32002L0097



Official Journal L 343 , 18/12/2002 P. 0023 - 0030


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/97/KE

tas-16 ta’ Diċembru 2002

li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta’ livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi (2,4-D, triasulfuron u thifensulfuron methyl) fuq u fiċ-ċereali, oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inkluż frott u ħaxix

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fuq u fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fuq u fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/79/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fuq jew fi prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħaxix [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/79/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanzi attivi eżistenti 2,4-D, triasulfuron u thifensulfuron methyl, (is-sustanzi attivi konċernati), ġew inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/103/KE [7], 2000/66/KE [8] u 2001/99/KE [9], rispettivament, sabiex jintużaw bħala erbiċidi, iżda mingħajr ma ġew speċifikati l-kondizzjonijiet li għandhom impatt fuq il-ħxejjex li jistgħu jiġu ttrattati bi prodotti għal protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva.

(2) L-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ dawn is-sustanzi attivi kienet ibbażata fuq evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni sottomessa dwar l-użu propost. Informazzjoni dwar dan l-użu ġiet sottomessa minn ċerti Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)f tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli ġiet riveduta u hija biżżejjed sabiex tippermetti li jiġu stabbiliti ċerti livelli massimi ta’ residwi (LMR).

(3) Fejn ma jkun hemm l-ebda LMR tal-Komunità jew LMR proviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu LMR nazzjonali proviżjonali skond l-Artikolu 4(1)f tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma jiġu awtorizzati prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva.

(4) Fir-rigward ta’ l-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva konċernata, l-evalwazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi relatati ġew finalizzati fil-forma ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapport ġie finalizzat nhar it-2 ta’ Ottubru 2001 għal 2,4-D, nhar it-13 ta’ Lulju 2000 għal triasulfuron u nhar id-29 ta’ Ġunju 2001 għal thifensulfuron methyl. Ir-rapporti stabbilew id-Dħul Aċċettabli ta’ Kuljum (DAK) għal 2,4-D f’0,05 mg/kg bw/jum, għal triasulfuron f’0,01 mg/kg bw/jum u għal thifensulfuron methyl f’0,01 mg/kg bw/jum. L-espożizzjoni matul il-ħajja tal-konsumaturi għal prodotti ta’ l-ikel trattati bis-sustanzi attivi konċernati ġiet evalwata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ġew ikkunsidrati wkoll il-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa [10] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti [11] dwar il-metodoloġija wżata. Ġie konkluż li l-LMR proposti ma jwasslux għal li jinqabeż id-DAK. Ma kienu nnutati l-ebda effetti tossiċi akuti ta’ Doża Referenzjali Akuta matul l-evalwazzjoni u d-diskussjonijiet ta’ qabel l-inklużjoni tas-sustanzi attivi konċernati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun protett kif jixraq minn espożizzjoni għal residwi fuq jew fi prodotti li għalihom ma tkunx ħarġet awtorizzazzjoni, huwa prudenti li jiġu stabbiliti LMR proviżorji fil-limitu l-aktar baxx ta’ determinazzjoni analitika tal-prodotti kollha koperti bid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE.

(6) L-iffissar fuq livell tal-Komunità ta’ LMR proviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli ta’ residwi massimi proviżorji skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti l-iżvilupp tas-sustanza attiva konċernata. L-LMR proviżorji għandhom imbagħad isiru definittivi.

(7) L-Annessi għad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati bix-xieraq.

(8) Il-Kummissjoni għarrfet lill-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ b’din id-Direttiva f’forma abbozzata u l-kummenti irċevuti ġew ikkunsidrati fil-finalizzazzjoni tad-Direttiva. Il-possibilità li jiġu ffissati LMR ta’ tolleranza għal importazzjoni għal kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ pestiċidi/ħxejjex għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ data aċċettabli sottomessa.

(9) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-livelli massimi ta’ pestiċidi li ġejjin huma miżjudin ma Parti A ta’ l-Anness II għad- Direttiva 86/362/KEE:

"Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu f'mg/kg |

2,4-D (total ta' 2,4-D u l-esters tiegħu espressi bħala 2,4-D) | 0,05ċereali |

Triasulfuron | 0,05 ċereali |

Thifensulfuron methyl | 0,05 ċereali |

L-Artikolu 2

Il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi li ġejjin huma miżjudin ma’ Parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE:

"Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu (mg/kg) |

Tal-laħam, inkluż ix-xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, ġewwieni u xaħam ta' l-annimali kif elenkat fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM Nru 0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, ex0208, u 020900, 0210, 160100 u 1602 | Għal ħalib u prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM Nru 0401, 0402, 040500 u 0406 | Tal-bajd frisk bil-qoxra, għal bajd ta' l-għasafar u isfar tal-bajd ta' l-għasafar elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM 040700 u 0408 |

2,4-D | Fwied (għajr tjur) 1 Oħrajn 0,05 | 0,01 | 0,01 |

L-Artikolu 3

Il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi għas-sustanzi attivi konċernati kif murija fl-Anness għal din id-Direttiva huma miżjudin ma’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2003 l-aktar tard. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Lulju 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 291, tat-28.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[4] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71.

[5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[6] ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28.

[7] ĠU L 313, tat-30.11.2001, p. 37.

[8] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 35.

[9] ĠU L 304, tal-21.11.2001, p. 14.

[10] Linji ta’ gwida sabiex jiġi mbassar id-dħul mill-ikel ta’ residwi ta’ pestiċidi (riveduti), ppreparati minn GEMS/Programm ta’ l-Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi ta’ Pestiċidi, ppubblikati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[11] L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti fir-rigward ta’ kwestjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (L-opinjoni mfissra mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/dg24/health/sc/scp/out21_en.html).

