dikjarazzjoni relattiva ma’ żona jew numru ta’ drittijiet ta’ kumpens li ma jikkorrispondux man-numru ta’ ettari jew drittijiet għall-kumpens "annimali", l-ammont li għandu jingħata fil-qafas ta’ reġim semplifikat għandu jkun imnaqqas proporzjonalment. (7) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1259/1999, il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-reġim semplifikat għandhom iġibu wkoll dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jevitaw it-talbiet doppji rigward ż-żona u l-produzzjoni koperti mir-reġim semplifikat. Hemm lok li l-bdiewa li jirċievu għajnuna fil-qafas tar-reġim semplifikat ma jitħallewx jirċievu għajnuniet oħra diretti matul l-istess sena. Jaqbel li tiġi prevista deroga fil-każ fejn ir-regolament jippermetti li jinġabru ammont ta’ għajnuniet. (8) Għall-fini tan-newtralità tal-budget, hemm bżonn li ż-żoni u n-numru ta’ drittijiet għall-kumpens li jservu sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbilità favur ir-reġim semplifikat u li ġew imwaqqfa, jkunu kkunsidrati fil-kalkolu ta’ ksur ta’ limiti ta’ żoni ta’ bażi jew ta’ limitu proporzjonali li għandu jiġi applikat meta jkun hemm ksur ta’ limiti ta’ żoni jew ta’ limiti għolja. Madanakollu, minħabba illi l-bdiewi parteċipanti fl-iskema semplifikata m’għandhom l-ebda obbligazzjoni li jipproduċu prodotti jew li jkollhom annimali sabiex ikunu eleġibbli għall-għajnuna, ir-riduzzjoni proporzjonali li għandha tiġi applikata fil-każ ta’ produzzjoni eċċessiva taż-żona jew tal-limiti m’għandhomx jigu applikati liż-żona jew lid-drittijiet tagħhom. (9) Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità, hemm lok li tiġi prevista sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli f’każ fejn ikun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jaqbel li wieħed jirreferi għar-regoli ffissati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jwassal għal modalitajiet ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll relattiv ma’ ċerti reġimi ta’ għajnuniet komunitarji stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [6], mibdul mir-Regolament (KE) Nru 2550/2001 [7]. (10) Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ kontroll, jaqbel li l-parteċipanti tar-reġim semplifikat jiffurmaw popolazzjoni distinta għall-fini ta’ kontroll permezz ta’ kampjuni kif previst mir-Regolament (KE) Nru 2419/2001, u li tkun stabbilita rata ta’ kontroll ridotta. (11) Minħabba l-bżonn tal-Kummissjoni li tkun informata b’mod dettaljat bil-miżuri meħuda mill-Istati membri għat-twettiq tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, ir-regoli li jikkonċernaw il-kontenut u d-dati tal-komunikazzjonijiet relattivi mar-reġim semplifikat għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 9 ta’ l-imsemmi Regolament, billi wieħed iżomm f’moħħu l-każijiet speċifiċi li għandhom jiġu rispettati għat-twaqqif ta’ budget komunitarju u fuq il-bażi tal-mudelli eżistenti għal dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut. (12) Il-kumitati ta’ ġestjoni konċernati ma taw l-ebda opinjoni fiż-żmien stipulat stabbilit mill-presidenti tagħhom, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Suġġett u Skop 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ twettiq tar-reġim semplifikat għall-ħlasijiet li għandhom isiru fil-qafas ta’ ċerti reġimi ta’ għajnuna previst fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘reġim semplifikat’). 2. B’deroga tad-dispożizzjonijiet li jidhru fl-Anness, il-bdiewa jistgħu jibbenefikaw minn ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2a(1), tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 fil-kondizzjonijiet iffissati minn dan ir-Regolament. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolamenti ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jidhru fl-Anness jibqgħu jgħoddu, għajr dispożizzjonijiet speċjali previsti minn dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Applikazzjoni 1. L-awtorità kompetenti tibgħat formola ta’ talba (minn issa ‘l quddiem domanda ta’ għajnuna semplifikata) lill-bdiewa li urew ix-xewqa li jitolbu għajnuna fil-qafas tar-reġim semplifikat. Din il-formola tindika: (a) l-ammont li għalih il-bidwi għandu dritt skond l-Artikolu 2a(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ammont li għandu jingħata fil-qafas ta’ reġim semplifikat); (b) in-numru ta’ ettari u/jew drittijiet għal kumpens "annimali" li għandu jingħalaq fis-sens ta’ l-Artikolu 8, paragrafu 1, ta’ dan ir-Regolament, matul il-parteċipazzjoni fir-reġim semplifikat, u/jew ta’ annimali stabbilit skond l-Artikolu 4 u l-Artikolu 12(3); (ċ) l-interdizzjoni ta’ transfer prevista fl-Artikolu 5. Għall-Istati Membri li ma adottawx l-Euro, l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat hu konvertit fil-munita nazzjonali tagħhom fuq il-bażi tar-rati ta’ kambju applikabbli nhar l-ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena fil-qafas ta’ liema ammont hu miftiehem. 2. It-talba ta’ għajnuna semplifikata, approvata kif suppost u ffirmata mingħajr riserva mill-bidwi, flimkien, skond il-każ, ma’ dikjarazzjonijiet previsti mill-Artikolu 11(1), u fl-Artikolu 12(1), hi sottomessa għall-awtorità kompetenti qabel data li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru konċernat, li ma tistax tkun wara l-ewwel ta’ Settembru. F’każ li d-domanda titressaq tard fis-sens ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001, ir-riduzzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament imsemmi ma tapplikax għall-ammont li għandu jingħata matul l-ewwel sena ta’ parteċipazzjoni fir-reġim semplifikat. It-talba għall-għajnuna semplifikata hi ttrattata bħala talba ta’ għajnuna fis-sens ta’ l-Artikolu 2(i) u (j) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001. L-Artikolu 3 Kalkolu ta’ l-ammont 1. L-ammont li bidwi jista’ jirċievi fil-qafas ta’ reġim semplifikat jinkludi l-ammonti mogħtija matul perjodi ta’ riferenza li jissemmew fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(3), punti (a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 sa data li għandha tkun iffissata mill-Istati Membri, li ma tistax tkun wara l-20 ta’ Ġunju tas-sena li matulha l-bidwi jitlob li jipparteċipa fir-reġim semplifikat. 2. F’każ ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 matul il-perjodi ta’ riferenza, l-ammonti huma kkalkolati skond l-istess metodu bħall-ammonti li kienu mogħtija qabel l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. 3. Għal dak li għandu x’jaqsam mas-sena 2002, il-ħlasijiet li jmiss huma inklużi fis-sena 1999: (a) ħlas għal artijiet li jistgħu jinħadmu inklużi pagamenti miżmumin, suppliment għall-qamħ iebes u għajnuna speċjali, previsti fl-Artikoli 2, 4, 5, 6, 6a u 7, u fl-ewwel subparagrafu ta’ l-inċiż numru 11 ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 [8]; (b) kumpens speċjali, kumpens għall-baqar tal-ħalib, inlużi l-għoġġiela u inkluż il-kumpens għall-baqar tal-ħalib nazzjonali supplementari jekk tkun tifforma parti minn kofinanzjament, u ħlas għall-estensifikazzjoni, previsti fl-Artikolu 4b, 4d, u 4h tar-Regolament (KEE) Nru 805/1968 tal-Kunsill [9]. 4. L-ammonti relattivi ma’ l-għajnuna "żoni" u mal-kumpens "annimali" huma kkalkolati separatament. Dawn iż-żewġ tipi ta’ għajnuniet huma rispettivament imsejjħa minn issa ‘l quddiem "il-parti għajnuna żoni" u "il-parti kumpens annimali" ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat. L-Artikolu 4 Twaqqif tan-numru ta’ ettari u/jew id-dritt għall-kumpens 1. Jekk bidwi ikun irċieva għajnuniet "żoni", l-awtorità kompetenti tinformah dwar in-numru ta’ ettari, li jikkorrispondi għal tipi differenti ta’ għajnuniet "żoni" inkluż l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat. Jekk ikun jikkonsisti fi ħlasijiet għall-artijiet li jistgħu jinħadmu, n-numru ta’ ettari hu kkalkulat separatament għal kull art li għaliha ż-żona ta’ bażi hi stabbilita mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 u/jew l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 [10]. 