Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/80/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tadatta il-progress tekniku għad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-muturTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 291 , 28/10/2002 P. 0020 - 0056
CS.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
ET.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
HU.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
LT.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
LV.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
MT.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
PL.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
SK.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
SL.ES Chapter 13 Volume 30 P. 531 - 568
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/80/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tadatta il-progress tekniku għad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Test b'relevanza għaż-ŻEE) Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) ta' l-istess Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE tal-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jitrattaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta' l-arja kkawżat minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha. Billi: (1) Id-Direttiva 70/220/KEE hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. (2) Id-Direttiva 70/220/KEE introduċiet metodu għall-ivverifikar tal-konformità ta' vetturi meta jkunu fis-servizz. It-tip ta' informazzjoni li fabbrikant għandu jiġbor u jisottometti bħala bażi għall-eżami mill-awtorità tal- approvazzjoni skond it-tip dwar jekk vettura tikkonformax mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 70/220/KEE dwar il-perjodu ta' durabilità meħtieġ għandu jiġi stabbilit. Id-definizzjoni ta' vettura li tista' tiġi kunsidrata li tkun emittent periferali, fil-każ li kampjun rappreżentattiv tal-vetturi tat-tip huma soġġetti għall-ittestjar u analiżi statistika biex jikkonfermaw il-prestazzjoni ta' l-emissjonijiet tat-tip imsemmi, għandha tiġi kompletata. (3) Miżuri tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unitajiet tekniċi separati, ta' konvertituri katalitiċi sotituttivi sabiex jiżguraw kemm il-prestazzjoni tagħhom f' dak li jirrigwarda l-emissjonijiet u, fejn xieraq, il-kompatibilità tagħhom mas-sistema dianjostika on-board (OBD) tal-vettura li għaliha huma disinjati, għandha tiġi ntrodotta. Miżuri sabiex jgħinu l-infurzar fl-Istati Membri, permezz ta' l-immarkar ta' konvertituri katalitiċi sostituttivi u konvertituri katalitiċi oriġinali sostituttivi u l-ippakkjar tagħhom, għandhom jiġu introdotti. Minbarra dan, rikjesta għall-informazzjoni addizzjonali sabiex takkompanja konvertituri katalitiċi sostituttivi li kienu manifatturati u introdotti għall-bejgħ fil-Komunità qabel l-introduzzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi ntrodotta wkoll. (4) Id-Direttiva 70/220/KEE introduċiet disposizzjonijiet għal sistemi OBD. Sabiex tiżgura li l-iżvilupp ta' komponenti sostituttivi li huma essenzjali għall-funzjonament korrett tas-sistema OBD ma jiġux ristretti min-nuqqas ta' disponibilità ta' l-informazzjoni pertinenti relatata mal-OBD, għandhom jiġu introdotti preskrizzjonijiet li jirrikjedu li l-fabbrikanti tal-vetturi jagħmlu disponibbli tali informazzjoni rilevanti għall-awtorità li tapprova t-tip. (5) Il-ħtiġijiet tekniċi li jirrigwardaw listrateġiji tal- indikazzjoni ta' malfunzjoni huma ċarati b'tali mod illi malfunzjoni hija kkunsidrata li sseħħ jekk l-għatbien ta' l-OBD huma sorpassati jew jekk is-sistema tal-OBD mhix kapaċi li tissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi ta' sorveljanza OBD ta' din id-Direttiva. (6) Huwa ukoll neċessarju li jiġu ntrodotti modifiki speċifiċi għall-immaniġġjar ta' informazzjoni OBD sabiex taġixxi indipendentement mat-tħaddim tal-vettura permezz ta' petrol jew gass. (7) Minħabba iż-żmien qasir sal-1 ta' Jannar 2003 minn meta tipi ġodda ta' vetturi li jaħdmu bil-gass għandhom ikunu mgħammra b' sistema OBD, huwa neċessarju li tiġi permessa l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi li jaħdmu bil-gass li jikkontjenu numru limitat ta' nuqqasijiet żgħar li jistgħu iseħħu fil-mument ta' l-approvazzjoni tat-tip jew qabel. L-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tista' tawtoriżża ukoll estensjoni għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi li diġa ingħataw l-approvazzjoni tat-tip f' każijiet fejn nuqqasijiet hum susegwentement misjuba fis-sistema tal-OBD f' vetturi li qegħdin diġa jintużaw. Tali estensjonijiet ma' jistgħux jiġu awtoriżżati jekk hemm nuqqas komplut ta' kapaċità ta' sorveljanza. Għandu jiġi speċifikat perjodu li fih tali nuqqasijiet li huma awtorizzati mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu korreġġuti f' vetturi li jiġu manifatturati fil-futur. (8) Id-Direttiva 70/220/KEE għandha tiġi aġġornata sabiex tirrifletti l-progress tekniku partikolarment id-definizzjonijiet il-ġodda tal-kodiċi tad-difetti dijagnostiċi l-iżjed standard, u l-kodiċi l-ġodda eksadeċimali kif ukoll l-istandard ISO 15031-6 u SAE standard J2012 li ġew aġġornati. (9) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-fuels tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE [5], kif emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 2000/71/KE [6], tirrikjedi li l-fuels tal-petrol u d-diesel li jintużaw għall-magni li jinbiegħu fil-Komunità mill-1 ta' Jannuar 2005 ikollha kontenut massimu ta' kubrit ta' 50 mg/kg (partijiet għal kull miljun). Il-fuels ta' referenza użati għall-ittestjar ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi kontra l-limiti ta' emissjoni applikabbli mis-sena 2005 għandhom jiġu ri-definiti sabiex jirreflettu f'mod aħjar, fejn applikabbli, il-kontenut ta' kubrit, aromatiċi u ossiġenu tal-fuels tal-petrol u diesel li għandhom ikunu disponibbli fis-suq mill-2005 u użati minn vetturi li għandhom sistemi avvanzati ta' kontroll ta' l-emissjoni jew tat-teknoloġija tal-magna bl-"injezzjoni diretta tal-gażolina". (10) Għalhekk id-Direttiva 70/220/KEE għandha tiġi emendata biex taqbel ma' dan. (11) Il-miżuri maħsuba f' din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattazzjoni għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. L-Artikolu 1 tad-Direttiva 70/220/KEE huwa sostitwit b' dan li ġej: "Artikolu 1 Għall-iskop ta' din id-Direttiva: (a) "vettura" tfisser kwalunkwe vettura kif mfissra fl-Anness II Sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE; (b) "vettura mħaddma b'LPG jew NG" tfisser vettura mgħammra b' tagħmir speċifiku għall-użu tal-LPG jew NG fis-sistema tagħha ta' propulsjoni. Tali vettura LPG jew NG tista' tiġi disinjata u kostruwita bħala vettura bi fuel wieħed jew b'żewġ fuels; (ċ) "vettura bi fuel wieħed" tfisser vettura li hija disinjata primarjament għall-tħaddim permanenti fuq LPG jew NG iżda jista' jkollha ukoll sistema tal-petrol għall-fini ta' l-emerġenza jew sabiex tinxtgħel il-magna biss, fejn it-tank tal-petrol ma jikkontjenix aktar minn 15 il-litru ta' petrol; (d) "vettura b'żewġ fuels" tfisser vettura li tista' taħdem parti mill-ħin bil-petrol kif ukoll parti mill-ħin jew b' LPG jew bl-NG" . 2. L-Annessi I, II, III, IX, IX(a), X, XI u XIII huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B' effett mill-1 ta' Lulju 2003, jekk il-vetturi huma konformi mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, l-Istati Membri m'għandhomx: (a) jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjoni tat-tip KE in segwitu ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE; jew (b) jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew (ċ) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi, in segwitu ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 70/156/KEE. 2. Jekk tip ġdid ta' vettura ifalli milli jikkonforma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, b' effett mill-1 ta' Lulju 2003, l-Istati Membri ma jistgħux jikkonċedu aktar: (a) approvazzjoni tat-tip KE in segwitu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE; jew (b) approvazzjoni tat-tip nazzjonali. Madankollu, Stati Membri jistgħu jkomplu jikkonċedu l-approvazzjonijiet tat-tip imsemmija fl-ewwel subparagrafu fejn japplika l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. 3. Jekk il-vetturi jonqsu milli jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom: (a) jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda in segwitu tad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-fini tal-Artikolu 7(1) ta' dik id- Direttiva; u, (b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-seħħ ta' vetturi ġodda li mhumiex akkumpanjati minn ċertifikat validu ta' konformità in segwitu tad-Direttiva 70/156/KEE, bl-eċċezzjoni fejn jiġu nvokati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. 4. Il-paragrafu 3 għandu japplika b' effett mill-1 ta' Jannar 2006 għal: (a) vetturi fil-kategorija M bl-eċċezzjoni ta' vetturi li l-massa massima tagħhom taqbeż l-2500 kg; u (b) vetturi f' kategorija N1 klassi I. Il-paragrafu 3 għandu japplika b' effett mill-1 ta' Jannar 2007 għall-: (a) vetturi fil-kategoriji Nl klassijiet II u III, kif mfissra fit- tabella f'sezzjoni 5.3.1.4. ta' l-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE; u (b) vetturi fil-kategorija M li l-massa massima tagħhom teċċedi l-2500 kg. Artikolu 3 1. B' referenza għall-konvertituri katalitiċi sostituttivi ġodda ntiżi sabiex jitwaħħlu f' vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip in konformità mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, b' effett mill-1 ta' Lulju 2003, Stati Membri m'għandhomx: (a) jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjoni tat-tip tal-KE in segwitu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE; jew (b) jiprojbixxu l-bejgħ tagħhom u l-istallazzjoni fuq vettura. 2. B' effett mill-1 ta' Lulju 2003, l-Istati Membri m'għandhomx jikkonċedu aktar approvazzjoni tat-tip KE in segwitu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE jew għal konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni ġdid jekk ma jkunx ingħata l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva. 3. L-Istati Membri għandhom ikomplu jippermettu l-bejgħ u l-istallazzjoni ta' konvertituri katalitiċi ġodda sostituttivi, li għalihom l-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata kienet konċessa qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, għall-vetturi li diġà qegħdin jintużaw. Artikolu 4 Qabel l-1 ta' Lulju 2005, il-fabbrikanti għandhom jieħdu l-passi sabiex jipprovdu informazzjoni addizzjonali jew direttament sal-punt tal-bejgħ jew lil kwalunkwe distributur, li tkopri il-konvertituri katalitiċi ġodda sostituttivi kollha li kienu introdotti għall-bejgħ fl-UE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u li altrimenti mhumiex konformi mal-ħtiġijiet stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/77/KE [7]. L-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li jinstabu fis-sezzjoni 7 ta' l-Anness XIII ta' din id-Direttiva. Artikolu 5 Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-disposizzjonijiet dettaljati f' sezzjoni 7 ta' l-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b' din id-Direttiva, b' referenza speċifika għall-konformità ta' vetturi li diġà qegħdin jintużaw, għandha tapplika għall-vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 701220/KEE, kif emendata mid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [8] jew Direttivi sussegwenti ta' emenda. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, qabel l-31 ta' Mejju 2003, id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Huma għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet b' effett mill-1 ta' Ġunju 2003. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jikkontjenu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 7 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 18, tal-21.1.2002, p. 1. [3] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1. [4] ĠU L 16, tat-18.1.2002, p. 32. [5] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58. [6] ĠU L 287, ta' l-14.11.2000, p. 46. [7] ĠU L 286, tat-22.10.1998, p. 34. [8] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS EMENDI GĦALL-ANNESSI I, II, III, IX, IXa, X, XI u XIII TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE A. L-Anness I huwa emendat kif ser jingħad: 1. F' sezzjoni 1, l-aħħar paragrafu huwa emendat sabiex jinqara kif ser jingħad: "Din id-Direttiva tapplika ukoll għall-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE għall-konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni bħala unitajiet tekniċi separati maħsuba sabiex jitwaħħlu f' vetturi tal-kategorija M1 u N1." 