Official Journal L 193 , 20/07/2002 P. 0060 - 0073
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 miġjub fih, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa [2] ġiet emendata ta’ spiss u sostanzjalment [3]. Għal raġunjiet ta’ ċarezza u razjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kodifikata. (2) Il-produzzjoni tal-patata tokkupa post importanti fl-argikoltura tal-Komunità. (3) Riżultati sodisfaċenti fil-koltivazzjoni ta’ patata jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq l-użu ta’ patata taż-żerriegħa xierqa. (4) Produttività akbar tista’ tinkiseb fil-koltivazzjoni tal-patata fil-Komunità jekk għall-għażla ta’ varjetajiet permessi li jinbiegħu fl-Istati Membri jkunu japplikaw regoli uniformi li huma stretti kemm jista’ jkun, b’mod partikolari rigward l-istat tas-saħħa. Katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli huwa għalhekk provvdut fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE [4]. (5) Huwa mixtieq li tiġi stabbilita skema ta’ ċertifikazzjoni uniformi għall-Komunità ibbażata fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ skemi fl-Istati Membri u dawk tal-Kummisssjoni Ekonomika għall-Ewropa. Fil-kuntest tal-konsolidazzjoni tas-Suq Intern, l-iskema tal-Komunità m’għandhiex tkopri l-produzzjoni ta’ żerriegħa bil-ħsieb għal bejgħ fis-suq u għal bejgħ fis-suq fil-Komunità, u m’għandhiex toffri possibiltajiet għall-Istati Membri biex jidderogaw unilateralment mill-iskema b’tali mod li jitfixkel il-moviment ħieles ta’ pjanti fil-Komunità. (6) Bħala regola ġenerali, patata taż-żerriegħa għandha titħalla tinbiegħ fis-suq biss jekk tkun eżaminata uffiċjalment u ċertifikata, skond ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni, bħala patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerrriegħa ċertifikata. L-għażla tat-termini tekniċi "patata taż-żerriegħa bażika" u "patata taż-żerriegħa ċertifikata" hija bbażata fuq terminoloġija internazzjonali diġà eżistenti. Għandu jkun possibbli, taħt kondizzjonijiet speċifiċi li jitqegħdu fis-suq żerriegħa tal-patata mnissla ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel il-patata taż-żerriegħa bażika u patata taż-żerriegħa kif imkabbra. (7) L-Istati Membri jistgħu jerġgħu jaqsmu l-kategoriji ta’ patata taż-żerriegħa fi gradi li jissodisfaw ħtiġiet differenti. Jidher li huwa xieraq li jiġi provvdut li gradi tal-Komunità u l-ħtiġiet tagħhom jistgħu jiġu stabbiliti fi proċedura aċċellerata. F’dan ir-rigward għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu l-punt sa fejn japplikaw dawn il-gradi lill-produzzjoni tagħhom. (8) Fid-dawl ta’ avvanzi moderni f’metodi ta’ teknika ta’ propagazzjoni, huwa xieraq li tiġi preskritta proċedura tal-Komunità biex jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li japplikaw għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-patata prodotti minn metodi ta’ teknika li jinvolvu mikropropagazzjoni. (9) Regoli tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għal patata taż-żerriegħa maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. (10) Sabiex jittejjeb mhux biss il-valur ġenetiku u l-istat ta’ saħħa tal-patata taż-żerriegħa tal-Komunità imma anke l-karatteristiċi esterni tagħhom, disposizzjoni għandha ssir għal tolleranzi rigward impuritajiet, tbajja u mard f’patata taż-żerriegħa. (11) L-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati, rigward il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa fit-territorji kollha tagħhom jew parti minnhom, biex jieħdu miżuri aktar strinġenti minn dawk provduti fl-Anness I kontra mard tal-virus partikolari li ma jeżistux f’ dawk ir-reġjuni jew li jidhru li huma partikolarment ta’ ħsara għall-uċuh tar-raba f’dawk ir-reġjuni. Jidher li l-iskop ta’ din id-disposizzjoni għandu jiġi estiż għal organiżmi ta’ ħsara oħra għal mard tal-virus. (12) Sabiex