--------------------------------------------------

L'ANNESS

"Gruppi w eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMR | Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg) |

Triasulfuron | Thifensulfuron methyl | 2,4-D (total ta' 2,4-D u l-esters tiegħu) imfissra bħala 2,4-D) |

1.Frott frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippriservat permezz ta' ffriżar, li ma fihx zokkor miżjud; lewż | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU

Grejpfrut | | | |

Lumi | | | |

Lumi qares | | | |

Mandolin (inklużi klementini u taħlitiet oħra) | | | |

Larinġ | | | |

Pomelos | | | |

Oħrajn | | | |

(ii)LEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajr qoxra)

Lewż | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | |

Cashew nuts | | | |

Qastan | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | |

Ġellewż | | | |

Macadamia | | | |

Ġewż Amerikan | | | |

Pine nuts | | | |

Pistaċċi | | | |

Ġewż | | | |

Oħrajn | | | |

(iii)FROTT POME

Tuffieħ | | | |

Lanġas | | | |

Sfraġel | | | |

Oħrajn | | | |

(iv)FROTT BL-GĦADMA

Berquq | | | |

Ċirasa | | | |

Ħawħ (inklużi nettarini u ibridi oħra simili) | | | |

Għajnbaqar | | | |

Oħrajn | | | |

(v)TUT U FROTT ŻGĦIR

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

Għeneb tal-mejda | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | |

(b)Frawli (għajr il-frawli salvaġġ) | | | |

(ċ)Frott biz-zokk irqiq (mhux salvaġġ)

Tut | | | |

Dewberries | | | |

Loganberries | | | |

Lampun | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Frott ieħor żgħir u tut (mhux salvaġġ)

Mirtill | | | |

Cranberries | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | | |

Ribes | | | |

Oħrajn | | | |

e)Tut salvaġġ u frott salvaġġ | | | |

(vi)MIXXELLANJI

Avokado | | | |

Banana | | | |

Tamal | | | |

Tin | | | |

Kiwi | | | |

Kumquat | | | |

Litchi | | | |

Mangu | | | |

Żebbuġ | | | |

Passion fruit | | | |

Ananas | | | |

Rummien | | | |

Oħrajn | | | |

2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew imnixxef | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

(i)GĦERUQ U ĦAXIX TUBERU

Pitravi | | | |

Karrotti | | | |

Karfus | | | |

Horseradish | | | |

Artiċokks | | | |

Parsnips | | | |

Tursin | | | |

Ravanell | | | |

Sassefrika | | | |

Patata ħelwa | | | |

Swedes | | | |

Turnips | | | |

Yam | | | |

Oħrajn | | | |

(ii)ĦAXIX F'GĦAMLA TA' BASLA

Tewm | | | |

Basal | | | |

Shallots | | | |

Basal tar-rebbiegħa | | | |

Oħrajn | | | |

(iii)ĦAXIX LI JAGĦMEL IL-FROTT

(a)Solanacea

Tadam | | | |

Bżar | | | |

Brunġiel | | | |

Oħrajn | | | |

(b)Cucurbits – bil-qoxra li tittiekel

Ħjar | | | |

Gherkins | | | |

Zukkini | | | |

Oħrajn | | | |

(ċ)Cucurbits – bil-qoxra li ma tittiekilx

Bettieħ | | | |

Squashes | | | |

Dulliegħ | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Sweet corn | | | |

(iv)ĦAXIX BRASSIKA

(a)Brassika li tagħmel il-fjur

Brokkoli | | | |

Pastard | | | |

Oħrajn | | | |

(b)Brassika bil-weraq

Brussels sprouts | | | |

Kaboċċa tar-ras | | | |

Oħrajn | | | |

(ċ)Brassika bil-ħaxix

Kaboċċa ċiniża | | | |

Kale | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Ġidra | | | |

(v)ĦAXIX W ĦXEJJEX FRISKI

(a)Ħass u simili

Krexxuni | | | |

Valerjanella | | | |

Ħass | | | |

Scarole | | | |

Oħrajn | | | |

(b)Spinaċi u simili

Spinaċi | | | |

Pitravi (chard) | | | |

Oħrajn | | | |

(ċ)Siji | | | |

(d)Witloof | | | |

(e)Ħxejjex aromatiċi

Maxxita | | | |

Kurrat salvaġġ | | | |

Tursin | | | |

Weraq tal-karfus | | | |

Oħrajn | | | |

(vi)ĦAXIX LEGUMINUŻ (frisk)

Fażola (bil-miżwed) | | | |

Fażola (mingħajr miżwed) | | | |

Piżelli (bil-miżwed) | | | |

Piżelli (mingħajr miżwed) | | | |

Oħrajn | | | |

(vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk)

Asparagu | | | |

Cardoons | | | |

Karfus | | | |

Bużbież | | | |

Qaqoċċ | | | |

Kurrat | | | |

Rabarbru | | | |

Oħrajn | | | |

(viii)FAQQIEGĦ

(a)Faqqieħ ikkoltivat | | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | | |

3.Legumi | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

Fażola | | | |

Għads | | | |

Piżelli | | | |

Oħrajn | | | |

4.Żerriegħa taż-żejt | 0,05 | 0,05 | 0,1 |

Żerriegħa tal-kittien | | | |

Karawett | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | |

Ġulġlien | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | |

Żerriegħa tal-kolza | | | |

Fażola tas-soja | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | |

Oħrajn | | | |

5.Patata | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

Patata bikrija | | | |

Patata tal-ħażna | | | |

6.Te (weraq u zkuk, imnixxfa, fermentati jew mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 | 0,1 | 0,1 |

7.Hops(imnixxef), inklużi pellets tal-hopsu trab mhux konċentrat | 0,1 | 0,1 | 0,1 |

--------------------------------------------------