2. Sezzjonijiet 2.17 u 2.18 jinqraw kif ser jingħad u sezzjoni 2.19 hija sostitwita bis-segwenti: "2.17. "konvertitur katalitiku tat-tagħmir oriġinali", tfisser konvertitur katalitiku jew assemblaġġ ta' konvertituri katalitiċi koperti mill-approvazzjoni tat-tip ikkonsenjat għall-vettura u li huma indikati f' punt 1.10 ta' l-Appendiċi għal-Anness X ta' din id-Direttiva. 2.18. "konvertitur katalitiku sostituttiv" tfisser konvertitur katalitiku jew assemblaġġ ta' konvertituri katalitiċi li huma maħsuba sabiex jissostitwixxu konvertitur katalitiku tat-tagħmir oriġinali f' vettura approvata skond id-Direttiva 70/220/KEE li tista' tkun approvata bħala unità teknika kif mfissra fl-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva 70/156/KEE. 2.19. "konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali" tfisser konvertitur katalitiku jew assemblaġġ ta' konvertituri katalitiċi li t-tipi tagħhom huma indikati f' punt 1.10 ta' l-Appendiċi ta' l-Anness X ta' din id-Direttiva iżda huma offruti fis-suq bħala unitajiet tekniċi separati minn min ikun fil-pussess ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.'" 3. Sezzjoni 3.2 hija sostitwita kif ser jingħad: "3.2. Mudell tad-dokument ta' l-informazzjoni li jittratta l-emissjonijiet li joħorġu mit-tailpipe, emissjonijiet evaporattivi, durabilità u s-sistema dianjostika on-board (OBD) huwa mogħti fl-Anness II. L-informazzjoni elenkata taħt is-sezzjoni 3.2.12.2.8.6 ta' l-Anness II għandha tiġi nkluża fl-Appendiċi 2 "informazzjoni relatata mal-OBD" għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħti fl-Anness X." . 4. Sezzjoni 5.2.2 hija sostitwita kif ser jingħad: "5.2.2. Vettura li taħdem b' magna positive ignition li tuża l-fuel LPG jew NG (fuel wieħed jew tnejn) tkun soġġettata għas-segwenti testijiet: Tip I (verifika ta' l-emissjonijiet medji tat-tailpipe wara li tinxtegħel minn magna kiesħa), Tip II (emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju f' idling speed), Tip III (emissjonijiet tal-gassijiet tal-crankase), Tip IV (emissjonijiet evaporattivi), fejn applikabbli, Tip V (durabilità ta' tagħmir li jikkontrolla t-tniġġiz), Tip VI (verifika tat-temperatura ambjentali medja baxxa ta' emissjonijiet tat-tailpipe tal-monossidu tal-karbonju u ta' idrokarbonju wara li tinxtgħel magna kiesħa), fejn applikabbli, Test ta' l-OBD, fejn applikabbli." 5. Figura 1.5.2 hija sostitwita bis-segwenti: "Test ta' l-approvazzjoni tat-tip | Vetturi b' magna b' ignition posittiva ta' kategoriji M u N | Vetturi b' magna b' ignition bil-kompressjoni ta' kategoriji Ml u N1 | Vettura li taħdem bil-petrol | Vettura bi fuel | Vettura mono-fuel | Tip I | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (test biż-żewġtipi ta' fuel) (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Tip II | Iva | Iva (test biż-żewġ | tipi ta' fuel) Iva | — | Tip III | Iva | Iva (test bil-petrol biss) | Iva | — | Tip IV | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (test bil-petrol biss) (massa massima ≤ 3,5 t) | — | — | Tip V | Iva (massa massima ≤t3,5 t) | Iva (test bil-petrol biss) (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Tip VI | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) (test bil-petrol biss) | — | — | Estensjoni | Sezzjoni 6 | Sezzjoni 6 | Sezzjoni 6 | Sezzjoni 6; M2 u N2 b' referenzamassa ≤ 2840 kg [1] | Dijanostika on-board | Iva, skond is-Sezzjoni 8.1.1 jew 8.4 | Iva, skond is-Sezzjoni 8.1.2 jew 8.4 | Iva, skond is-Sezzjoni 8.1.2 jew 8.4 | Iva, skond is-Sezzjonijiet 8.2, 8.3 jew 8.4 | 6. Fin-nota t'isfel 1 tas-Sezzjoni 5.3.7.3, il-koeffiċjenti għal-Hcv u Ocv huma mibdula għas-segwenti: "Hcv = Ratio atomiku ta' idroġenu għall-karbonju [1,73], fil-każ ta' LPG [2,53), fil-każ ta' NG [4,0] Ocv = Ratio atomiku ta' ossiġenu għall-karbonju [0,02), fil-każ ta' LPG [żero], fil-każ ta' NG [żero]" . 7. Sezzjoni 5.3.8 hija sostitwita b' dan li ġej: "5.3.8. Konvertituri katalitiċi sostituttivi u konvertituri katalitiċi sotituttivi oriġinali 5.3.8.1. Konvertituri katalitiċi sostituttivi maħsuba sabiex jitwaħħlu f' vetturi tat-tip approvat tal-KE għandhom ikunu ttestjati skond l-Anness XIII. 5.3.8.2. Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni oriġinali li huma ta' tip li huma koperti minn punt 1.10 ta' l-Appendiċi ta' l-Anness X u huma ntenzjonati sabiex jitwaħħlu f' vettura li għaliha jirreferi d-dokument rilevanti tat-tip ta' approvazzjoni, m'għandhomx bżonn li jkunu konformi mal-Anness XIII ta' din id-Direttiva jekk huma jisodissfaw il-ħtiġijiet tas-Sezzjonijiet 5.3.8.2.1 u 5.3.8.2.2. 5.3.8.2.1. Immarkar Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni oriġinali għandu jkollhom fuqhom għall-inqas is-segwenti mezzi ta' identifikazzjoni: 5.3.8.2.1.1. l-isem tal-fabbrikant tal-vettura jew il-marka tal-kummerċ; 5.3.8.2.1.2. l-għamla u n-numru ta' identifikazzjoni tal-parti tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali kif irreġistrat fl-informazzjoni msemmija f' punt 5.3.8.3. 5.3.8.2.2. Dokumentazzjoni Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni oriġinali għandhom jkunu akkompanjati mis-segwenti informazzjoni: 5.3.8.2.2.1. l-isem tal-fabbrikant tal-vettura jew il-marka tal-kummerċ; 5.3.8.2.2.2. l-għamla u n-numru ta' identifikazzjoni tal-parti tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali kif irreġistrat fl-informazzjoni msemmija f' punt 5.3.8.3; 5.3.8.2.2.3. il-vetturi li jkollhom konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali li huwa ta' tip kopert mill-punt 1.10 ta' l-Appendiċi ta' l-Anness X, li jinkludi, fejn applikabbli, marka sabiex tidentifika jekk il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali huwiex tajjeb sabiex jitwaħħal f' vettura li hija mgħammra b' sistema dianjostika on-board (OBD); 5.3.8.2.2.4. struzzjonijiet ta' stallazzjoni, fejn neċessarji; 5.3.8.2.2.5. din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta jew: - bħala fuljett li jakkompanja l-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali, jew - fuq l-ipakkjar li fiħ il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali huwa mibjugħ, jew - jew permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor applikabbli. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit sal-postijiet ta' fejn isir il-bejgħ permezz tal-fabbrikant tal-vettura. 5.3.8.3. Il-fabbrikant tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku u/jew l-awtorità ta' approvazzjoni l-informazzjoni neċessarja f' forma elettronika li tagħmel il-konnessjoni bejn in-numru relevanti tal-parti u d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip. Din l-informazzjoni għandha tikkontjeni: - għamla(iet) u tip(i) ta' vettura, - għamla(iet) u tip(i) ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali, - numru(i) tal-parti tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali, - numru ta' approvazzjoni tat-tip, tat-tip(i) rilevanti tal-vettura." 8. Is-sezzjoni 7.1.1 hija sostitwita b' dan li ġej: "7. 1.1. Awditjar ta' konformità waqt is-servizz mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip hija mwettqa abbażi ta' kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu l-fabbrikant, taħt proċeduri simili għal dawk mfissra fl-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 70/156/KEE u f' punti 1 u 2 ta' l-Anness X għal dik id-Direttiva. Il-figuri 1.8 u 1.9 fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness juru l-proċedura għal verifikar ta' konformità waqt is-servizz. 7.1.1.1. Parametri li jiddefinixxu l-familja ta' waqt is-servizz Il-familja ta' waqt is-servizz tista' tiġi definita b' parametri bażiċi ta' disinn li għandhom jkunu komuni għall-vetturi fil-familja. Għaldaqstant, dawk it-tipi ta' vetturi li għandhom komuni bejniethom, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, għall-inqas il-parametri deskritti hawn taħt, jistgħu jkunu kunsidrati bħala li jappartjenu għall-istess familja ta' waqt is-servizz: - proċess ta' kombustjoni (2-stroke, 4-stroke, rotarji), - numru ta' ċilindri, - konfigurazzjoni tal-blokk taċ-ċilindru (fil-linja, V, radjali, oppost oriżontalment, ieħor). L-inklinazzjoni jew orjentazzjoni taċ-ċilindri mhux kriterju), - metodu ta' fuelling tal-magna (eż injezzjoni indiretta jew diretta), - tip ta' sistema ta' tkessiħ (arja, ilma, żejt), - metodu ta' aspirazzjoni (aspirat f' mod naturali, imħaddem bil-pressjoni), - fuel li għalih il-magna hija disinnjata (petrol, diesel, NG, LPG, eċċ). Vetturi b' żewġ fuels jistgħu jkunu gruppjati ma' vetturi bil-fuel dedikat jekk wieħed mill-fuels huwa komuni, - tip ta' konvertitur katalitiku (katalist three-way jew ieħor(oħra)), - tip ta' nasba partikolata (bi jew mingħajr), - reċirkulazzjoni ta' gass tal-exhaust (bi jew mingħajr), - kapaċità taċ-ċilindru tal-magna ta' l-akbar magna fil-familja bi tnaqqis ta' 30 %. 7.1.1.2. Awditjar ta' konformità fis-servizz għandu jitwettaq mill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip abbażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-fabbrikant. Tali nformazzjoni għandha tinkludi, iżda mhix limitata, is-segwenti: 7.1.1.2.1. l-isem l-indirizz tal-fabbrikant, 7.1.1.2.2. l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-indirizz tal-e-mail tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fiż-żona koperta mill-informazzjoni tal-fabbrikant; 7.1.1.2.3. l-isem(ismijiet) tal-mudell tal-vetturi nklużi fl-informazzjoni tal-fabbrikant; 7.1.1.2.4. fejn huwa xieraq, il-lista tat-tipi ta' vetturi koperti mill-informazzjoni tal-fabbrikant jiġifieri l-ġrupp tal-familja fis-servizz skond is-Sezzjoni 7.1.1.1; 7.1.1.2.5. in-numru tal-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta' vetturi fi ħdan il-familja fis-servizz (prefiss VIN); 7.1.1.2.6. in-numri ta' l-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta' vetturi fil-familja fis-servizz, li jinkludi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet u field fixes/sejħiet mill-ġdid (tħaddim mill-ġdid); 7.1.1.2.7. dettalji ta' estensjonijiet, field fixes/sejħiet mill-ġdid għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-fabbrikant (jekk rikjest mill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip); 7.1.1.2.8. il-perjodu ta' żmien li fih l-informazzjoni tal-fabbrikant kienet miġbura; 7.1.1.2.9. il-perjodu li fih inbniet il-vettura koperta mill-informazzjoni tal-fabbrikant (eż vetturi prodotti waqt is-sena kalendarja 2001); 7.1.1.2.10. il-proċedura tal-verifika tal-konformità fis-servizz tal-fabbrikant, inkluż: 7.1.1.2.10.1. il-metodu tal-lokazzjoni tal-vettura; 7.1.1.2.10.2. il-kriterji tas-selezzjoni u rifjutar ta' vettura; 7.1.1.2.10.3. it-tipi ta' test u proċeduri użati għall-programm; 7.1.1.2.10.4. il-kriterji tal-fabbrikant dwar aċċettazzjoni/rifjutar għall-grupp tal-familja fis-sevizz; 7.1.1.2.10.5. iż-żona(i) geografiċi li fiha/fihom il-fabbrikant ġabar l-informazzjoni; 7.1.1.2.10.6. id-daqs tal-kampjun u pjan ta' kampjunaġġ użat; 7.1.1.2.11. ir-riżultati mill-proċedura ta' konformità fis-servizz tal-fabbrikant, li jinkludu: 7.1.1.2.11.1. l-identifikazzjoni tal-vetturi inkluża fil-programm (kemm jekk ittestjat jew le). L-identifikazzjoni għandha tinkludi: - l-isem tal-mudell, - in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN), - in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura, - id-data tal-manifattura, - reġjun tal-użu (fejn huwa magħruf), - it-tyres użati; 7.1.1.2.11.2. ir-raġuni(jiet) għall-rifjutar ta' vettura mill-kampjun; 7.1.1.2.11.3. l-istorja tas-servizz għal kull vettura fil-kampjun (li jinkludi kwalunkwe tħaddim mill-ġdid); 7.1.1.2.11.4. l-istorja tat-tiswija għal kull vettura fil-kampjun (fejn huwa magħruf); 7.1.1.2.11.5. informazzjoni tat-test, li tinkludi: - id-data tat-test, - il-post fejn isir it-test, - id-distanza indikata fuq l-odometru tal-vettura, - speċifikazzjonijiet tal-fuel tat-test (eż referenza tat-fuel tat-test jew fuel tas-suq), - il-kondizzjonijiet tat-test (temperatura, umidità, piż ta' l-inerzja tad-dinamometru), - settings tad-dinamometru (eż. setting tal-potenza), - ir-riżultati tat-test (minn għall-inqas tlett vetturi differenti għal kull familja); 7.1.1.2.12. reġistrazzjonijiet ta' indikazzjoni mis-sistema OBD." 9. Is-Sezzjoni 7.1.2 hija sostitwita b' dan li gej: "7.1.2. L-informazzjoni miġbura mill-fabbrikant għandha tkun suffiċjentement tinftiehem sabiex tiżgura li l-prestazzjoni fis-servizz tista' tkun ikkunsidrata għall-kundizzjonijiet normali ta' użu kif mfissra f' Sezzjoni 7.1 u f' mod li jirrappreżenta l-penetrazzjoni ġeografika tal-fabbrikant. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, il-fabbrikant mhuwiex obbligat li jwettaq awditjar għall-konformità fis-servizz għal tip ta' vettura jekk huwa jista' juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip, li l-bejgħ annwali ta' dik it-tip ta' vettura huwa inqas minn 5000 kull sena fil-Komunità." 