tiġi żgurata l-identità tal-patata taż-żerriegħa, regoli tal-Komunità dwar ippakkeġġjar, issiġillar u mmarkar iridu jiġu stabbiliti. Għal dan il-għan tikketti għandhom jagħtu l-partikolaritajiet meħtieġa għall-verifikazzjoni uffiċjali u għat-tagħrif ta’ l-utent u għandhom juru b’mod ċar in-natura Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni. (13) Regoli għandhom jiġu ntrodotti dwar il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa trattata b’mod kimiku, patata taż-żerriegħa adattata għat-tkabbir organiku u dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ pjanti fl-interess ta’ konservazzjoni permezz ta’ l-użu fuq il-post ta’ varjetajiet mhedda minn erożjoni ġenetika. (14) Derogi għandhom jiġu permessi taħt ċerti kondizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tat-Trattat. L-Istati Membri li qed jagħmlu użu mid-derogi għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament rigward spezzjoni. (15) Sabiex jiġi żgurat li kemm id-disposizzjoni rigward il-kwalità tal-patata taż-żerriegħa u kif ukoll id-disposizzjonijiet biex tiġi żgurata l-identità tagħhom huma mħarsa matul il-bejgħ fis-suq, l-Istati Membri jridu jagħmlu disposizzjoni għal arranġamenti ta’ kontroll. (16) Patata taż-żerriegħa li tissodisfa dawn il-ħtiġiet m’għandhiex, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tat-Trattat, tkun suġġetta għal restrizzjonijiet oħra għajr dawk provduti fir-regoli tal- Komunità, minbarra f’dawk il-każijiet fejn regoli tal-Komunità jipprovdu għal tolleranzi rigward mard, organiżmi ta’ ħsara jew il-vettori tagħhom. (17) Disposizzjoni għandha ssir biss biex jiġi awtorizzat il-bejgħ fis-suq fil-Komunità ta’ patata taż-żerriegħa maħsuda f’pajjiżi terzi jekk joffru l-istess assigurazzjonijiet bħal patata taż-żerriegħa uffiċjalment ċertifikata fil-Komunità u jħarsu r-regoli tal-Komunità. (18) Matul perjodi li fihom ikun hemm diffikultajiet biex jinkisbu provvisti ta’ patata taż-żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji varji, patata taż-żerriegħa li tissodisfa ħtiġiet inqas strinġenti għandha temporanjament tingħata l-permess biex tinbiegħ fis-suq, kif ukoll patata taż-żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet mhux inklużi fil-Katalgu Komuni ta’ varjetajiet jew fil-Katalgu Nazzjonali ta’ Varjetajiet. (19) Sabiex jiġi żgurat li l-patata taż-żerriegħa ċertifikata fl-Istati Membri tissodisfa l-ħtiġiet preskritti u biex ikunu jistgħu jsiru paraguni fil-futur bejn patata taż-żerriegħa bħal din u dik li tiġi minn pajjiżi terzi, testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri biex jippermettu kontroll ta’ wara annwali tal-kategoriji varji ta’ patata taż-żerriegħa ċertifikata. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jipprojbixxu l-bejgħ fis-suq tal-varjetajiet kollha jew ċerti varjetajiet ta’ patata taż-żerriegħa li tiġi minn Stati Membri oħra jekk it-testijiet komparattivi jkunu taw riżultati mhux sodisfaċenti fuq perjodu ta’ diversi snin. (20) Huwa mixtieq li jiġu organizzati esperimenti temporanji għall-għan li jfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet dikjarati f’din id-Direttiva. (21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5]. (22) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-termini perentorji għat-traspożizzjoni tad-Direttivi dikjarati fl-Anness IV, Parti B, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni bil-ħsieb ta’ marketing u għall-marketing ta’ patata taż-żerriegħa fil-Komunità. M’għandhiex tapplika għal patata taż-żerriegħa maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. L-Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: (a) "marketing": tfisser il-bejgħ, żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, offertà għall-bejgħ u kull rimi, provvista jew trasferiment immirati lejn esplojtazzjoni kummerċjali ta’ patata taż-żerriegħa