2. Jekk bidwi ikun ibbenefika minn ħlas għall-estensifikazzjoni, l-awtorità kompetenti tinformah bin-numru ta’ ettari, b’żewġ deċimali, li jikkorrispondi għall-parti relattiva mal-ħlas għall-estensifikazzjoni ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat, u għan-numru ta’ annimali stabbilit konformament ma’ l-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament. 3. Jekk bidwi ikun irċieva kumpens "annimali", l-awtorità kompetenti tinformah bin-numru ta’ drittijiet ta’ kumpens skond il-parti kumpens "annimali" ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat. Għal baqar u barrin, dan in-numru hu ta’ deċimal wieħed. Għal majjali u mogħoż/nagħaġ, l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3567/92 [11] jgħodd. 4. In-numru ta’ ettari u d-drittijiet għall-kumpens "annimali" li jissemma fil-paragrafi 1, 2, u 3 hu kkalkulat: (a) fuq il-bażi ta’ numru medju ta’ ettari u/jew ta’ drittijiet għall-kumpens "annimali" li għalih l-għajnuna ġiet mogħtija matul it-tliet snin ta’ qabel it-talba, fejn il-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(3) tar-Regolament (KE) nru 1259/1999 jgħodd; (b) fuq il-bażi ta’ numru ta’ ettari u/jew id-drittijiet għall-kumpens "annimali" li għalih l-għajnuna ġiet mogħtija matul is-sena ta’ qabel it-talba, fejn il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jgħodd. 5. Bidwi li m’għandux pakketti u/jew numru ta’ drittijiet għall-kumpens li jikkorrispondi għan-numru ta’ ettari u jew drittijiet tal-kumpens "annimali" kkalkolat skond il-paragrafu 4 jista’ jkun awtorizzat mill-Istat Membru konċernat sabiex jiddikjara "żona" li taqbel mal-pakketti li hu għandu u/jew jiddikkjara d-drittijiet għall-kumpens li hu għandu. F’dan il-każ, l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat hu kkalkolat fuq bażi tad-drittijiet għall-kumpens "annimali" li jissemmew fl-ewwel parti. Ikun xi jkun il-każ, dan l-ammont ma jistax jaqbeż dak ikkalkulat skond l-Artikolu 3. 6. Fejn it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jgħodd, in-numru ta’ ettari u/jew id-drittijiet għall-kumpens "annimali" stabbilit skond il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jintaqqas b’mod proporzjonali, b’tali mod li jkun jaqbel ma’ ammont massimu ta’ 1250 Euro. Fuq l-għażla tal-bidwi, it-tnaqqis hu applikat l-ewwel għall-parti ta’ għajnuna "żoni", imbgħad għall-parti ta’ kumpens "annimali" ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat, jew l-ewwel għall-parti kumpens "annimali", imbagħad għall-parti għajnuna "żoni". L-Artikolu 5 Interdizzjoni ta’ trasferiment Ħlief f’każ ta’ suċċessjoni jew ikun xi jkun il-metodu wżat, il-bidwi ma jistax jagħmel trasferiment totali, parzjali jew temporanju, bi trasferiment tas-sehem jew mingħajr, tal-pakketti u/jew in-numru ta’ drittijiet għall-kumpens li jikkorrispondu man-numru ta’ ettari u/jew id-drittijiet għal kumpens "annimali" stabbilit fl-Artikolu 4. L-Artikolu 6 Ħlas Il-ħlas għandu jiġi magħmul wara l-ewwel ta’ Novembru ta’ kull sena konċernata u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 7 Irtirar 1. Bidwi jista’ kull ħin jesprimi l-intenzjoni tiegħu sabiex jirtira mir-reġim semplifikat. Madankollu, l-irtirar jgħodd mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tad-dikjarazzjoni ta’ l-intenzjoni ta’ rtirar. Il-bidwi ma jistax iressaq talba oħra ta’ parteċipazzjoni fir-reġim semplifikat. 2. Jekk l-Artikolu 15(4) jgħodd, il-bidwi ma jistax jirtira mir-reġim semplifikat matul is-sena ta’ wara. 3. Jekk il-bidwi jmut wara li jkun ressaq talba fil-qafas ta’ reġim semplifikat, is-suċċessuri tiegħu għandhom id-dritt li jirċievu l-ammont li hu kellu d-dritt għalih fil-qafas tar-reġim semplifikat, jekk ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet mitluba sabiex jipparteċipaw. Jekk ma jissodisfawx dawn il-kondizzjonijiet, huma m’għandhomx dritt għall-ammont li għalih kellu d-dritt fil-qafas ta’ reġim semplifikat ħlief għas-sena li matulha jkun miet il-bidwi. L-Artikolu 8 Talbiet doppji 1. Żona jew produzzjoni li jkunu ġġeneraw talba ta’ għajnuna semplifikata ma jistgħux jidhru f’talba ta’ otteniment ta’ għajnuna oħra li tissemma fil-lista li tidher fir-Regolament (KE) Nru 1259/1999. 