10. Is-sezzjoni 7.1.7 hija sostitwita b' dan li ġej. Is-sezzjonijiet 7.1.7.1 sa 7.1.7.5 jibqgħu mhux mibdula: "7.1.7. Abbażi tal-awditjar imsemmi fis-Sezzjoni 7.1.1, l-awtorità li japprova t-tipi għandha jew: - tiddeċiedi li l-konformità ta' tip ta' vettura fis-servizz jew ta' familja ta' vetturi fis-servizz hija sodisfaċenti u ma tieħux azzjoni ulterjuri, - tiddeċiedi li l-informazzjoni provduta mill-fabbrikant hija insuffiċjenti sabiex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni addizzjonali jew informazzjoni dwar it-test lill-fabbrikant, jew - tiddeċiedi li l-konformità fis-servizz ta' tip ta' vettura, jew tip(i) ta' vetturi li hija/huma parti minn familja fis-servizz, mhix sodisfaċenti u tipproċedi sabiex isiru t-testijiet fuq tali tip(i) ta' vettura skond l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness. Fil-każ li l-fabbrikant ġie mħolli li ma jwettaqx awditjar għal tip partikolari ta' vettura skond is-sezzjoni 7.1.2, l-awtorità li tapprova t-tipi tista' tipproċedi sabiex jiġu ittestjati skond l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness." 11. Is-sezzjoni 2.6 ta' l-Appendiċi 3 hija sostitwita b' dan li ġej: "2.6. Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit ta' kampjun tal-fuel mit-tank tal-vettura għandu jilħaq l-istandards applikabbli stipulate mid-Direttiva 98/70/KE [2] u ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta' fuelling ħażin. Jistgħu isru verifiki fit-tailpipe eċċ." 12. Is-sezzjoni 6.1 ta' l-Appendiċi 3 hija sostitwita b' dan li ġej: "6.1. Meta aktar minn vettura waħda tinstab li hija emittent periferali li jew: - tissodisfa l-kondizzjonijiet tas-Sezzjoni 3.2.3 ta' l-Appendiċi 4 u fejn kemm l-awtorità li tapprova t-tip u il-fabbrikant jiftehmu li l-eċċess ta' emissjoni huwa dovut għall-istess kawża, jew - tisodissfa l-kondizzjonijiet tas-Sezzjoni 3.2.4 ta' l-Appendiċi 4 fejn l-awtorità li tapprova t-tip tkun stabbilixxit li l-eċċess ta' emissjonijiet huwa dovut għall-istess kawża, l-awtorità li tapprova t-tip għandha titlob lill-fabbrikant jisottometti pjan ta' miżuri ta' rimedju sabiex tiġi rimedjata n-nuqqas ta' konformità." 13. L-appendiċi 4 ta' l-Anness I qed jiġi emendat kif ser jingħad: (a) Is-sezzjoni 3 hija sostitwita b' dan li ġej: "3. PROĊEDURA LI GĦANDHA TIĠI SEGWITA FIL-KAMPJUN B'EMITTENTI PERIFERALI [3] 3.1. B' daqs minimu tal-kampjun ta' tlieta u daqs massimu tal-kampjun kif determinat mill-proċedura tal-paragrafu 4, tintgħażel vettura bix-xorti mill-kampjun u l-emissjonijiet tal-sustanzi tat-tniġġiż regolati huma mkejla sabiex jiġi determinat jekk hijiex emittent periferali jew le. 3.2. Vettura hija kunsidrata bħala emittent periferali meta l-kundizzjonijiet mogħtija f'sezzjoni 3.2.1 jew f'sezzjoni 3.2.2 huma sodisfatti. 3.2.1. F' każ ta' vettura li t-tip tagħha ġie approvat skond il-valuri tal-limitu mogħtija f' filliera A tat-tabella f'sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I, emittent periferali hija vettura fejn il-valur tal-limitu applikabbli għal kwalunkwe sustanza ta' tniġġiż regolat jiġi eċċedut b' fattur ta' 1,2. 3.2.2. Fil-każ ta' vettura li t-tip tagħha ġie approvat skond il-valuri tal-limitu mogħtija f' filliera B tat- tabella f' Sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I, emittent periferali hija vettura fejn il-valur tal-limitu applikabbli għal kwalunkwe sustanza ta' tniġġiż regolata huwa eċċedut b' fattur ta' 1,5. 3.2.3. Fil-każ speċifiku ta' vettura b' emissjoni miżurata għal kwalunkwe sustanza ta' tniġġiż regolata fiż-"żona intermedjata" [4]. 3.2.3.1. Jekk il-vettura tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din is-sezzjoni, il-kawża ta' l-emissjoni eċċessiva għandha tiġi determinata u imbagħad tittieħed vettura oħra bix-xorti mill-kampjun. 3.2.3.2. Fejn iktar minn vettura waħda tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din is-sezzjoni, l-awtorità li tapprova t-tip u l-fabbrikant għandhom jiddeterminaw jekk l-eċċess ta' emissjoni miż-żewġ vetturi huwiex dovut għall-istess kawża jew le. 3.2.3.2.1. Jekk l-awtorità li tapprova t-tip u l-fabbrikant it-tnejn jaqblu li l-emissjoni eċċessiva hija dovuta għall-istess kawża, il-kampjun huwa meqjus illi falla u l-pjan ta' miżuri ta' rimedju msemmija f' Sezzjoni 6 ta' l-Appendiċi 3 japplika. 3.2.3.2.2. Jekk l-awtorità li tapprova t-tip u l-fabbrikant ma jistgħux jaqblu jew dwar il-kawża ta' l-emissjoni eċċessiva minn vettura individwali jew jekk il-kawżi għal iktar minn vettura waħda huma l-istess, vettura oħra hija magħżula bix-xorti mill-kampjun, sakemm ma jkunx intlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun. 3.2.3.3. Meta tinstab vettura waħda biss li tissodisfa l-ħtiġijiet ta' din is-sezzjoni, jew meta jkunu nstabu iktar minn vettura u l-awtorità li tapprova t-tip kif ukoll il-fabbrikant jaqblu li hija dovuta għall-kawżi differenti, tintgħażel vettura oħra bix-xorti mill-kampjun, sakemm ma jkunx intlaħaq id-daqs massimu tal-kampjun. 3.2.3.4. Jekk id-daqs massimu tal-kampjun ikun intlaħaq, u ma tinstabx aktar minn vettura waħda li tissodisfa l-ħtiġijiet ta' din is-sezzjoni fejn l-emissjoni eċċessiva hija dovuta għall-istess kawża, il-kampjun huwa meqjus li għadda fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-sezzjoni 3 ta' dan l-Appendiċi. 3.2.3.5. Jekk, fi kwalunkwe ħin, il-kampjun inizjali jkun ġie eżawrit, vettura oħra għandha tiġi miżjuda mal-kampjun inizjali u dik il-vettura għandha tittieħed. 3.2.3.6. Kull meta vettura oħra tittieħed mill-kampjun, il-proċedura ta' statistika tal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi hija applikata mal-kampjun miżjud. 3.2.4. Fil-każ speċifiku ta' vettura b' emissjoni kkalkulata għal kwalunkwe sustanza ta' tniġġis regolata fiż-"żona ta' falliment" [5]. 3.2.4.1. Jekk il-vettura tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni, l-awtorità li tapprova t-tip għandha tistabbilixxi l-kawża ta' l-emissjoni eċċessiva u imbagħad il-vettura l-oħra tittieħed bix-xorti mill-kampjun. 3.2.4.2. Fejn aktar minn vettura waħda tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din is-sezzjoni, u l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip tiddetermina li l-emissjoni eċċessiva hija dovuta għall-istess kawża, il-fabbrikant għandu jiġi nformat li l-kampjun huwa meqjus illi falla, flimkien ma raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, u l-pjan ta' miżuri ta' rimedju deskritti f' Sezzjoni 6 ta' l-Appendiċi 3 japplika. 3.2.4.3. Meta tinstab biss vettura waħda li tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din is-sezzjoni, jew meta jinstabu iktar minn vettura waħda u l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip tistabbilixxi li hija dovuta għal kawżi differenti, vettura oħra hija magħżula bix-xorti mill-kampjun, sakemm id-daqs massimu tal-kampjun ma jkunx ġa intlaħaq. 3.2.4.4. Jekk id-daqs massimu tal-kampjun jkun intlaħaq u ma jinstabux aktar minn vettura waħda li tissodisfa l-ħtiġijiet ta' din is-sezzjoni fejn l-emissjoni eċċessiva hija dovuta għall-istess kawża, il-kampjun huwa meqjus illi għadda fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-Sezzjoni 3 ta' dan l-Appendiċi. 3.2.4.5. Jekk, fi kwalunkwe ħin, il-kampjun ġie eżawrit, vettura oħra għandha tiġi miżjuda mal-kampjun inizjali u dik il-vettura għandha tittieħed. 3.2.4.6. Kull meta vettura oħra tiġi meħuda mill-kampjun, il-proċedura ta' statistika tal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi hija applikata għall-kampjun miżjud. 3.2.5. Kull meta vettura ma tinstabx li hija emittent periferali, vettura oħra tintgħażel bix-xorti mill-kampjun." (b) Fis-sezzjoni 4.2, il-frażi "(ara Figura I.7)" hija sostitwita b' "(ara figura I.9)". (ċ) "Figura I.7." issir "Figura I.9. Ittestjar ta' konformità fis-servizz - selezzjoni u test ta' vetturi". Fil-figura I.9, il-kelma "iva" immedjatament il-fuq il-kaxxa b' forma ta' djamant fil-parti tax-xellug t'isfel tal-kaxxa tal-figura għandha tiġi mibdula mill-kelma "Le". Fil-figura I.9, il-kelma "Le" immedjatament fuq il-kaxxa b' forma ta' djamant fil-parti tal-lemin t'isfel tal-figura hija sostitwita b "Le, jew mhux ċert". (d) "Figura 1.8" hija mdaħħla kif ser jingħad: +++++ TIFF +++++ "Figure 1.8Verifika ta' konformità fis-servizz – proċedura ta' awditjar" B. L-Anness II huwa emendat kif se jingħad: 1. Is-sezzjoni 3.2.12.2.8.6 hija miżjuda, kif ser jingħad: "3.2.12.2.8.6. Is-segwenti nformazzjoni addizzjonali għandha tiġi Pprovduta mill-fabbrikant tal-vettura għall-iskop li ssir possibli l-produzzjoni ta' partijiet sostituttivi kompatibbli ma' l-OBD jew partijiet għas-servizz u għodda dianjostiċi u tagħmir tat-test, sakemm tali informazzjoni hija koperta minn drittijiet ta' propjetà intellettwali jew tikkostitwixxi tagħrif speċifiku tal-fabbrikant jew tal-fabbrikant(i) ta' l-OEM. L-informazzjoni mogħtija f' din is-sezzjoni għandha tiġi ripetuta fl-Appendiċi 2 għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE (L-Anness X għal din id-Direttiva): 3.2.12.2.8.6.1. Deskrizzjoni tat-tip u n-numru taċ-ċikli ta' pre-kondizzjonament użati għat-tip oriġinali tal- vettura. 3.2.12.2.8.6.2. Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu ta' dimostrazzjoni OBD użat għat-tip ta' approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura għall-komponent sorveljat mis-sistema OBD. 3.2.12.2.8.6.3. Dokument komprensiv li jiddeskrivi l-komponenti kollha sensati bl-istrateġija għad-detezzjoni tal-ħsara u attivazzjoni MI (numru fiss ta' ċikli ta' sewqan jew metodu ta' statistika), li tinkludi lista ta' parametri sekondarji sensati relevanti għal kull komponent monitorat mis-sistema OBD. Lista tal-kodiċijiet kollha ta' output ta' OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta' kull waħda) assoċjata b' emissjoni individwali relatata ma'komponenti power-train u komponenti individwali mhux relatati ma' l-emissjoni, fejn is-sorveljanza tal-komponent hija użat sabiex tiddetermina l-attivazzjoni MI. Partikolarment, spjegazzjoni komprensiva għall-informazzjoni mogħtija fis-servizz $05 Test ID $21 sa FRF u l-informazzjoni mogħtija fis-servizz $06 għandha tkun ipprovduta. Fil-każ ta' tipi ta' vettura li jużaw konessjoni ta' komunikazzjoni skond l-ISO 15765-4 "Vetturi tat-triq, dianjostiċi fuq qafas ta' żona ta' kontroll (CAN) - parti 4: ħtiġijiet tas-sistemi relatati ta' emissjonijiet", spjegazzjoni dettaljata għall-informazzjoni mogħtija fis-servizz $06 Test ID $00 sa FRF, għal kull monitor OBD sostnut bl-ID, għandha tiġi provduta. 3.2.12.2.8.6.4. L-informazzjoni rikjesta minn din is-sezzjoni tista', per eżempju, tkun mfissra billi tiġi kompletata tabella kif ser jingħad, li tkun allaċjata ma' dan l-Anness. Komponent | Kodiċi ta' difetti | Strateġija ta' monitoraġġ | Kriterji ta' detezzjoni ta' difetti | Kriterji ta' attivazzjo-ni MI | Sekondarji parametri | Prekondizzjonament | Test ta' Dimostrazzjoni | Katalist | P0420 | Sensur tal-Ossiġenu 1 u 2 sinjali | Differenza bejn sensur 1 u sensur 2 sinjali | 3et ċiklu | Veloċità tal-magna tgħabija tal-mag Na, modA/F, temperatura tal-katalist | Żewġ ċikli tat-tip I | Tip I" | Ċ. L-Anness III huwa emendat kif se jingħad: 1. Sezzjoni 2.3.5 hija miżjuda kif ser jingħad: "2.3.5. Fuq rikjesta tal-fabbrikant, għal tip ta' vettura fejn il-veloċità inattiva tal-magna hija għola mill-veloċità tal-magna li kieku seħħ waqt l-operazzjonijiet 5, 12 u 24 taċ-ċiklu elementari urban (Parti numru wieħed), il-clutch jista' jkun diżingaġġat waqt l-operazzjoni preċedenti.'" 