lejn pajjiżi terzi, sewwa jekk biex tiġi kkunsidrata u sewwa jekk le. Kummerċ f patata taż-żerriegħa mhux immirata għal esplojtazzjoni kummerċjali tal-varjetà, bħal ma huma l-operati li ġejjin, m’għandux jitqies bħala marketing: - il-provvista ta’ patata taż-żerriegħa għal testjar uffiċjali u korpijiet ta’ spezzjoni, - il-provvista ta’ patata taż-żerriegħa għal sevizzi ta’ pproċessar jew ippakkeġġjar, basta iżda li l-provveditur ta’ servizzi ma jakkwistax titolu għal patata taż-żerriegħa fornit b’dan il-mod. Il-provvista ta’ patata taż-żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lil provvedituri ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ ċerti materji primi agrikoli maħsuba għal għanijiet industrijali, jew propagazzjoni ta’ żerriegħa għal dak il-għan, m’għandhiex titqies iktar bħala marketing, basta iżda li l-provveditur tas-servizzi ma jakkwistax titolu jew għaż-żerriegħa fornita b’dan il-mod kif ukoll għall-prodott tal-ħsad. Il-fornitur ta’ patata taż-żerriegħa għandu jipprovdi lilll-awtorità taċ-ċertifikazzjoni kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmul mal-provveditur tas-servizzi u din għandha tinkludi l-livelli u l-kondizzjonijiet li jintlaħqu korrentement mill-patata taż-żerriegħa provvduta. Il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din id-disposizzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2); (b) "patata taż-żerriegħa bażika": tfisser tuberi tal-patata (i) li ġew prodotti skond prattiċi aċċettati għall-manteniment tal-varjetà u tas-saħħa; (ii) li huma maħsuba prinċipalment għall-produzzjoni ta’ patata taż-żerriegħa ċertifikata; (iii) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II għal patata taż-żerriegħa bażika; u (iv) li nstabu minn eżami uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fuq; (c) "patata taż-żerriegħa ċertifikata": tfisser tuberi tal-patata (i) li ġew prodotti direttament minn żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata, jew minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni ta’ qabel żerriegħa bażika li nstabu fuq eżami uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti għal żerriegħa bażika; (ii) li huma maħsuba prinċipalment għall-produzzjoni ta’ patata oħra għajr patata taż-żerriegħa; (iii) li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II għal patata taż-żerriegħa ċertifikata; u (iv) li nstabu minn eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet minimi msemmija fuq; (d) "miżuri uffiċjali": tfisser miżuri meħuda (i) minn awtoritajiet ta’ l-Istat; jew (ii) minn xi persuna legali kemm jekk irregolata mill-pubbliku u kemm jekk permezz ta’ liġi privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat; jew (iii) fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma wkoll suġġetti għal kontroll ta’ l-Istat, minn xi persuna naturali marbuta b’ġurament b’mod korrett għal dak il-għan, basta iżda li l-persuni msemmija taħt (ii) u (iii) ma jieħdu l-ebda qligħ privat minn miżuri bħal dawn. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa ma tistax titqiegħed fuq is-suq sakemm ma tkunx uffiċjalment ċertifikata bħala "patata taż-żerriegħa bażika" jew "patata taż-żerriegħa ċertifikata" u sakemm tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa li, matul il-marketing, ma tissodisfax il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Anness II tista’ tiġi magħżula. It-tuberi li mhumiex imwarrba għandhom imbagħad jgħaddu minn eżami uffiċjali ieħor. 2. L-Istati Membri jistgħu jerġgħu jaqsmu l-katagoriji ta’ patata taż-żerriegħa provduti fl-Artikolu 2 fi gradi li jissodisfaw ħtiġiet differenti. 3. Għal patata taż-żerriegħa li ġiet uffiċjalment ċertifikata, dawn li ġejjin jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2): - gradi tal-Komunità, - il-kondizzjonijiet li japplikaw għal gradi bħal dawn, - l-ismijiet li japplikaw għal gradi bħal dawn. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu l-punt sa fejn japplikaw dawn il-gradi tal-Komunità meta jiċċertifikaw il-produzzjoni tagħhom. 4. Għal patata taż-żerriegħa prodotta minn metodi ta’ teknika ta’ mikropropagazzjoni u li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-daqs ta’ din id-Direttiva, dawn li ġejjin jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2): - deroga minn disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, - il-kondizzjonijiet li japplikaw għal patata taż-żerriegħa, - l-ismijiet li japplikaw għal patata taż-żerriegħa bħal din. L-Artikolu 4 Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-patata mnissla ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel il-patata taż-żerriegħa bażika tista titqiegħed fuq is-suq. L-Artikolu 5 L-Istati Membri jistgħu, rigward il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II, jimponu ħtiġiet addizzjonali jew aktar strinġenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ patata taż-żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom. L-Artikolu 6 1. Minkejja l-Artikolu 3(1), L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi fit-territorju tagħhom biex iqegħdu fuq is-suq: (a) kwantitajiet żgħar ta’ patata taż-żerriegħa għal għanijiet xjentifiċi jew xogħol ta’ għażla; (b) kwantitajiet xierqa ta’ patata taż-żerriegħa għal għanijiet oħra ta’ test jew prova, basta iżda li jappartjenu għal varjetajiet għal liema applikazzjoni għad-dħul fil-katalgu ġiet sottomessa fl-Istat Membru msemmi. Fil-każ ta’ materjal modifikat ġenetikament, awtorizzazzjoni bħal din tista’ tingħata biss jekk il-miżuri xierqa kollha ttieħdu biex jevitaw effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent. Għall-istima ta’ riskju ambjentali li trid titwettaq f’dan ir-rigward, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/53/KE għandhom jgħoddu kif mistħoqq. 2. L-għanijiet għal liema l-awtorizzazzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1(b) jistgħu jingħataw, id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immarkar ta’ pakketti, u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni bħal din għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2). 3. Awtorizzazzjonijiet mogħtija, qabel l-14 ta’ Diċembru 1998, mill-Istati Membri lil produtturi fit-territorju tagħhom għall-għanijiet dikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 2. Wara, l-awtorizzazzjonijiet kollha bħal dawn għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet stabbiliti bi qbil mal-paragrafu 2. L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li, għall-eżami ta’ tuberi tal-patata għal ċertifikazzjoni, jittieħdu kampjuni uffiċjalment bi qbil ma’ metodi xierqa. L-Artikolu 8 1. L-Istati Membri jisgħtu jinħtieġu li patata taż-żerriegħa prodotti fit-territorju tagħhom jistgħu jiġu separati matul produzzjoni minn patata oħra għal raġunijiet ta’ saħħa tal-pjanti. 2. Il-ħtiġiet provduti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu miżuri biex: - tiġi sseparata l-produzzjoni ta’ patata taż-żerriegħa u patata oħra, - tiġi sseparata l-gradazzjoni, ħażna, trasportazzjoni u maniġġjar bl-idejn ta’ patata taż-żerriegħa u patata oħra, L-Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa ma tistax titqiegħed fuq is-suq jekk tkun ġiet trattata minn sprout inhibitors. L-Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa ma tistax titpoġġa fuq is-suq minbarra jekk ikollha daqs minimu li ma jkunx jista’ jgħaddi minn malja kwadra ta’ 25 × 25 mm. Fil-każ ta’ tuberi li huma kbar biss biex jgħaddu minn majla kwadra ta’ 35 × 35 mm, il-limiti tad-daqs ta’ fuq u ta’ isfel għandhom jiġu espressi f’multipli ta’ ħamsa. Il-varjazzjoni massima fid-daqs bejn tuberi f’lott għandha tkun tant li d-differenza bejn id-dimensjonijiet taż-żewġ malji kwadri użati ma taqbiżx il-25 mm. Dawn il-livelli ta’ daqsijiet jistgħu jiġu modifikati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2). 