2. Il-paragrafu 1 ma jgħoddx għall-każijiet li ġejjin: (a) dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw is-settur taċ-ċereali fil-Portugall, previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3653/90 [12]; (b) ħlas lill-produtturi previst fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 [13] u fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2800/98 [14]; (ċ) għajnuna għall-produzzjoni ta’ żrieragħ għall-artijiet li jistgħu jinħadmu u għar-ross, prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 [15]; (d) kumpens għal destaġunalizzazzjoni u kumpens għat-tbiċċir, previsti fl-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 [16]; (e) kumpens għal prodotti tal-ħalib u ħlas supplementari, previsti fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 [17]; (f) għajnuniet lir-reġjuni li jinsabu fl-estrema periferija, previsti fl-Artikoli 9, 12(1), u 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 [18], fl-Artikoli 9, 13, 16, 17, 22, 27, 28(1), u 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 [19], u fl-Artikoli 5, 6, 9, 13, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1454/2001 [20]; (g) għajnuniet favur il-gżejjer iż-żgħar tal-baħar Eġew, previsti fl-Artikoli 6, 7, 8, 9, 11 u 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 [21]. L-Artikolu 9 Talbiet kompatibbli 1. Bidwi li jkun talab sabiex jibbenefika minn għajnuniet li jissemmew fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, li għalihom iż-żmien stipulat għall-introduzzjoni jiskadi f’data li tiġi wara ż-żmien stipulat iffissat mill-Istat Membru konċernat għat-talbiet rilevanti mir-reġim semplifikat, jista’ jipparteċipa fir-reġim semplifikat bil-kondizzjoni li jirtira t-talbiet li jkun ressaq għall-għajnuniet in kwistjoni u li jirrinunzja għall-ħlasijiet korrispondenti. 2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-bdiewa li jkun sarilhom kontroll skond ir-Regolament (KE) Nru 2419/2001 u li jkunu ġew infurmati li xi irregolaritajiet ikunu nstabu fir-rigward tat-talba ta’ għajnuna. L-Artikolu 10 Għajnuna għall-flax maħsub għall-produzzjoni ta’ fibri Jekk bidwi li jkun ipparteċipa fir-reġim semplifikat ikun laħaq kuntratt sabiex jikseb għajnuna għat-trasformazzjoni ta’ tiben ta’ flax maħsub għall-produzzjoni ta’ fibri konformament ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, b’deroga għall-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 245/2001, it-talba ta’ għajnuna "żona" li tinkludi l-pakketti ta’ flax maħsuba għall-produzzjoni ta’ fibri hi mibdula, għall-perjodu kollu ta’ parteċipazzjoni fir-reġim semplifikat, mad-dikjarazzjoni li tissemma fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma jiġi affettwat l-Artikolu 5(1)(c), tar-Regolament (KE) Nru 245/2001. L-Artikolu 11 Dikjarazzjonijiet relattivi maż-żoni 1. Bidwi li jkun irċieva għajnuniet "żoni" u/jew ħlas għall-estensifikazzjoni jiddikjara, skond l-Artikolu 6(6), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [22], il-pakketti agrikoli, inklużi "żoni" fejn jikbru pjanti li jservu bħala ikel għall-annimali jew il-pakketti li jiffurmaw parti minn miżura ta’ abbandun ta’ l-art, li jikkorrispondu man-numru ta’ ettari ta’ żona/i li għandhom jingħalqu, li jkun ġie notifikat mill-awtorità kompetenti, skond l-Artikolu 2(1)(b) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-pakketti dikjarati skond il-paragrafu 1, li jikkorrispondu man-numru ta’ ettari tal-parti ta’ għajnuna "żoni" ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat għall-ħlasijiet relattivi ma’ l-artijiet li jistgħu jinħadmu, għandhom jirrispettaw il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità ffissati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999. 3. Il-pakketti ddikkjarati skond il-paragrafu 1, li jikkorrispondu mal-parti relattiva għall-għajnuna għall-estensifikazzjoni ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat, għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2a(6) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999. 