2. Is-sezzjoni 3.2 hija sostitwita b' dan li ġej: "3.2. Fuel Meta tiġi ttestjata vettura b'paragun mal-valuri tal-limitu ta' emissjoni mogħtija f' filliera A tat- tabella f' sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I ta' din id-Direttiva, il-fuel xieraq ta' referenza għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f' Sezzjoni A ta' l-Anness IX jew, fil-każ ta' fuels ta' gass ta' referenza, jew sezzjoni A.1 jew Sezzjoni B ta' l-Anness IXa. Meta tiġi ttestjata vettura b'paragun mal-valuri tal-limitu ta' emissjoni mogħtija f' filliera B tat-tabella f' Sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I ta' din id-Direttiva, il-fuel xieraq ta' referenza għandu jkun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija f' Sezzjoni B ta' l-Anness IX jew, fil-każ ta' fuels ta' gass ta' referenza, jew sezzjoni A.2 jew Sezzjoni B ta' l-Anness IXa." 3. Fil-kolonna 5 tat-tabella III.1.2 (intitolata: Voloċità (km/h)); l-operazzjoni 2 3 taqra kif se jingħad: "3 5 — 10". D. Fl-Anness VII is-sezzjoni 3.4.1 hija sostitwita b’ dan li ġej : "3.4.1. Il-fuel li jkun qed jiġi ttestjat għandhom ikun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fis-sezzjoni Ċ ta’ l-Anness IX" E. L-Anness IX huwa sostitwit b’ dan li gej: ANNESS IX A. Speċifikazzjonijiet tal-fuels ta' referenza għall-ittestjar ta' vetturi għall-limiti ta' emissjoni mogħtija f' filliera A tat-tabella f' Sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I – test tat-Tip I 1. INFORMAZZJONI TEKNIKA DWAR IL-FUEL TAR-REFERENZA LI GĦANDU JINTUŻA GĦALL-ITTESTJAR TA' VETTURI MGĦAMMRA B' MAGNI B' IGNIZJONI POSITTIVA Tip: Petrol bla ċomb Parametri | Unità | [1]Limiti | Metodu tat-Test | Minimu | Massimu | MinimuMassimuNumru ta' riċerka oktan , RON | 95,0 | - | EN 25164 | Numru ta' mutur oktan, MON | | 85,0 | - | EN 25163 | Densità f' temperatura ta' 15 °C | kg/m3 | 748 | 762 | ISO 3675 | Pressjoni tal-fwar Reid | kPa | 56,0 | 60,0 | EN 12 | Distillar: | | | | | - punt inizzjali ta' togħlija | °C | 24 | 40 | EN-ISO 3405 | - evaporat f' temperatura ta' 100 °C | % v/v | 49,0 | 57,0 | EN-ISO 3405 | - evaporat f' temperatura ta' 150 °C | % v/v | 81,0 | 87,0 | EN-ISO 3405 | - punt finali ta' togħlija | °C | 190 | 215 | EN-ISO 3405 | Residwu | %v/ v | — | 2 | EN-ISO 3405 | Analiżi ta' idrokarboni: | | | | | - olefini | % v/v | — | 10 | ASTM D 1319 | - aromatiċi | % v/v | 28,0 | 40,0 | ASTM D 1319 | - benżina | % v/v | — | 1,0 | Pr. EN 12177 | - saturati | % v/v | — | bilanċ | ASTM D 1319 | Ratio ta' Karbonju/idroġenu | | rapport | rapport | | Perjodu ta' induzzjoni [2] | Minuti | 480 | — | EN-ISO 7536 | Kontenut ta' ossiġenu | % mom | — | 2,3 | EN 1601 | Gomma eżistenti | mg/ml | — | 0,04 | EN-ISO 6246 | Kontenut ta' kubrit [3] | mg/kg | — | 100 | Pr. EN ISO/DIS 14596 | Klassi I Korrożjoni tar-ramm | | — | 1 | EN-ISO 2160 | Kontenut taċ-ċomb | mg /l | — | 5 | EN 237 | Kontenut ta' fosfru | mg/l | — | 1,3 | ASTM D 3231 | 2. INFORMAZZJONI TEKNIKA DWAR IL-FUEL TA' REFERENZA LI GĦANDHA TINTUŻA GĦALL-ITTESTJAR TA' VETTURI MGĦAMMRA B' MAGNA DIESEL Tip: Fuel tad-diesel Parametri | Unità | [4]Limiti | Metodu tat-test | Minimu | Massimu | Numru tal-Ċetana [5] | 52,0 | 54,0 | EN-ISO 5165 | Densità f' temperatura ta' 15 °C | kg/m3 | 833 | 837 | EN-ISO 3675 | Distillazzjoni: | | | | | - 50 % punt | °C | 245 | — | EN-ISO 3405 | - 95 % punt | °C | 345 | 350 | EN-ISO 3405 | - punt finali ta' tgħollija | °C | — | 370 | EN-ISO 3405 | Flash point | °C | 55 | — | EN 22719 | CFPP | °C | — | 5 | EN 116 | Viżkożità f' temperatura ta' 40 °C | mm2/s | 2,5 | 3,5 | EN-ISO 3104 | Idrokarboni poliċikliċi aromatiċi | % mom | 3 | 6,0 | IP 391 | Kontenut ta' kubrit [6] | mg/kg | — | 300 | Pr. EN-ISO/DIS 14596 | Korrużjoni tar-ramm | | — | 1 | EN-ISO 2160 | Residwu tal-karbonju Conradson (10 % DR) | % mom | — | 0,2 | EN-ISO 10370 | Kontenut ta' rmied | % mom | — | 0,01 | EN-ISO 6245 | Kontenut ta' ilma | % mom | — | 0,02 | EN-ISO 12937 | Numru ta' newtraliżazzjoni (aċtu qawwi) | mg KOH/g | — | 0,02 | ASTM D 974-95 | Stabbilità ta' osidazzjoni [7] | mg/ml | — | 0,025 | EN-ISO 12205 | Metodu ġdid u aħjar għall-aromatiċi poliċikliċi li qed jiġu żviluppati | % mom | — | — | EN 12916 | B. Speċifikazzjonijiet ta' fuels ta' referenza għal ittestjar ta' vetturi għall-limiti ta' emissjoni mogħtija f' filliera B tat-tabella f' Sezzjoni 5.3.1.4 ta' l-Anness I – test tat-tip I 1. INFORMAZZJONI TEKNIKA DWAR IL-FUEL TA' REFERENZA LI GĦANDHA TINTUŻA GĦALL-ITTESTJAR TA' VETTURI MGĦAMMRA B' MAGNI TA' INFORMAZZJONI TEKNIKA Tip: Petrol bla ċomb Parametru | Unità | [8]Limiti | Metodu tat-test | Minimu | Massimu | Numru tar-riċerka tal-oktan , RON | 95,0 | — | EN 25164 | Numru tal-mutur tal-oktan, MON | | 85,0 | — | EN 25163 | Densità f' temperatura ta' 15 °C | kg/m3 | 740 | 754 | ISO 3675 | Pressjoni tal-fwar Reid | kPa | 56,0 | 60,0 | PrEN ISO13016-1 (DVPE) | Distillazzjoni: | | | | | - Evaporat f' temperatura ta' 70 °C | % v/v | 24,0 | 40,0 | EN-ISO 3405 | - Evaporat f' temperatura ta' 100 °C | % v/v | 50,0 | 58,0 | EN-ISO 3405 | - Evaporat f' temperatura ta' 150 °C | % v/v | 83,0 | 89,0 | EN-ISO 3405 | - Punt finali ta' tgħollija | °C | 190 | 210 | EN-ISO 3405 | Residwu | % vw | — | 2,0 | EN-ISO 3405 | Analiżi ta' Idrokarbonju: | | | | | - olefini | % v/v | — | 10,0 | ASTM D 1319 | - aromatiċi | % v/v | 29,0 | 35,0 | ASTM D 1319 | - benżina | % v/v | — | 1,0 | ASTM D 1319 | - saturati | % v/v | Rapport | Pr. EN 12177 | Ratio karbonju/idroġenu | | Rapport | | Perjodu ta' Induzzjoni [9] | minuti | 480 | — | EN-ISO 7536 | Kontenut ta' ossiġenu | % mom | — | 1,0 | EN 1601 | Gomma Eżistenti | mg/ml | — | 0,04 | EN-ISO 6246 | Kontenut ta' kubrit [10] | mg/kg | - | 10 | ASTM D 5453 | Korrużjoni tar-ramm | | — | klassi 1 | EN-ISO 2160 | Kontenut ta' ċomb | mg/l | — | 5 | EN 237 | Kontenut ta' fosfru | mg/l | — | 1,3 | ASTM D 3231 | 2. INFORMAZZJONI TEKNIKA DWAR IL-FUEL TA' REFERENZA LI GĦANDHA TINTUŻA GĦALL-ITTESTJAR TA' VETTURI MGĦAMMRA B' MAGNA DIESEL Tip: Fuel Diesel Parametru | Unità | [11]Limiti | Metodu tat-test | Massimu | Minimu | Numru ta' Ċetanu [12] | 52,0 | 54,0 | EN-ISO 5165 | Densità f' temperatura ta' 15 °C | kg/m3 | 833 | 837 | EN-ISO 3675 | Distillazzjoni: | | | | | - 50 % punt | °C | 245 | — | EN-ISO 3405 | - 95 % punt | °C | 345 | 350 | EN-ISO 3405 | - punt finali ta' tgħollija | °C | — | 370 | EN-ISO 3405 | Flash point | °C | 55 | — | EN 22719 | CFPP | °C | — | – 5 | EN 116 | Viskosità f' temperatura ta' 40 °C | mm2/s | 2,3 | 3,3 | EN-ISO 3104 | Idrokarboni poliċikliċi aromatiċi | % m/m | 3,0 | 6,0 | IP 391 | Kontenut ta' kubrit [13] | Mg/kg | — | 10 | ASTM D 5453 | Korrużjoni tar-ram | | — | Klassi 1 | EN-ISO 2160 | Residwu tal-karbonju Conradson (10 % DR) | % m/m | — | 0,2 | EN-ISO 10370 | Kontenut ta' rmied | % m/m | — | 0,01 | EN-ISO 6245 | Kontenut ta' ilma | % m/m | — | 0,02 | EN-ISO 12937 | Numru ta' Newtralizzazzjoni (aċtu qawwi) | mg KOH/g | — | 0,02 | ASTM D 974 | Stabbilità ta' ossidazzjoni [14] | mg/ml | — | 0,025 | EN-ISO 12205 | Lubriċità (HFRR diametru ta' wear scan f' 60 °C) | μm | — | 400 | CKE F-06-A-96 | FAME | Projbit | C. Speċifikazzjonijiet ta' fuel ta' referenza li għandu jiġi użat għall-vetturi ta' ittestjar mgħammra b' magni li jaħdmu b' injezzjoni posittiva f' temperaturi ambjentali baxxi – test tat-tip VI Tip: Petrol bla ċomb Parametru | Unità | [15]Limiti | Metodu tat-test | Minimu | Massimu | Numru tar-riċerka oktan, RON | 95,0 | — | EN 25164 | Numru tal-magna oktane, MON | | 85,0 | — | EN 25163 | Densità f' temperatura ta' 15 °C | kg/m3 | 740 | 754 | ISO 3675 | Pressjoni ta' fwar Reid | kPa | 56,0 | 95,0 | Pr. EN ISO 13016-1 (DVPE) | Distillazzjoni: | | | | | - evaporat f' temperatura ta' 70 °C | % v/v | 24,0 | 40,0 | EN-ISO 3405 | - evaporat f' temperatura ta' 100 °C | % v/v | 50,0 | 58,0 | EN-ISO 3405 | - evaporat f' temperatura ta' 150 °C | % v/v | 83,0 | 89,0 | EN-ISO 3405 | - il-punt finali ta' tgħollja | °C | 190 | 210 | EN-ISO 3405 | Residwu | % v/v | — | 2,0 | EN-ISO 3405 | Analiżi ta' idrokarboni: | | | | | - olefini | % v/v | — | 10,0 | ASTM D 1319 | - aromatiċi | % v/v | 29,0 | 35,0 | ASTM D 1319 | - benżina | % v/v | — | 1,0 | ASTM D 1319 | - saturati | % vw | rapport | Pr. EN 12177 | Ratio ta' Karbonju/idroġenu | | rapport | | Perjodu ta' induzzjoni [16] | minuti | 480 | — | EN-ISO 7536 | Kontenut ta' ossiġenu | % m/m | — | 1,0 | EN 1601 | Gomma eżistenti | mg/ml | — | 0,04 | EN-ISO 6246 | Kontenut ta' Kubrit [17] | mg/kg | — | 10 | ASTM D 5453 | Korrożjoni tar-ramm | | — | Klassi 1 | EN-ISO 2160 | Kontenut ta' ċomb | mg/l | — | 5 | EN 237 | Kontenut tal-Fosfru | mg/l | — | 1,3 | ASTM D 3231 | F. L-Anness IX huwa sostitwit b’ dan li gej: ANNESS IXa SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' FUELS GASSUŻI TA' REFERENZA A. Informazzjoni teknika tal-fuels ta' referenza LPG 1. INFORMAZZJONI TEKNIKA TAL-FUELS TA' REFERENZA LPG UŻATI GĦALL-ITTESTJAR TA' VETTURI GĦALL-LIMITI TA' EMISSJONI MOGĦTIJA F' FILLIERA A TAT-TABELLA F' SEZZJONI 5.3.1.4 TA' L-ANNESS I – TEST TAT-TIP I Parametru | Unità | Fuel A | Fuel B | Metodu tat-test | Komposizzjoni: | | | | ISO 7941 | C3-kontenut | % vol. | 30 ± 2 | 85 ± 2 | | C4-kontenut | % vol. | bilanċ | bilanċ | | < C3, > C4 | % vol. | Massimu 2 | Massimu 2 | | Olefini | % vol. | Massimu 12 | Massimu 15 | | Residwu ta' l-evaporazzjoni | mg/kg | Massimu 50 | Massimu 50 | ISO 13757 | Ilma f' temperatura ta' 0 °C | | liberu | liberu | Spezzjoni viżwali | Kontenut totali ta' kubrit | mg/kg | Massimu 5 | Massimu 5 | EN 24260 | Sulfidu idroġenu | | xejn | xejn | ISO 8819 | Korrożjoni ta' l-istrippa tar-ramm | rating | klassi 1 | klassi 1 | ISO 6251 [1] | Riħa | | karatteristiku | karatteristiku | | Numru tal-magna tal-oktan | | Minimu 89 | Minimu 89 | EN 589 Anness B | 2. INFORMAZZJONI TEKNIKA TAL-FUELS TA' REFERENZA LPG UŻATI GĦALL-ITTESTJAR TA' VETTURI GĦALL-LIMITI TA' EMISSJONI MOGĦTIJA F' FILLIERA B TAT-TABELLA F' SEZZJONI 5.3.1.4 TA' L-ANNESS I – TEST TAT-TIP I Parametru | Unità | Fuel A | Fuel B | Metodu tat-test | Komposizzjoni: | | | | ISO 7941 | C3-kontenut | % vol | 30 ± 2 | 85 ± 2 | | C4-kontenut | % vol | bilanċ | bilanċ | | < C3, > C4 | % vol | Massimu 2 | Massimu 2 | | Olefini | % vol | Massimu 12 | Massimu 15 | | Residwu ta' Evaporazzjoni | mg/kg | Massimu 50 | Massimu 50 | ISO 13757 | Ilma f' temperatura ta' 0 °C | | liberu | liberu | Spezzjoni viżwali | Kontenut totali ta' kubrit | mg/kg | Massimu 10 | Massimu 10 | EN 24260 | Sulfidu tal-idroġenu | | none | none | ISO 8819 | Korrożjoni tal-istrippa tar-ramm | Rating | klassi 1 | Klassi 1 | ISO 6251 [2] | Riħa | | karatteristiku | karatteristiku | | Numru tal-magna tal-oktan | | Minimu 89 | Minimu 89 | EN 589 Anness B | B. Informazzjoni teknika tal-fuels ta' referenza ng Karatteristiċi | Unitajiet | Bażi | Limiti | Massimu | Metodu tat-test | Minimu | Referenza fuel G20 Komposizzjoni: Metan | % mole | 100 | 99 | 100 | ISO 6974 | Bilanċ [3] | % mole | — | — | 1 | ISO 6974 | N2 | % mole | | | | ISO 6974 | Kontenut ta' kubrit | mg/m3 [4] | — | — | 10 | ISO 6326-5 | Indiċi Wobbe (nett) | MJ/m3 [5] | 48,2 | 47,2 | 49,2 | | Referenza fuel G25 Komposizzjoni: Metan | % mole | 86 | 84 | 88 | ISO 6974 | Bilanċ [3] | % mole | — | — | 1 | ISO 6974 | N2 | % mole | 14 | 12 | 16 | ISO 6974 | Kontenut ta' kubrit | mg/m3 [4] | — | — | 10 | ISO 6326-5 | Indiċi Wobbe (nett) | MJ/m3 [5] | 39,4 | 38,2 | 40,6 | | G. L-Anness X huwa emendat kif ser jingħad 1. Il-tielet linja fit-titolu hija sostitwita b’ dan li gej: "ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE" 2. Is-Sezzjoni 1.8.1.1 hija sostitwita b’ dan li ġej: "1.8.1.1. Irrepeti t-tabella għall-gassijiet kollha ta’ referenza ta’ LPG jew NG, billi turi jekk ir-riżultati humiex miżurati jew kkalkulati u irrepeti t-tabella għar-riżultat (wieħed) finali tal-emissjonijiet tal-vettura ta’ LPG - jew NG. Fil-każ ta’ vettura b’żewġ fuels, uri r-riżultat għall-petrol u rrepeti t-tabella għall-gassijiet kollha ta’ referenza ta’ LPG jew NG, li juru jekk ir-riżultati humiex miżurati jew kkalkulati u irrepeti t-tabella għar-riżultat (wieħed) finali tal-emissjonijiet ta’ vettura ta’ LPG jew NG." 3. "Appendiċi" ssir "Appendiċi 1" u t-titolu huwa sostitwit bis-segwenti "Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE Nru…". 4. Sezzjoni 1.10 hija miżjuda mal-Appendiċi 1 kif ser jingħad: "1.10. Konvertituri Katalitiċi 1.10.1. Tagħmir oriġinali ta’ konvertitur katalitiku ttestjat għal-ħtiġijiet kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva 1.10.1.1. Għamla u tip ta’ tagħmir oriġinali ta’ konvertitur katalitiku kif elenkat fl-item 3.2.12.2.1 tal- l-Anness II ta’ din id-Direttiva (id-dokument ta’ informazzjoni) 1.10.2. Konvertitur katalitiku oriġinali ta’ sostituzzjoni ittestjat għall-ħtiġijiet kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva 1.10.2.1. Għamla(iet) u tip(i) ta’ konvertitur katalitiku ta’ sostituzzjoni oriġinali kif elenkat fl-item 3.2.12.2.1 tal-Anness II għal din id-Direttiva (id-dokument ta’ informazzjoni)" 5. L-Appendiċi 2 għandu jiġi miżjud kif ser jingħad: Appendiċi 2 Informazzjoni relatat ma' l-OBD Kif innutat fis-Sezzjoni 3.2.12.2.8.6 tad-dokument ta' informazzjoni, l-informazzjoni f' dan l-appendiċi hija provduta mill-fabbrikant tal-vettura bil-għan li jippermetti l-manifattura ta' partijiet ta' sostituzzjoni jew servizz kompatibbli mal-OD u għodda dianjostiku u tagħmir ta' l-ittestjar. Mhux neċessarju li tali informazzjoni tkun supplita mill-fabbrikant tal-vettura jekk hija koperta mid-drittijiet ta' propjetà intelletwali jew tikkostitwixxi għarfien speċifiku tal-fabbrikant jew il-fornitur(i) tal-OEM. Fuq rikjesta, dan l-appendiċi għandu jkun disponibbli għal kwalunkwe fabbrikant ta' komponent interessat, għodda dianjostika jew ta' tagħmir ta' ittestjar, mingħajr diskriminazzjoni. 1. Deskrizzjoni tat-tip u n-numru ta' ċikli prekondizzjonanti użati għall-approvazzjoni oriġinali tat-tip tal-vettura. 