4. Id-dikjarazzjoni li tidher fil-paragrafu 1 tibqa’ valida sa’ l-aħħar tas-sena 2005, ħlief f’każ ta’ rtirar espliċitu tal-bidwi mir-reġim semplifikat, jew ta’ telfa ta’ dritt għall-benefiċċju tar-reġim semplifikat fil-qafas ta’ l-Artikolu 7(3). 5. L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati kif suppost, jawtorizzaw lill-bidwi sabiex jimmodifika d-dikjarazzjoni tiegħu, bil-kondizzjoni li jirrispetta n-numru ta’ ettari notifikat, il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità mitluba għaż-żona involuta, stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, u r-rendiment taż-żona konċernata, jew li jaċċetta l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 12 Dikjarazzjonijiet relattivi mal-kumpens "annimali" 1. Bidwi li jkun irċieva kumpens "annimali" jiddikjara li jaċċetta, matul il-parteċipazzjoni tiegħu fir-reġim semplifikat, tnaqqis korrispondenti man-numru ta’ drittijiet għall-kumpens "annimali" li għandu jitwaqqaf u li ġie notifikat lilu mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 2(1)(b), ta’: (a) d-drittijiet individwali għall-kumpens, kif jipprevedi l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 [23], u (b) il-limitu individwali tiegħu, li jissemma fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. 2. L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 [24] u l-Artikolu 6a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3567/92 mhumiex applikabbli għad-drittijiet għall-kumpens koperti mit-tnaqqis temporanju previst fil-paragrafu 1. 3. Bidwi li jkun irċieva ħlas għall-estensifikazzjoni jikkommetti ruħu sabiex ma jżommx, matul kull sena, aktar baqar u barrin li jingħaddu bil-massa skond l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, jew bil-medja milħuq mill-kalkolu ta’ ħażna ta’ l-annimali, jew bin-numru ta’ dawk ikkalkolati s-sena ta’ qabel li matulha l-bidwi jkun irċieva l-ħlas għall-estensifikazzjoni, jekk dan l-aħħar numru hu aktar għoli. Għall-fini ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel parti, in-numru ta’ baqar u barrin hu miktub skond in-numru sħiħ ta’ wara. 4. Id-dikjarazzjoni li tidher fil-paragrafu 1 tibqa’ valida sa l-aħħar tas-sena 2005, ħlief f’każ ta’ rtirar espliċitu tal-bidwi mir-reġim semplifikat, jew ta’ telf ta’ dritt għall-benefiċċju mir-reġim semplifikat fil-qafas ta’ l-Artikolu 7(3). 5. L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati kif suppost, jawtorizzaw lill-bidwi sabiex jimmodifika dikjarazzjoni dejjem jekk hu jirrispetta n-numru ta’ drittijiet għall-kumpens notifikat jew jekk jaċċetta l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 13 Żoni ta’ bażi u limiti 1. It-tnaqqis proporzjonali ta’ l-għajnuna "żoni" li tissemma fl-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96 [25] u fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 [26] mhux applikabbli għaż-żoni li jissemmew fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi kkalkulat il-ksur tal-limiti taż-żoni li jissemmew fl-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1577/96 u fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, wieħed inaqqas miż-żoni nvoluti n-numru korrispondenti ta’ ettari ta’ żoni li jissemmew fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament. 2. Għall-fini ta’ l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, ir-rendiment taż-żoni li jissemmew fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament hu assimilat mar-rendiment tar-reġjuni ta’ produzzjoni li għalihom jappartjenu ż-żoni msemmija. It-tnaqqis proporzjonali rigward l-għajnuna "żoni" għas-sena marketing li ġejja, prevista fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, ma tgħoddx. 