2. Deskrizzjoni tat-tip taċ-ċiklu ta' dimostrazzjoni ta' l-OBD użati għall-approvazzjoni oriġinal tat-tip tal-vettura għall-komponent sorveljat mis-sistema OBD. 3. Dokument dettaljat li jiddeskrivi il-komponenti kollha sensati bl-istrateġija għas-sejba ta' difetti u attivazzjoni MI (numru fiss ta' ċikli tas-sewqan jew metodu ta' statistika), li jinkludi lista ta' parametri sekondarji sensati relevanti għal kull komponent sorveljat mis-sistema OBD. Lista tal-kodiċijiet ta' output kollha tal-OBD u l-format użat (bi spjegazzjoni ta' kull wieħed) assoċjat ma' komponenti tal-power train individwali relatati ma' l-emissijoni u komponenti individwali mhux relatati ma' l-emissjoni, fejn is-sorveljanza tal-komponent hija użata sabiex tiddetermina l-attivazzjoni MI. Partikolarment, spjegazzjoni dettaljata għall-informazzjoni mogħtija fis-servizz $ 05 Test ID $ 21 sa FRF u l-informazzjoni mogħtija fis-servizz $ 06 għandha tkun ipprovduta. Fil-każ ta' tipi ta' vettura li jużaw konessjoni ta' komunikazzjoni skond l-ISO 15765-4 "Vetturi tat-triq - Dianjostiċi għaż-Żona ta' Qafas Ikkontrollat (CAN) - Parti 4: Ħtiġijiet għal sistemi relatati ma' l-emissjonijiet", spjegazzjoni dettaljata għall-informazzjoni mogħtija fis-servizz $ 06 Test ID $ 00 sa FF, għal kull monitor ta' l-OBD sostnut bl-ID, għandu jkun provdut. Din l-informazzjoni tista' tkun definita fil-forma ta' tabella, kif ser jingħad: Komponent | Kodiċi Fault | Strateġija ta' Sorveljanza | Kriterji ta' Fault detection | Kriterji ta' attivazzjoni MI | Parametri sekondarji | Prekondizzjonament | Test ta' demostrazzjoni | Katalist | P0420 | Sensur tal- ossiġenu 1 u sinjali 2 | Differenzi bejn sensur 1 u sinjali ta' sensur 2 | 3 ċiklu | Veloċità tal-magna, tgħabija tal-magna, mod A/F, temperatura tal-katalist | Żewġ ċikli tat-tip I | Tip I | H. L-Anness XI huwa emendata kif ser jingħad: 1. Is-sezzjoni 2.6 hija sostitwita b’ dan li ġej: "2.6. "Malfunzjonament" tfisser il-faliment ta’ komponent relatat mal-emissjoni jew sistema li tirriżulta fl-emissjonijiet li jeċċedu l-limiti f’ Sezzjoni 3.3.2 jew jekk is-sistema OBD mhix f’ pożizzjoni li tisodissfa il-ħtiġijiet bażiċi ta’ sorveljanza ta’ dan l-Anness." 2. Sezzjoni 3.5.2 hija sostitwita b’ dan li ġej: "3.5.2 Għal-strateġiji li jeħtieġu aktar minn żewġ ċikli ta’ prekondizzjonament għall-attivazzjoni MI, il-fabbrikant għandu jipprovdi informazzjoni u/jew evalwazzjoni ta’ inġinerija li turi f’ mod adegwat li s-sistema ta’ sorveljanza huwa effettiv f’ mod ugwali u f’ dak li għandu x’ jaqsam mal-ħin li jdum sabiex jiskopri d-deterjorazzjoni ta’ komponent. Strateġiji li jeħtieġu medda ta’ aktar minn 10 ċikli tas-sewqan għall-attivazzjoni MI mhumiex aċċettati. L-MI għandu wkoll jibda jaħdem kull meta l-kontroll tal-magna tidħol f’mod ta’ operazzjoni permanent emission default jekk il-limiti ta’ emissjoni mogħtija f’ 3.3.2 huma maqbuża jew jekk is-sistema OBD mhix kapaċi li tisodissfa l-ħtiġijiet bażiċi ta’ sorveljanza speċifikati fis-Sezzjoni 3.3.3 jew Sezzjoni 3.3.4 ta’ dan l-Anness. L-MI għandu jopera f’ mod distint ta’ avviż, eż. Dawl li jifflaxxja, fi kwalunkwe perjodu li waqt l-engine misfire iseħħ f’ livell li probabliment jikkawża ħsara tal-katalist, kif speċifikat mill-fabbrikant. L-MI għandha tattiva ukoll meta l-ignition ta’ vettura qeda fil-pożizzjoni "key-on" qabel ma tibda l-magna jew cranking u de-activate wara li tixgħel il-magna jekk l-ebda malfunzjoni ġiet misjuba preċedentement." 3. Sezzjoni 3.6 hija sostitwita b’ dan li ġej: "3.6. Is-sistema OBD għandha tirrekordja kodiċi ta’ difetti(s) li jindikaw l-istatus ta’ sistema ta’ kontroll ta’ emissjoni. Kodiċi separati ta’ status għandhom jkunu użati sabiex jidentifikaw korrettement is-sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni u dawk is-sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni li jeħtieġu operazzjoni ulterjuri ta’ vettura sabiex ikunu evalwati f’ mod komplet. Jekk l-MI huwa attivat minħabba deterjorazzjoni jew malfunzjonament jew mod ta’ operazzjoni permanenti ta’ emission default, kodiċi ta’ difetti għandu jkun maħżun sabiex jidentifika it-tip ta’ malfunzjonament. Kodiċi ta’ difetti għandu jkun maħżun ukoll fil-każijiet imsemmija fis-Sezzjonijiet 3.3.3.5 u 3.3.4.5 ta’ dan l-Anness." 4. Is-sezzjoni 3.9 għandha tiġi miżjuda kif ser jingħad: "3.9. Vetturi tal-gass b’żewġ fuels 3.9.1. Għall-vetturi tal-gass b’ żewġ fuels, il-proċeduri: - attivazzjoni ta’ indikatur ta’ malfunzjonament (Mn (ara Sezzjoni 3.5 ta’ dan l-Anness), - ħażna ta’ kodiċi ta’ difetti (ara Sezzjoni 3.6 ta’ dan l-Anness), - tifi tal-MI (ara Sezzjoni 3.7 ta’ dan l-Anness), - tħassir ta’ kodiċijiet ta’ difetti (ara Sezzjoni 3.8 ta’ dan l-Anness). għanhom jitwettqu indipendentement minn xulxin meta l-vettura hija mħaddma bil-petrol jew bil-gass. Meta l-vettura hija mħaddm bil-petrol, ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċeduri indikati hawn fuq ma għandux ikunu affetwat meta l-vettura hija mħaddma bil-gass. Meta l- vettura hija mħaddma bil-gass, ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċeduri indikati hawn fuq m’għandux ikunux affettwati meta l-vettura hija operata bil-petrol. Nononstante din il-ħtieġa, il-kodiċi ta’ l-istat (deskritt f’ Sezzjoni 3.6 ta’ dan l-Anness) għandu jindika sistemi ta’ kontroll kompletament evalwati għaż-żewġ tipi ta’ fuel (petrol u gass) meta s-sistemi ta’ kontroll huma evalwati f’ mod komplet għal wieħed mit-tipi ta’ fuels." 5. Is-sezzjonijiet 4.4 u 4.5 huma sostitwiti mis-segwenti: "4.4. Qabel jew fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, l-ebda deffiċjenza m’għandha tkun konċessa fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-Sezzjoni 6.5, bl-eċċezzjoni ta’ Sezzjoni 6.5.3.4 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Din is-Sezzjoni ma tapplikax għal vetturi tal-gass b’żewġ fuels. 4.5. Vetturi tal-gass b’żewġ fuels 4.5.1. Nononstante l-ħtieġa tas-Sezzjoni 3.9.1, u fejn rikjest mill-fabbrikant, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha taċċetta s-segwenti nuqqasijiet bħala li jisodissfaw il-ħtiġijiet ta’ dan l-Anness għall-għanijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-gass b’ żewġ fuels: - tħassir ta’ kodiċijiet ta’ difetti, distanza vjaġġata u informazzjoni freeze-frame wara 40 ċiklu ta’ warm-up tal-magna, independentement mill-fuel li jkun qed jintuża, - attivazzjoni tal-MI fiż-żewġ tipi ta’ fuel (petrol u gass) wara is-sejba ta’ malfunzjoni f’ wieħed mit-tipi ta’ fuel, - de-attivazzjoni tal-MI wara tlett ċikli ta’ sewqan sekwenzjali sussegwenti mingħajr malfunzjoni, indipendentement mill-fuel li qed jintuża, - użu ta’ żewġ kodiċijiet ta’ stat, wieħed għal kull tip ta’ fuel. Alternattivi ulterjuri jistgħu jiġu rikjesti mill-fabbrikant u konċessi fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. 4.5.2. Nonostante il-ħtiġijiet tas-Sezzjoni 6.6.1 tal-Appendiċi 1 ta’ da l-Anness, u fejn rikjest mill-fabbrikant, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha taċċetta s-segwenti nuqqasijiet bħala konformi mal-ħtiġijiet ta’ dan l-Anness għall-evalwazzjoni u trasmissjoni ta’ sinjali dianjostiċi: - trażmissjoni ta’ sinjali dianjostiċi għall-fuel li qed jiġi użat fil-preżent fuq indirizz ta’ sors singolu, - evalwazzjoni fuq sett wieħed ta’ sinjali dianjostiċi għaż żewġ tipi ta’ fuel (li jikkorrispondu għall-evalwazzjoni ta’ vetturi tal-gass bi fuel wieħed, u indipendentement mill-fuel użat fil-preżent), - selezzjoni ta’ sett wieħed ta’ sinjali dianjostiċi (assoċjati ma’ wieħed miż-żewġ tipi ta’ fuel) mill-pożizzjoni ta’ switch tal-fuel. Alternattivi ulterjuri jistgħu jiġu rikjesti mill-fabbrikant u konċessi fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip." 6. Taqsima"4.6". issir taqsima"4.7". 7. Is-sezzjoni ġdida 4.6. hija miżjuda kif ser jingħad: "4.6. Perjodu ta’ nuqqas 4.6.1. Defiċjenza tista’ tiġi estiża għall-perjodu ta’ sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sakemm ma jintweriex adegwatament li modifiki fil-karozzerija tal-vettura u lead-time addizzjonali li jieħdu aktar minn sentejn huma meħtieġa sabiex tiġi kkoreġuta d-deffiċjenza. F’ tali każ, id-defiċjenza tista’ tiġi estiża għall-perjodu li ma jeċċedix it-tlett snin. 4.6.1.1. Fil-każ ta’ vettura li taħdem bil-gass b’żewġ fuels, defiċjenza konċessa skond is-sezzjoni 4.5 tista’ tiġi estiża għall-perjodu ta’ tlett snin wara d-data tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sakemm ma jintweriex adegwatament li modifiki fil-karozzerija tal-vettura u lead-time addizzjonali li jieħdu aktar minn tlett snin huma meħtieġa sabiex tiġi kkoreġuta d-deffiċjenza. F’ tali każ, id-defiċjenza tista’ tiġi estiża għall-perjodu li ma jeċċedix l-erba’ snin. 4.6.2. Fabbrikant jista’ jitlob li l-awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip tikkonċedi d-defiċjenza retrospettivament meta tali defiċjenza hija skoperta wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip. F’dan il-każ, id-defiċjenza tista’ tibqa sseħħ għall-perjodu ta’ sentejn wara d-data ta’ notifika lill-awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip sakemm ma jintweriex adegwatament li modifiki fil-karozzerija tal-vettura u lead-time addizzjonali li jieħdu aktar minn sentejn huma meħtieġa sabiex tiġi kkoreġuta d-deffiċjenza. F’ tali każ, id-defiċjenza tista’ tiġi estiża għall-perjodu li ma jeċċedix it-tlett snin." 8. Sezzjoni 5 hija miżjuda kif ser jingħad: "5. AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI OBD 5.1. Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew emenda għal approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna s-sistema OBD tal-vettura. Din l-informazzjoni rilevanti għandha tippermetti lill-fabbrikanti ta’ komponenti ta’ sostituzzjoni jew ta’ retrofit sabiex jagħmlu partijiet kompatibbli mas-sistema OBD tal-vettura bil-għan li jkun hemm tħaddim mingħajr problemi li tassigura lil min juża l-vettura li ma jkunx hemm malfunzjonijiet. Bl-istess mod, tali informazzjoni rilevanti għandha tippermetti lill-fabbrikanti ta’ għodda djanjostiċi u ta’ tagħmir ta’ ittestjar sabiex jagħmlu għodda u tagħmir li jipprovdu dijanjożi effettiva u preċiża tas-sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni tal-vettura. 5.2. Fuq rikjesta, l-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandhom jagħmlu l-Appendiċi 2 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE li jikkontjeni l-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema OBD disponibbli għal kwalunkwe fabbrikant ta’ komponent interessat, ta’ għodda dijanjostiċi jew ta’ tagħmir ta’ ittestjar fuq mingħajr diskriminazzjoni. 5.2.1. Jekk awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tirċievi rikjesta minn kwalunkwe fabbrikant ta’ komponent interessat, ta’ għodda djanjostiċi jew ta’ tagħmir ta’ ittestjar, għall-informazzjoni dwar is-sistema ta’ l-OBD tal-vettura li ġiet ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tagħha skond verżjoni preċedenti tad-Direttiva 70/220/KEE, - l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha, fi żmien 30 jum, titlob lill-fabbrikant tal- vettura in kwistjoni sabiex jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa f’ Sezzjoni 3.2.12.2.8.6 tal-Anness 11. Il-ħtieġa tat-tieni paragrafu tas-Sezzjoni 3.2.12.2.8.6 mhix applikabbli, - il-fabbrikant għandu jisottometti din l-informazzjoni kollha lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fi żmien xahatrejn mir-rikjesta, - L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha titrażmetti din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri u l-awtorità li kkonċediet l-approvazzjoni oriġinali għandha tanetti din l-informazzjoni mal-Anness II tal-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Din il-ħtieġa m’ għandhiex tinvalida kwalunkwe approvazzjoni konċessa preċedentement in sewitu tad-Direttiva 70/220/KEE u lanqas ma żżomm l-estensjonijiet għal tali approvazzjonijiet fit-termini tad-Direttiva li skondha kienu konċessi oriġinarjament. 5.2.2. Informazzjoni tista’ tkun rikjesta biss għall-komponenti ta’ sosituzzjoni jew ta’ servizz li huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew għall-komponenti li jiffurmaw parti minn sistema li hija soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. 5.2.3. Ir-rikjesta għall-informazzjoni għandha tidentifika l-ispeċifikazzjoni preċiża tal-mudell tal-vettura li għaliha l-informazzjoni hija meħtieġa. Għandha tikkonferma li l-informazzjoni hija meħtieġa għall-iżvilupp ta’ partijiet jew komponenti ta’ rimpjazzament jew ta’ retrofit jew għodda dijanjostiċi jew tagħmir." I. L-Appendiċi 1 għall-Anness XI huwa emendata kif ser jingħad: 1. Sezzjoni 3.2. hija sostitwita b’ dan li ġej: "3.2. Fuel Il-fuel ta’ referenza xieraq kif deskritt fl-Anness IX għall-fuels tal-petrol u diesel u fl-Anness IXa għall-fuels LPG u NG għandu jkun użat għall-ittestjar. It-tip ta’ fuel għal kull xenarju ta’ falliment li se jiġi ttestjat (deskritt fis-Sezzjoni 6.3 ta’ dan l-Appendiċi) jista’ jkun magħżul mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mill-fuels ta’ referenza deskritti fl- l-Anness IXa fil-każ ta’ ittestjar ta’ vettura li taħdem bil-gass bi fuel wieħed u mill-fuels ta’ referenza deskritti fl-Anness IX jew l-Anness IXa fil-każ ta’ ittestjar ta’ vettura li taħdem bil-gass b’żewġ fuels. It-tip ta’ fuel magħżul ma’ jistax jinbidel waqt kwalunkwe mill-fażijiet tal-ittestjar (deskritti fis-Sezzjonijiet 2.1 sa 2.3 ta’ dan l- Appendiċi). Fil-każ tal-użu tal-LPG jew NG bħala fuel huwa permess illi l-magna tintegħel bil-petrol u mbagħad tkompli taħdem bl-LPG jew NG wara perjodu ta’ ħin pre-stabbilit li huwa kontrollat awtomatikament u mhux taħt il-kontroll tas-sewwieq." 