3. Ir-riduzzjoni proporzjonali tan-numru ta’ annimali eliġibbli, li jissemmew fl-Artikolu 4(4) u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 mhix applikabbli. Sabiex jiġi kkalkulat il-ksur ta’ limiti għolja li jissemmew fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 7(2), u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, wieħed inaqqas minn dawn il-limiti n-numru ta’ annimali għall-kumpens korrispondenti li għalih il-bidwi jkun irċieva l-kumpens "annimali" għall-perjodi ta’ riferenza konċernati. L-Artikolu 14 Kontrolli 1. It-talbiet ta’ għajnuna semplifikata mhumiex ikkunsidrati skond ir-rati ta’ kontroll relattivi ma’ kontrolli fuq il-post rigward it-talbiet ta’ għajnuna "annimali" jew "żoni" previsti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001. 2. Matul l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tar-reġim semplifikat, mill-anqas 2 % tat-talbiet ta’ għajnuna semplifikata huma magħżula permezz ta’ kontrolli fuq il-post. Għas-snin ta’ wara, mill-inqas 35 % tal-bdiewa li jkunu talbu sabiex jibbenefikaw mir-reġim semplifikat jew li jipparteċipaw fih huma magħżula permezz ta’ kontrolli fuq il-post. 3. Min jagħmel it-talba u jkun ġie sottomess matul is-sena ta’ l-adeżjoni tiegħu għar-reġim semplifikat għall-kontroll fuq il-post, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001, hu mgħadud fil-kampjun ta’ reġim semplifikat. L-Artikolu 15 Tnaqqis u esklużjonijiet 1. Ħlief f’każ ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali definiti fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001, jekk jidher minn kontroll amministrattiv jew minn kontroll fuq il-post li waħda jew xi wħud mill-kondizzjonijiet relattivi ma’ l-għajnuna "żoni" ffissati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 2a(6) tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, kif ukoll dawk li ġew stabbiliti mill-Artikolu 5 u l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament mhumiex rispettati u li d-differenza bejn ż-żona ddikjarata u ż-żona determinata fis-sens ta’ l-Artikolu 2(r) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 hi superjuri għal 3 %, mingħajr ma taqbeż però t-30 % taż-żona determinata, il-parti għajnuna "żoni" ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat hi mnaqqsa għas-sena nvoluta sa’ massimu tad-doppju tad-differenza misjuba. Jekk id-differenza hi aktar minn 30 % taż-żona determinata, l-ebda għajnuna "żoni" li għandha tingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat m’għandha tiġi mogħtija għas-sena nvoluta. 2. Jekk il-kondizzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 2(3) mhumiex rispettati, il-parti relattiva mal-ħlas ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat m’għandux jiġi mogħti. Jekk iż-żona ddikjarata li tissemma fl-Artikolu 4(2) hi superjuri b’aktar minn 10 % miż-żona determinata, il-parti relattiva tal-ħlas ta’ l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat għall-estensifikazzjoni m’għandiex tiġi mogħtija. Barra minn hekk, l-ammont li għandu jingħata fil-qafas tar-reġim semplifikat hu mnaqqas b’massimu ta’ 50 % tal-parti relattiva tal-ħlas ta’ l-estensifikazzjoni. 3. Jekk jidher minn kontroll fuq il-post li l-obbligazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 mhumiex rispettati, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 jgħodd għall-ewwel parti kumpens "annimali" ta’ l-ammont iffissat għas-sena konċernata. 4. Jekk jidher li l-ksur tal-kondizzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 hu magħmul apposta, l-istess esklużjonijiet jew l-istess livell ta’ tnaqqis bħal dawk ikkalkulati għas-sena li matulha ssir l-irregolarità japplikkaw għall-ħlas dovut għas-sena ta’ wara, mingħajr ma jiġu affettwati esklużjonijiet jew tnaqqis oħra eventwali li jsiru matul l-istess sena. 5. L-esklużjonijiet u t-tnaqqis previsti fil-paragrafi 1 sa 4 ma jgħoddux għall-bidwi li jkun ressaq informazzjoni preċiża jew li jista’ juri b’xi mod ieħor li ma jkunx hu li żbalja. L-Artikolu 16 Trasmissjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni 1. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jdaħħlu fis-seħħ ir-reġim semplifikat, huma jgħaddu lill-Kummissjoni id-dettalji tal-miżuri adottati għal dan il-għan kif ukoll rapport rigward l-istat ta’ progress tat-twettiq tar-reġim semplifikat, flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ l-effetti tiegħu, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. L-ewwel rapport ikun ippreżentat mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2003. 