2. Sezzjonijiet 6.3.1.4 u 6.3.1.5 huma sostitwiti b’ dan li ġej: "6.3.1.4. Diskonessjoni elettrika ta’ kwalunkwe komponent ieħor relatat ma’ l-emissjoni konness ma’ kompjuter ta’ l-immaniġġjar tal-powertrain (jekk attiv fit-tip ta’ fuel magħżul). 6.3.1.5. Diskonessjoni elettrika tal-apparat ta’ kontroll tal-purge elettroniku evaporattiv (jekk mgħammar u attiv fit-tip ta’ fuel magħżul). Għal dan il-xenarju ta’ falliment speċifiku, it-test tat-tip I mhux meħtieġ li jitwettaq." 3. Sezzjonijiet 6.4.1.5 u 6.4.1.6 huma sostitwiti b’ dan li ġej: "6.4.1.5. Diskonessjoni elettrika ta’ kwalunkwe komponent ieħor relatat ma’ l-emissjoni konness ma’ kompjuter ta’ l-immaniġġjar tal-powertrain (jekk attiv fit-tip ta’ fuel magħżul). 6.4.1.6. Diskonezzjoni tal-elettriku ta’ kwalunkwe komponent ieħor relatat ma’ l-emissjoni konness ma’ kompjuter li jirriżulta f’emissjonijiet li jeċċedu l-limiti mogħtija fis-sezzjoni 3.3.2 ta’ dan l-Anness (jekk attiv fit-tip ta’ fuel magħżul)." 4. Sezzjoni 6.5.3. hija sostitwita b’ dan li ġej: "6.5.3. Is-sistema ta’ dijanjożi ta’ kontroll ta’ emissjoni għandha tipprovdi għall-aċċess standardizzat u mingħajr restrizzjoni u tikkonforma mas-segwenti standards ta’ ISO u/jew speċifikazzjoni SAE. 6.5.3.1. Wieħed mis-segwenti standards bir-restrizzjonijiet kif deskritti għandu jkun użat bħala konessjoni ta’ komunikazzjoni onboard għal off-board: ISO 9141 - 2: 1994 (emendat 1996) "Vetturi tat-triq – Sistemi Dijanjostiċi - Parti 2: Ħtiġijiet CARB għall-iskambju ta’ informazzjoni diġitali"; SAE J1850: Marzu 1998 "Klassi B Network ta’ Interazzjoni tal-Komunikazzjoni ta’ Informazzjoni". Messaġi relatati mal-emissjonijiet għandhom jużaw il-kontroll ta’ redundancy ċiklika u l-header ta’ tlett bytes u ma jistgħux jużaw separazzjoni inter-byte jew checksums; ISO 14230 - Parti 4 "Vetturi tat-triq – Protokoll Keyword 2000 għal sistemi dijanjostiċi - Parti 4: Ħtiġijiet għall-sistemi relatati mal-emissjonijiet"; ISO DIS 15765-4 "Vetturi tat-triq – Dijajostiċi għal Networks ta’ Żoni ta’ Kontroll (CAN) - Parti 4: Ħtiġijiet għall-sistemi relatati mal-emissjonijiet", datat l-1 ta’ Novembru 2001. 6.5.3.2. Tagħmir tat-test u għodda dianjostiċi meħtieġa sabiex issir komunikazzjoni ma’ sistemi tal-OBD għandhom jissodisfaw jew jeċċedu l-ispeċifikazzjoniet funzjonali mogħtija f’ ISO DIS 15031-4 "Vetturi tat-triq - Komunikazzjoni bejn vettura u tagħmir estern tat-test għal dijanjożi relatata mal-emissjonijiet - Parti 4: Tagħmir estern ta’ ittestjar", datat 1 ta’ Novembru 2001. 6.5.3.3. Informazzjoni djanjostika bażika, (kif speċifikata f’ 6.5.1) u informazzjoni ta’ kontroll bi-direzzjonali għandha tkun ipprovduta bl-użu tal-format u l-unitajiet deskritti fl- ISO DIS 15031-5 "Vetturi tat-triq - Komunikazzjoni bejn vettura u tagħmir ta’ ittestjar estern għall-djanjostiċi relatati ma’ emissjonijiet - Parti 5: Servizzi djanjostiċi relatati ma’ emissjonijiet", datat l-1 ta’ Novembru 2001, u għandu jkun disponibbli bl-użu ta’ għodda djanjostika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ISO DIS 15031-4. Il-fabbrikant tal-vettura għandu jipprovdi lill-korp nazzjonali ta’ standardizzazzjoni, id-dettalji ta’ kwalunkwe informazzjoni djanjostika relatata mal-emissjoni, eż PID’s, Ids tal-monitor OBD, Ids tat-Test mhux speċifikati fl-ISO DIS 15031-5 iżda konessi ma’ din id-Direttiva. 6.5.3.4. Meta tiġi reġistrata ħsara, il-fabbrikant għandu jidentifika l-ħsara bl-użu ta’ kodiċi ta’ difetti xieraq konsistenti ma’ dawk mogħtija f’ Sezzjoni 6.3. tal-ISO DIS 15031-6 "Vetturi tat-triq - Komunikazzjoni bejn vettura u t-tagħmir estern ta’ ittestjar għall-djanjostiċi relatati ma’ emissjonijiet -- Parti 6: Tifsiriet tal-kodiċi ta’ problemi dijanjostiċi", konessi ma’ "kodiċijiet ta’ problemi tas-sistema relatati ma’ l-emissjoni". Jekk tali identifikazzjoni mhix possibbli, il-fabbrikant jista’ juża kodiċijiet ta’ problemi dijanjostiċi skond is-Sezzjonijiet 5.3 u 5.6 tal-ISO DIS 15031-6. Il-kodiċijiet ta’ difetti għandhom jkunu interament aċċessibbli permezz ta’ tagħmir dianjostiku standardizzat li huwa konformi mal-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 6.5.3.2. Il-fabbrikant tal-vettura għandu jipprovdi lill-korp nazzjonali ta’ standardizzazzjoni id-dettalji ta’ kwalunkwe nformazzjoni relatata mal-emissjoni, eż. PID’s, Ids tal-monitor OBD, Id’s tat-test mhux speċifikati fl-ISO DIS 15031-5 iżda relatati ma’ din id-Direttiva. 6.5.3.5. L-interazzjoni tal-konnessjoni bejn il-vettura u t-testatur dijanjostiku għandha ikun standardiżżata u għandha tissodisfa l-ħtiġijiet kollha tal-ISO DIS 15031-3 "Vetturi tat-triq - Komunikazzjoni bejn vettura u tagħmir estern ta’ ittestjar għal dijanjosi relatata ma’ emissionijiet- - Parti 3: Konnettur djanjostiku u ċirkwiti elettroniċi relatati: speċifikazzjoni u użu", datat l-1 ta’ Novembru 2001. Il-pożizzjoni ta’ l-istallazzjoni għandha tkun suġġetta għall-qbil tal- awtorità ta’ approvazzjoni b’tali mod illi hija aċċessibbli mis-impjegati tas-servizz iżda protetta minn ħsara inċidentali f’ kundizzjonijiet normali ta’ użu." 5. Sezzjoni 6.6 hija miżjuda kif ser jingħad: "6.6. vetturi tal-gass b’ żewġ fuels 6.6.1. Għall-vetturi tal-gass b’ żewġ fuels, is-sinjali djanjostiċi (kif deskritti f’ Sezzjoni 6.5 tal- Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness) għat-tħaddim bil-petrol u għat-tħaddim bil-gass għandhom ikunu evalwati u mxandra independentement minn xulxin. Fuq rikjesta minn għodda djanjostika, is-sinjali djanjostiċi għall-vettura li taħdem bil-petrol ikunu mxandra fuq indirizz ta’ sors wieħed u s-sinjali djanjostiċi għall-vettura li taħdem bil-gass ikunu mxandra fuq indirizz ta’ sors ieħor. L-użu ta’ indirizzi ta’ sors huwa deskritt fl-ISO DIS 15031-5 "Vetturi tat-triq - Komunikazzjoni bejn vettura u tagħmir tat-test estern għall-djanjostiċi relatati ma’ emissjonijiet - Parti 5: Servizzi ta’ dijanjożi relatati ma’ emissjonijiet", datati 1 ta’ Novembru 2001." J. L-Anness XIII huwa sostitwit b’ dan li ġej:" L-ANNESS XIII APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KONVERTITURI KATALITIĊI SOTITUTTIVI BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA 1. QASAM TA' APPLIKAZZJONI Dan l-Anness japplika għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE, bħala unitajiet tekniċi separati fit-tifsira tal- l-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva 70/156/KEE, ta' konvertituri katalitiċi li jiġu mgħammra fuq tip wieħed jew aktar ta' vetturi bil-mutur ta' kategoriji M1 u N1 [1] bħala partijiet sostituttivi. 2. DEFINIZZJONIJIET Għall-iskop ta' dan l-Anness: 2.1. "tagħmir oriġinali konvertitur katalitiku" - ara Sezzjoni 2.17 tal-Anness I; 2.2. "konvertitur katalitiku sostituttiv" - ara Sezzjoni 2.18 tal-Anness I; 2.3 "Konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni oriġinali" – ara Sezzjoni 2.19 tal-Anness 1; 2.4. "Tip ta' konvertitur katalitiku" tfisser konvertituri katalitiċi li ma jiddiferux f'aspetti essenzjali bhal: 2.4.1. numru ta' substrati struttura u materjal miksi; 2.4.2. Tip ta' attività katalitika (ossidanti, three-way, eċċ.); 2.4.3. volum, ratio ta' żona frontali u tul tas-substrata; 2.4.4. kontenut ta' materjal katalist; 2.4.5. ratio ta' materjal katalist; 2.4.6. densità taċ-ċellola; 2.4.7. daqsijiet u forma; 2.4.8. protezzjoni termali; 2.5. "tip ta' vettura", ara punt 2.1 tal- l-Anness I; 2.6. "Approvazzjoni ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni" tfisser l-approvazzjoni ta' konvertitur intiż sabiex jitwaħħal bħala parti ta' rimpjazzament fuq tip wieħed jew aktar speċifiċi ta' vetturi fir-rigward tal-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' sustanzi ta' tniġġiż, livell tal-ħoss u effett fuq il-prestazzjoni ta' vettura u fejn huwa rilevanti, l-OBD; 2.7. "konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni deterjorat" huwa konvertitur li huwa antik jew iddeterjora f' mod artifiċjali sal-punt illi jissodisfa l-ħtiġijiet li joġorġu mis-Sezzjoni 1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI ta' din id-Direttiva [2]. 3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE 3.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE in segwitu tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandha tiġi sottomessa mill-fabbrikant. 3.2. Mudell għad-dokument informatiku huwa mogħti fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. 3.3. Fil-każ ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni, is-segwenti għandu jkun sottomess lis-servizz tekniku responsabbli għat-test tal-approvazzjoni tat-tip: 3.3.1. Vettura(i) ta' tip approvat skond id-Direttiva 70/220/KEE mgħammra konvertitur katalitiku ġdid ta' tagħmir oriġinali. Din il-vettura(i) għandha tkun magħżula mill-applikant bi qbil mas-servizz tekniku. Hija (huma) għandha tkun konformi mal-ħtiġijiet tas-Sezzjoni 3 tal-Anness III ta' din id- Direttiva. Il-vettura(i) tat-test m'għandux ikollha difetti fis-sistema ta' kontroll ta' emissjoni; kull parti oriġinali li ddeterjorat jew li tikkawża malfunzjonament fl-emissjoni għandha tiġi msewwija jew sostitwita. Il-vettura(i) tat-test għandha tiġi irranġata tajjeb u issettjata għall-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant qabel ma jibda l-ittestjar tal-emissjoni. 3.3.2. Kampjun wieħed tat-tip tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat f' mod ċar u f' mod li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant jew id-deżinjazzjoni kummerċjali. 3.3.3. Kampjun addizzjonali tat-tip tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni, fil-każ ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni intenzjonat sabiex jitwaħħal fuq vettura mgħammra b' sistema OBD. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat f' mod ċar u f' mod li ma jistax jitħassar bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant jew il-marka tad-deżinjazzjoni kummerċjali. Hija għandha tkun iddeterjorat kif mfisser f' punt 2.7. 4. KONĊESSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE 4.1. Jekk il-ħtiġijiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE in sewitu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata. 4.2. Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE huwa mogħti fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness. 4.3. Numru ta' approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat għal kull tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni. L-istess numru ta' approvazzjoni tat-tip jista' jkopri l-użu ta' dak it-tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni fuq numru ta' tipi ta' vetturi differenti. 5. IMMARKAR TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 5.1. Kull konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni konformi mat-tip approvat taħt din id-Direttiva bħala unità teknika separata għabdu jkollu fuqu marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE. 5.2. Din il-marka tikkonsisti f' rettangolu mdawwar ma' l-ittra "e" segwit bin-numru jwe ittri ta' distinzjoni tal-Istat Membru li kkonċeda l-approvazzjoni tat-tip KE: 1 għall-Ġermanja 2 għal Franza 3 għall-Italja 4 għall-Olanda 5 għall-Isvezja 6 għall-Belġju 9 għal Spanja 11 għar-Renju Unit 12 għall-Awstrija 13 għall-Lussemburgu 17 għall-Finlandja 18 għad-Danimarka 21 għall-Portugall 23 għall-Greċja 24 għall-Irlanda Hija għandha tinkludi ukoll fil-viċinanzi tar-rettangolu in-"numru bażi ta' approvazzjoni" kontenut f' punt 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ numri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lill-aktar emenda teknika reċenti u kbira għad-Direttiva 70/220/KEE fid-data meta l-komponent tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ingħatat. F' din id-Direttiva, in-numru tas-sekwenza huwa 01. 5.3. Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE imsemmija f' punt 5.2 għandha tkun tinqara f' mod ċar u li ma tistax titħassar u għandha, kull fejn huwa possibli, tkun viżibbli meta l-konvertitur katalitiku sostituttiv huwa nstallat fuq il-vettura. 5.4. L-appendiċi 3 ta' dan l-Anness jagħti eżempji ta' arranġamenti tal-marka ta' approvazzjoni u informazzjoni ta' approvazzjoni msemmija hawn fuq. 6. ĦTIĠIJIET 6.1. Ħtiġijiet ġenerali 6.1.1. Il-konvertitur katalitiku sostituttiv għandu jkun diżinjat, mibni u kapaċi li jkun immontat sabiex jgħamilha posibbli li vettura tkun konformi mal-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li oriġinarjament kien kompatibbli magħha, u li l-emissjonijiet tas-sustanzi tat-tniġġis huma effettivament limitati matul il-ħajja normali tal- vettura taħt kundizzjonijiet normali ta' użu. 6.1.2. L-istallazzjoni tal-konvertitur katalitiku ta' rimpjazzament għandha ssir fil-pożizzjoni eżatta tal-konvertitur katalitiku tat-tagħmir, u l-pożizzjoni fuq il-linja ta' l-exhaust tal-prob(i) ta' l-ossiġnu u sensuri oħra, jekk applikabbli, m'għandhomx ikunu modifikati. 6.1.3. Jekk il-konvertitur katalitiku tat-tagħmir oriġinali jinkludi protezzjoni termali, il-konvertitur katalitiku ta' rimpjazzament għandu jinkludi protezzjoni ekwivalenti. 6.1.4. Il-konvertitur katalitiku ta' rimpjazzament għandu jkun durabbli, jiġifieri diżinjat, mibni u kapaċi li jkun montat sabiex tkun ottenuta reżistenti raġonevoli għall-fenomeni ta' korrożjoni u ossidazzjoni li għaliha huwa espost, b'attenzjoni għall-kondizzjonijiet tal-użu tal-vettura. 6.2. Ħtiġijiet li jirrigwardaw l-emissjonijiet Il-vettura(i) indikati f' punt 3.3.1 ta' dan l-Anness, mgħammra b' konvertitur sostituttiv tat-tip li għaliha l-approvazzjoni hija rikjesta, għandha tkun soġġetta għal-test tat-tip I taħt il-kundizzjonijiet deskritti fl-Anness korrispondenti għal din id-Direttiva sabiex tiġi paragunata l-prestazzjoni tagħha mat-tagħmir tal-konvertitur katalitiku oriġinali skond il-proċedura deskritta hawn taħt. 6.2.1. Determinazzjoni tal-bażi tat-tqabbil Il-vettura(i) għandhom jkunu mgħammra ma tagħmir ta' konvertitur katalitiku oriġinali ġdid (ara punt 3.3.1) li għandu jitħaddem b' 12-il ċiklu urban żejjed (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizzjonament, il-vettura(i) għandha tinżamm f' kamra li fiha t-temperatura tibqa' relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jinżamm għal mill-inqas għal sitt siegħat u jkompli sakemm iż-żejt tal-magna u temperatura tal-coolant huma fil-medda ta' ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tlett testijiet tat-tip I. 6.2.2. Test tal-gass tal-exawst b' konvertitur katalitiku sostituttiv It-tagħmir oriġinali tal-konvertitur katalitiku tat-test tal-vettura(i) għandu jkun sostitwit bil- konvertitur katalitiku sostituttiv (ara punt 3.3.2) li għandu jitħaddem b' 12-il ċiklu urban żejjed (test tat-tip I parti 2). Wara dan il-prekondizzjonament, il-vettura(i) għandha tinżamm f' kamra li fiha t-temperatura tibqa' relattivament kostanti bejn 293 u 303 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jitwettaq għall-inqas għal sitt siegħat u jkompli sakemm iż-żejt tal-magna u t-temperatura tal-coolant huma fil-medda ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. Sussegwentement għandhom isiru tlett testijiet tat-Tip I. 6.2.3. Evalwazzjoni tal-emissjoni ta' sustanzi ta' tniġġiż ta' vetturi mgħammra b' konvertituri katalitiċi sostituttivi Il-vettura(i) tat-test bil- konvertitur katalitiku tat-tagħmir oriġinali għandu jikkonforma mal-valuri tal- limitu skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i) inklużi, jekk applikabbli, il-fatturi ta' deterjorazzjoni applikati waqt l-approvazzjoni tat-Tip tal-vettura(i). Il-ħtiġijiet li jirrigwardaw l-emissjonijiet tal-vettura(i) mgħammra bil-konvertitur katalitiku sostituttiv għandhom ikunu meqjusa li jkunu sodisfatti jekk ir-riżultati, għal kull sustanza ta' tniġġiż regolata (CO, HC, NOx u partikulates) jisodissfaw is-segwenti kundizzjonijiet: M ≤ 0,85 S + 0,4 G M ≤ G Fejn: M huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta' sustanza ta' tniġġiż waħda jew it-total ta' żewġ sustanzi ta' tniġġiż [3] ottenut mit-tlett testijiet tat-Tip I bil-konvertitur katalitiku sostituttiv, S huwa l-valur medju tal-emissjonijiet ta' sustanza ta' tniġġiż wieħed jew is-somma ta' żewġ sustanza ta' tniġġiżs [4] ottenuti mit-tlett testijiet tat-Tip I bil-konvertitur katalitiku oriġinali, G huwa l-valur tal-limitu tal-emissjonijiet ta' sustanza ta' tniġġiż waħda jew it-total ta' żewġ sustanzi ta' tniġġiż [5] skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i) diviżi jekk applikabbli bil-fatturi ta' deterjorazzjoni determinati skond il-punt 6.4. Fejn l-approvazzjoni hija applikata għal tipi differenti ta' vetturi mill-istess fabbrikant ta' karrozzi, u bil-kondizzjoni illi dawn it-tipi differenti ta' vettura huma mgħammra bl-istess tip ta' tagħmir ta' konvertitur katalitiku oriġinali, it-test tat-tip I jista' jkun limitat għal mill-inqas żewġ vetturi magħżula wara ftehim mas-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni. 6.3. Ħtiġijiet dwar rigward ħoss u pressjoni ta' wara ta' l-exhaust Il-konvertitur katalitiku sostituttiv għandu jisodissfa l-ħtiġijiet tekniċi tal-Anness II għad-Direttiva 70/157/KEE. 6.4. Ħtiġijiet rigward durabilità Il-konvertitur katalitiku sostituttiv għandu jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-punt 5.3.5 tal-Anness I ta' din id- Direttiva, jiġifieri t-test tat-tip V jew fatturi ta' deterjorazzjoni mis-segwenti tabella għar-riżultati tat-testijiet tat-tip I. Tabella X111.6.4 Kategorija tal-magna | Fatturi ta' deterjorazzjoni | CO | HC [6] | NOx [6] | HC + NOx | Partikulat | Ignition Pożittiva | 1,2 | 1,2 | 1,2 | 1,2 [7] | — | Ignition bil-Kompressjoni | 1,1 | — | 1,0 | 1,0 | 1,2 | 6.5. Ħtiġijiet rigward kompatibilità OBD (applikabbli biss għall-konvertituri katalitiċi sostituttivi intenzjonati sabiex jitwaħħlu fuq vetturi mgħammra b' sistema OBD) Turija tal-kompatibilità tal-OBD hija meħtieġa biss meta l-katalist oriġinali kien sorveljat fil-konfigurazzjoni oriġinali. 6.5.1. Il-kompatibilità tal-konvertitur katalitiku sostituttiv bis-sistema OBD għandha tintwera bl-użu tal- proċeduri deskritti fid-Direttiva 98/69/KE, l-Anness XI, Appendiċi 1. 6.5.2. Il-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/69/KE, l-Anness XI, Appendiċi 1 applikabbli għall-komponenti minbarra l-konvertur katalitiku m'għandux jiġu applikati. 6.5.3. Il-fabbrikant aftermarket jista' juża l-istess prekondizzjonament u proċedura tat-test użat waqt l-approvazzjoni oriġinali tat-tip. F' dan il-każ, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tipprovdi, fuq rikjesta u fuq bażi non-diskriminatorja, Appendiċi 2 għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip KE li jikkontjeni n-numru u tip ta' ċikli prekondizzjonali u t-tip ta' ċiklu ta' test użat mil-fabbrikant tat-tagħmir oriġinali għall-ittestjar OBD tal-konvertitur katalitiku. 6.5.4. Sabiex tiġi verifikata l-istallazzjoni korretta u l-funzjonament tal-komponenti l-oħra kollha sorveljati mis-sistema OBD, is-sistema OBD ma għandha tindika l-ebda malfunzjoni u ma jkollha l-ebda kodiċijiet ta' difetti maħżuna qabel l-istallazzjoni ta' kwalunkwe konvertitur katalitiku sostituttiv. Evalwazzjoni tal-istat tas-sistema OBD fit-tmiem tat-testijiet deskritti f' punt 6.2.1 ta' dan l-Anness tista' tintuża għal dan il-għan. 6.5.5. L-MI (Sezzjoni ta' referenza 2.5 tal-Anness XI ta' din id-Direttiva) ma tistax tattiva waqt l-operazzjoni tal-vettura meħtieġa mill-punt 6.2.2 ta' dan l-Anness. 7. DOKUMENTAZZJONI 7.1. Kull konvertitur katalitiku sostituttiv għandu jkun akkompanjat mis-segwenti nformazzjoni: 7.1.1. l-isem jew marka tal-kummerċ tal-fabbrikant tal-katalist; 7.1.2. il-vetturi (inkluża s-sena tal-manifattura) li għalihom il-konvertitur katalitiku sostituttiv huwa approvat, inkluż, fejn applikabbli, marka sabiex tidentifika jekk il-konvertitur katalitiku sostituttiv hux adattat sabiex jitwaħħil f' vettura li hija mgħammra b' sistema dianjostika on-board (OBD); 7.1.3. istruzzjonijiet ta' stallazzjoni, fejn meħtieġ. 7.2. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta jew: bħala fuljett li jakkompanja l-konvertitur katalitiku sostituttiv, jew fuq l-ipakkeġġjar li fih il-konvertitur katalitiku sostituttiv jinbiegħ, jew jew bi kwalunkwe mezz ieħor possibbli. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fil-katalogu tal-prodott distribwit lill postijiet fejn isir il-bejgħ mill-fabbrikant ta' konvertituri katalitiċi sostituttivi. 8. MODIFIKA TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET Fil-każ ta' modifikazzjoni tat-tip approvata in segwitu għal din id-Direttiva, il-dispożizzjonijiet tal- l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 9. KONFORMITÀ TAL- PRODUZZJONI Miżuri sabiex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 9.2. Dispożizzjonijiet Speċjali 9.2.1. Il-verifiki msemmija fil-punt 2.2 tal-Anness X tad-Direttiva 701156/KEE għandhom jinkludu konformità mal-karatteristiċi kif mfissra fil-punt 2.4 ta' dan l-Anness. 9.2.2. Għall-applikazzjoni tal-punt 3.5 tal-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE, it-testijiet deskritti f' punt 6.2 ta' dan l-Anness (ħtiġijiet li jirrigwardaw emissjonijiet) jistgħu jitwettqu. F' dan il-każ, id-detentur ta' l-approvazzjoni jista' jitlob, bħala alternattiva, sabiex juża bħala bażi għat-tqabbil mhux it-tagħmir oriġinali tal-konvertitur katalitiku, iżda l-konvertitur katalitiku sostituttiv li intuża waqt it-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip (jew kampjun ieħor li kien ippruvat li jikkonforma mat-tip approvat). Valuri ta' emissjoni mkejla bil-kampjun li jkun qed jiġi verifikat ma jistax jeċċedi b'aktar minn 15 % il-valuri medji mkejla bil-kampjun użat għar referenza. Appendiċi 1 Nru tad-dokument ta' informazzjoni… li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' konvertituri katalitiċi sostituttivi (Direttiva 70/220/KEE kif l-aħħar emendatat bid-Direttiva… Is-segwenti informazzjoni, jekk applikabli, għandha tkun provduta fi tlett kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe tpinġijiet għandhom jkunu provduti fi skala xierqa u detall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq folder ta' daqs A4. Ritratti, jekk hemm, għandhom juru detall suffiċjenti. Jekk is-sistema, komponenti jew unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, informazzjoni li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom għandha tkun provduta. 0. ĠENERALI 0.1. Ditta (isem kummerċjali tal-fabbrikant): 0.2. Tip: 0.5. Isem u indiriżż tal-fabbrikant: 0.7. Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' l-approvazzjoni tal-KE: 0.8. Indirizz(i) ta' pjanta(i) ta' assemblaġġ: 1. DESKRIZZJONI TAT-TAGĦMIR 1.1. Ditta u tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni: 1.2. Tpinġijiet tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni, li jidentifikaw partikolarment il-karatteristiċi kollha msemmija f' Sezzjoni 2.3 ta' dan l-Anness: 1.3. Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura jew tipi li għaliha l-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni huwa intenzjonat: 1.3.1. Numru(i) u/jew simbolu(i) li jikkaratterizzaw t-tip(i) ta' magna u tal-vettura: 1.3.2. Huwa l-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni intenzjonat sabiex ikun kompatibbli mal-ħtiġijiet OBD (Iva/Le) [1]: 1.4. Deskrizzjoni u tpinġija li juru l-posizzjoni tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni relattiv għall-exhaust manifold(s) tal-magna: Appendiċi 2 Mudell (format massimu: A4 (210 mm x 297 mm)) ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE Timbru tal-amministrazzjoni Komunikazzjoni li tikkonċerna: - l-approvazzjoni tat-tip- [1] - estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (t) [2], - rifjut tal-approvazzjoni tat-tip [3], - irtirar tal-approvazzjoni tat- [4], ta' tip ta' vettura/komponent/unità teknika separata [5] b' referenza għad-Direttiva…, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva… Numru ta' approvazzjoni tat-tip. Raġuni tal-estensjoni: Sezzjoni I 0.1. Ditta (isem kummerċjali tal-fabbrikant): 0.2. Tip: 0.3. Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6]: 0.3.1. Post tal-immarkar: 0.4. Kategorija tal-vettura [7]: 0.5. Isem u indirizz tal-fabbrikant. 0.7. Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu li biha titwaħħal l-marka ta' approvazzjoni tal-KE: 0.8. Indirizz(i) ta' impjant(i) ta' assemblaġġ: Sezzjoni II 1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-addendum 2. Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: 3. Data tar-rapport tat-test: 4. Numru tar-rapport tat-test: 5. Remarki (jekk ikun hemm): ara l-addendum 6. Post: 7. Data: 8. Firma: 9. L-indiċi għall-pakett ta' informazzjoni preżentat lill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni, li tista' tiġi ottenuta fuq rikjesta, hija annessa. Addendum Għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip KE Nru … Li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għall-vetturi bil-mutur bħala unità teknika separate b' referenza għad-Direttiva 70/220/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva … 1. Informazzjoni addizzjonali 1.1. Marka u tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni: 1.2. Tip(i) ta' vettura li għaliha t-tip ta' konvertitur katalitiku jikkwalifika bħala parti ta' sostituzzjoni: 1.3. Tip(i) ta' vettura(s) li fuqha il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni ġie ttestjat: 1.3.1. Ilkonvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni wera kompatibilità mal-ħtiġijiet ta' l-OBD (Iva/le) [1]: 5. Remarki: Appendiċi 3 +++++ TIFF +++++ Il-marka ta' approvazzjoni murija hawn fuq mwaħħla fuq komponent ta' konvertitur katalitiku sostituttiv turi li t-tip konċernat ġie approvat fi Franza (e 2), in sewitu ta' din id-Direttiva. L-ewwel żewġ digiti tan-numru ta' approvazzjoni (00) jirreferu għan-numru ta' sekwenza assenjat għall-aktar emendi riċenti mgħamula għad-Direttiva 70/220/KEE. L-erba' numri segwenti (1234) huma dawk allokati mill-awtorità ta' approvazzjoni għall- konvertitur katalitiku sostituttiv bħala n-numru bażi ta' approvazzjoni. " [1] "Il-Kummissjon għandha tistudja aktar il-kwistjoni tal-estensjoni tat-test tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi f’ kategoriji M"2" u N"2" b’ massa ta’ referenza li ma teċċediex "2840" kg u tressaq proposti mhux aktar tard mill-2004 skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE, għall-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-2005." [2] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58. [3] Abbażi ta' l-informazzjoni attwali fis-servizz li għandha tingħata qabel il-31 ta' Diċembru 2003 mill- Istati Membri, il-ħtiġijiet ta' din is-Sezzjoni jistgħu jiġu riveduti u jiġi konsidrat (a) jekk id-definizzjoni ta' emittent periferali teħtieġx li tiġi riveduta f'dak li jirrigwarda l-vetturi li t-tip tagħhom ġie approvat skond il-valuri tal-limitu mogħtija f' filliera B tat-tablella fis-Sezzjoni 5.3.1.4 tal- l-Anness 1, (b) jekk il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' emittenti periferali għandhiex tiġi emendata u (ċ) jekk il- proċeduri għall-ittestjar tal-konformità fis-servizz għandhomx jiġu sostitwiti f' ħin xieraq permezz ta' proċedura ġdida ta' statistika. Jekk inhu xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi neċessarji skond il-proċedura li tinstab fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE. [4] Għal kwalunkwe vettura, iż-"żona intermedjarja" hija determinata kif se jingħad. Il-vettura għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet mogħtija jew f'sezzjoni 3.2.1 jew f'sezzjoni 3.2.2 u minn barra dan, il- valur miżurat għall-istess sustanza ta' tniġġiż għandu jkun inqas minn livell li huwa determinat mill-prodott tal-valur tal-limitu għall-istess sustanza ta' tniġġiż regolata mogħti fil- filliera A tat-tabella f' Sezzjoni 5.3.1.4 tal- l-Anness I multiplikat b' fattur ta' 2,5. [5] Għal kwalunkwe vettura, iż-"żona ta' falliment" hija determinata kif se jingħad. Il-valur miżurat għal kwalunkwe sustanza ta' tniġġiż regolata jeċċedi livell li huwa determinat mill-prodott tal-valur tal-limitu għall-istess sustanza ta' tniġġiż regolata mogħti fil-filliera A tat-tabella f'sezzjoni 5.3.1.4. ta' l-Anness 1 moltiplikat b' fattur ta' 2.5. [1] Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma "valuri veri". Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-limitu tagħhom, it-termini ta’ ISO 4259 Prodotti ta’ Pitrolju - Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ informazzjoni ta’ preċiżjoni in relazzjoni mal-metodi tat-test ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, differenza minima ta’ 2R aktar minn żero ġiet ikkunsidrata; fl-iffisar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R = reproduċibilità). Nonostante dan din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fuels għandu madankollu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa 2R u għall-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun neċessarju li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk xi fuel jissodisfax il-ħtigijiet tal-ispeċifikazzjonijiet, it-termini ta’ ISO 4259 għandhom jiġu applikati. [2] Il-fuel jista’ jikkontjeni inibituri tal-ossidazzjoni u diattivaturi tal-metall użati normalment sabiex jistabbilizzaw nixxigħat tal-gażolina fir-raffineriji, iżda aaddittivi ta’ detergenti/dispersivi u żjut li jħollu m’għandhomx jiġu miżjuda. [3] Il-kontenut attwali ta’ kubrit tal-fuel użat għat-test tat-tip I għandu jiġi rapportat. [4] Il-valuri kwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma "valuri veri". Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-limitu tagħhom, it-termini ta' ISO 4259 Prodotti ta' Pitrolju - Determinazzjoni u applikazzjoni ta' informazzjoni ta' preċiżjoni in relazzjoni mal-metodi tat-test ġew applikati u fl-iffissar ta' valur minimu, differenza minima ta' 2R aktar minn żero ġiet ikkunsidrata; fl-iffisar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R = reproduċibilità). Nonostante dan din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fuels għandu madankollu jimmira għal valur ta' żero fejn il-valur massimu stipulat huwa 2R u għall-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun neċessarju li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk xi fuel jissodisfax il-ħtigijiet ta' l-ispeċifikazzjonijiet, it-termini ta' ISO 4259 għandhom jiġu applikati. [5] Il-medda għan-numru ta-ċetana mhux skond il-ħtiġijiet ta’ medda minima ta’ 4R. Però, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn minn jissuplixxi l-fuel u konsumatur tal- fuel, it-termini tal-ISO 4259 jistgħu jintużaw sabiex isolvu tali disputi sakemm qisien ta’ replika, f’ numru suffiċjenti sabiex jarkivjaw il-preċiżjoni neċessarja, huma mwettqa bi preferenza għal determinazzjonijiet singoli. [6] Il-kontenut attwali ta' kubrit tal-fuel użat għat-test tat-tip I għandu jiġi rapportat. [7] Għalkemm l-istabbilità ta' l-ossidazzjoni hija kontrollata, huwa probabli li l-perjodu kemm tista' ddum tinħażen huwa limitat. Għandu jintalab parir minn min jissuplixxi f'dak li jirrigwarda kondizzjonijiet u l-perjodu ta' ħażna. [8] Il-valur kwotat fl-ispeċifikazzjonijiet huma "valuri veri". Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom it- termini ta' ISO 4259 prodotti tal-pitrolju - Determinazzjoni u applikazzjoni ta' informazzjoni ta' preċiżjoni in relazzjoni mal-metodi ta' ittestjar ġew applikati u fl-iffissar ta' valur minimu, differenza minima ta' 2R aktar miż-żero ġiet meħuda in konsiderazzjoni; fl-iffissar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta' 4R (R = reproduċibilità). Nonostante din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant tal-fuels għandu madankollu jimmira lejn valur ta' żero fejn il-valur massimu stipulat huwa 2R u għall-valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċarati l-mistoqsijiet dwar jekk l-fuel jissodisfax il-ħtiġijiet tal-ispeċifikazzjonijiet, it-termini ta' ISO 4259 għandhom ikunu applikati. [9] Il-fuel jista' jikkontjeni inibituri ta' l-ossidazzjoni u deattivaturi tal-metall normalment użati sabiex jistabbilizzaw nixxigħat ta' gażolina tar-raffineriji, iżda addittivi ta' deterġenti/disperżivi u żjut li jħollu m'għandhom jiġu miżjuda. [10] Il-kontenut attwali ta' kubrit tal-fuel użat għat-test tat-tip I għandu jiġi rapportat. [11] Il-valur kwotat fl-ispeċifikazzjonijiet huma "valuri veri". Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom it- termini ta' ISO 4259 prodotti tal-petrolju - Determinazzjoni u applikazzjoni ta' informazzjoni ta' preċiżjoni in relazzjoni mal-metodi ta' ittestjar ġew applikati u fl-iffissar ta' valur minimu, differenza minima ta' 2R aktar miż-żero ġiet meħuda in konsiderazzjoni u fl-iffissar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta' 4R (R = reproduċibilità). Nonostante din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant ta' fuels għandu madankollu jimmira lejn valur ta' żero fejn il-valur massimu stipulat huwa 2R u għal valur medju fil-każ ta' kwotazzjonijiet ta' limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċarati l-mistoqsijiet dwar jekk l-fuel jissodisfax l-ħtiġijiet tal-ispeċifikazzjonijiet, it-termini ta' ISO 4259 għandhom ikunu applikati. [12] Il-medda għan-numru ta' ċetani ma tikkonformax mal-ħtiġijiet ta' medda minima ta' 4R. Però, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn minn jissuplixxi l-fuel u l-konsumatur tal-fuel, it-termini ta' ISO 4259 jistgħu jintużaw sabiex isolvu tali nuqqas ta' qbil jekk qisien ta' replikazzjoni, ta' numru suffiċjenti sabiex jarkivjaw il-preċiżjoni neċessarja, huma magħmula in preferenza għal determinazzjonijiet singoli. [13] Il-kontenut attwali ta' kubrit tal-fuel użat għat-test tat-tip I għandu jkun rapportat. [14] Għalkemm l-istabbilità ta' osidazzjoni hija kontrollata, huwa probabli li l-perjodu ta' ħażna jkun limitat. Għandu jintalab parir minn min jiuplixxi f'dak li jirrigwarda kundizzjonijiet u l-perjodu ta' ħażna. [15] Il-valuri kwotat fl-ispeċifikazzjonijiet huma "valuri veri". Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limitu tagħhom it- termini ta’ ISO 4259 prodottital-petrolju - Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ informazzjoni ta’ preċiżjoni in relazzjoni mal-metodi ta’ ittestjar ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, differenza minima ta’ 2R aktar miż-żero ġiet meħuda in konsiderazzjoni u fl-iffissar ta’ valur massimu u minimu, id-differenza minima hija ta’ 4R (R = reproduċibilità). Nonostante din il-miżura, li hija neċessarja għal raġunijiet tekniċi, il-fabbrikant ta’ fuels għandu madankollu jimmira għall-valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa 2R u għall-valur medju fil-każ ta’ kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġu ċarati l-mistoqsijiet dwar jekk l-fuel jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ispeċifikazzjonijiet, it-termini ta’ ISO 4259 għandhom ikunu applikati. [16] Il-fuel jista’ jikontjeni inibituri ossidanti u deattivaturi tal-metall normalment użati sabiex jistabbilizzaw nixxigħat tal-gażolina tar-raffineriji, iżda addittivi tad-deterġenti/disperżivi u żjut li jħollu m’għandhomx jiġu miżjuda. [17] Il-kontenut attwali ta’ kubrit tal-fuel użat għat-test tat-tip VI għandu jiġi rapportat. [1] Dan il-metodu ma jistgħax jistabbilixxi preċiżament il-preżenza ta’ materjali korrusivi jekk il-kampjun jikkontjeni inibituri tal-korrożjoni jew kimiċi oħra li jnaqqsu l-korrusività tal-kampjun għall-istrippa tar-ramm. Għalhekk, iż-żieda ta’ tali sustanzi mħallta bl-iskop li jiġi parzjaliżżat il-metodu tat-test huwa projbit. [2] Dan il-metodu ma jistgħax jistabbilixxi preċiżament il-preżenza ta' materjali korrusivi jekk il-kampjun jikkontjeni inibituri tal-korrożjoni jew kimiċi oħra li jnaqqsu l-korrożività tal-kampjun għall-istrippa tar-ramm. Għalhekk, iż-żieda ta' tali sustanzi mħallta bl-iskop li jiġi parzjalizzat il-metodu tat-test huwa projbit. [3] Inerts (differenti minn N2) + C2 +C2+. [4] Valur li għandu jiġi determinat 293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa. [5] Valur li għandu jiġi determinat 273,2 K (0 °C) u 101,3 kPa. [1] Kif definit fl-Anness II Sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE. [2] Għall-fini tat-test tad-dimostrazzjoni ta' vetturi mgħammra b' magni li jaħdmu b' ignizzjoni pożittiva, meta l-valur HC ikkalkulat taħt punt 6.2.1 ta' dan l-Anness huwa għola mill-valur ikkalkulkat waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, id-differeza għandha tkun miżjuda mal-valuri tal-għatba imsemmija f' punt 3.3.2 tal-Anness X1, li għaliha l-eċċedenza permessa f' punt 1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness X1 hija applikata. [3] Kif definit fl-Anness II Sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE. [4] Kif definit fl-Anness II Sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE. [5] Kif definit fl-Anness II Sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE. [6] Applikabbli biss għall-vetturi approvati mid-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata mid-Direttiva 98/69/KE jew Direttivi sussegwenti li emendawha. [7] Applikabbli biss għall-vetturi li jaħdmu b’ magni b’ ignizzjoni pożittiva approvati mid-Direttiva 70/220/KEE, kif emendati mid-Direttiva 96/69/KE jew Direttivi preċedenti. [1] Ħassar fejn mhux applikabbli. [1] Ħassar fejn mhux applikabbli. [2] Ħassar fejn mhux applikabbli. [3] Ħassar fejn mhux applikabbli. [4] Ħassar fejn mhux applikabbli. [5] Ħassar fejn mhux applikabbli. [6] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jikkontjeni karattri mhux rilevanti sabiex jiddeskrivu l-vettura, komponent jew tipi ta’ unitajiet tekniċi separati li jaqgħu taħt dan iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tali karattri għandhom ikunu rappreżentati fid-dokument bis-simbolu: "?" (eż ABC??123??) [7] Kif mfisser fl-Anness 11 Sezzjoni A għad-Direttiva 70/156/KEE. [1] Ħassar fejn mhux applikabbli. --------------------------------------------------