2. L-Istati Membri jikkonumikaw kull sena rendikont tat-talbiet milqugħa fil-qafas ta’ reġim semplifikat, mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena li għaliha jgħoddu t-talbiet, u jindikaw l-ammonti stabbiliti għal dawn it-talbiet skond l-Artikolu 3, kif ukoll l-ammonti korrispondenti mogħtija fil-qafas ta’ kull reġim ta’ sostenn koperti mir-regolamenti konċernati. Huma jgħaddu wkoll l-informazzjoni mogħtija lill-bdiewa skond l-Artikolu 4(1), (2) u (3). Rigward il-mudell li għandu jiġi segwit għall-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, l-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 613/97 [27], l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [28], u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1644/96 [29] jgħoddu mutatis mutandis. 3. L-Istati Membri jiddikjaraw kull sena x’inhu n-numru ta’ każi ta’ rtirar u l-ammont korrispondenti li kien ġie mħallas minn fil-qafas tar-reġim semplifikat. L-Artikolu 17 Dħul fis-seħħ Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 113. [2] ĠU L 173 tas-27.6.2001, p. 1. [3] ĠU L 193 tad-29.7.2000, p. 16. [4] ĠU L 35 tas-6.2.2001, p. 18. [5] ĠU L 150 tas-6.6.2001, p. 17. [6] ĠU L 327 tat-12.12.2001, p. 11. [7] ĠU L 341 tat-22.12.2001, p. 105. [8] ĠU L 181 ta’ l-1.7.1992, p. 12. [9] ĠU L 148 tat-28.6.1968, p. 24. [10] ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 1. [11] ĠU L 362 tal-11.12.1992, p. 41. [12] ĠU L 362 tas-27.12.1990, p. 28. [13] ĠU L 349 ta’ l-24.12.1998, p. 1. [14] ĠU L 349 ta’ l-24.12.1998, p. 8. [15] ĠU L 246 tal-5.11.1971, p. 1. [16] ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 21. [17] ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 48. [18] ĠU L 198 ta’ l-21.7.2001, p. 11. [19] ĠU L 198 ta’ l-21.7.2001, p. 26. [20] ĠU L 198 ta’ l-21.7.2001, p. 45. [21] ĠU L 184 tas-27.7.1993, p. 1. [22] ĠU L 355 tal-5.12.1992, p. 1 [23] ĠU L 312 ta’ l-20.11.1998, p. 1. [24] ĠU L 281 ta’ l-4.11.1999, p. 30. [25] ĠU L 206 tas-16.8.1996, p. 4. [26] ĠU L 329 tat-30.12.1995, p. 18. [27] ĠU L 94 tad-9.4.1997, p. 1. [28] ĠU L 280 ta’tat-30.10.1999, p. 43. [29] ĠU L 207 ta’tas-17.8.1996, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS - L-Artikolu 2(1), (2), (3) u (4), l-Artikolu 3(7), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5, l-Artikolu 5a u l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi reġim ta’ sostenn għall-produtturi ta’ ċerti artijiet tajba biex jinħadmu, mibdul fl-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1308/2001 [1]; - L-Artikolu 1, l-Artikolu 2(2), u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jġib miżura speċifika favur ċerti legumi ta’ qamħ, mibdul fl-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 811/2000 [2]; - L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jwassal għal organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross, mibdul fl-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1987/2001 [3]; - L-Artikoli 4, 6, 10, 13 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jwassal għal organizzazzjoni komuni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, mibdul fl-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2001 [4]; - L-Artikolu 5(1) sa (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 li jwassal għal organizzazzjoni komuni ta’ swieq fis-settur tal-laħam ta’ nagħaġ u mogħoż, mibdul fl-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1669/2000 [5]; - L-Artikolu 6(1), (2), (8) u (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi sistema integrata ta’ ġestjoni u kontroll relattiv ma’ ċerti reġimi ta’ għajnuniet komunitarji, mibdula fl-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 [6]. [1] ĠU L 145 ta’ l-31.5.2001, p. 16. [2] ĠU L 100 ta’ l-20.4.2000, p. 1. [3] ĠU L 271 tat-12.10.2001, p. 5. [4] ĠU L 315 ta’ l-1.12.2001, p. 29. [5] ĠU L 193 tad-29.7.2000, p. 8. [6] ĠU L 72 ta’ l-14.3.2001, p. 6 --------------------------------------------------