2. Lott m’għandux jikkontjeni aktar minn 3 % skond l-użin ta’ tuberi iżgħar mid-daqs minimu indikat jew aktar minn 3 % skond l-użin ta’ tuberi akbar mid-daqs massimu indikat. 3. L-Istati Membri jistgħu, rigward patata taż-żerriegħa prodotti fit-territorju tagħhom, inaqqsu aktar il-varjazzjoni permessa fid-daqs bejn tuberi f’lott. L-Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li patata taż-żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata tista’ tinbiegħ biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u f’pakketti ssiġillati jew kontenituri li jridu jiġu ssiġillati u li jġorru, kif preskritt fl-Artikolu 12 u 13, mezz ta’ ssiġillar u mmarkar. Il-pakketti jridu jkunu ġodda; il-kontenituri jridu jkunu nodfa. 2. L-Istati Membri jistgħu, għall-bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għal derogazzjonijiet mid-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 rigward pakkeġġjar, siġillar u immarkar. L-Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti u l-kontenituri ta’ patata taż-żerriegħa bażika u patata taż-żerriegħa ċertifikata jiġu ssiġillati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġillar jew titħalla xiehda ta’ tbagħbis fuq jew it-tikketta uffiċjali provduta fl-Artikolu 13(1) jew il-pakkett. Sabiex jiġi żgurat għeluq, sistema ta’ siġillar għandha tkopri għall-inqas jew it-tikketta uffiċjali jew it-twaħħil ta’ siġill uffiċjali. Il-miżuri provduti fit-tieni subparagrafu fuq m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn tintuża sistema ta’ siġillar li ma tintużax mill-ġdid. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) jista’ jiġi stabbilit jekk sistema ta’ siġillar partikolari tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. 2. Pakketti u kontenituri li ġew issiġillati uffiċjalment m’għandhomx jiġu ssiġillati mill-ġdid, kemm jekk darba jew aktar minn darba, minbarra taħt sorveljanza uffiċjali. Jekk il-pakketti jiġu ssiġillati mill-ġdid, il-fatt ta’ l-issiġillar mill-ġdid, id-data l-aktar riċenti ta’ l-issiġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għalhekk għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 13(1). 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet għal paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar issiġillati fit-territorju tagħhom. Il-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2). L-Artikolu 13 1. L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti u kontenituri ta’ patata taż-żerriegħa bażika u patata taż-żerriegħa ċertifikata: (a) jiġu ttikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma ntużatx qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness III u li l-partikolaritajiet tagħhom huma provduti f’waħda mill-ligwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għal patata taż-żerriegħa bażika u blu għal patata taż-żerriegħa ċertifikata. Meta tintuża tikketta b’string-hole, it-twaħħil tagħha għandha tiġi żgurata b’siġill uffiċjali. L-użu ta’ tikketti uffiċjali li jwaħħlu għandhom jiġu awtorizzati. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) l-istampar li ma jitħassarx tal-partikolaritajiet preskritti fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta jista’ jiġi awtorizzat taħt sorveljanza uffiċjali; (b) jikkontjenu dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jipprovdi għall-inqas il-partikolaritajiet tat-tikketta meħtieġa taħt l-Anness III A(3), (4) u (6). Dan id-dokument jista’ jitfassal f’tali manjiera li ma jistax jiġi konfuż mat-tikketta uffiċjali riferita taħt (a). Dan id-dokument mhuwiex meħtieġ jekk il-partikolaritajiet huma stampati b’mod li ma jitħassrux fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-disposizzjonijiet taħt (a), tintuża tikketta mwaħħla bil-kolla jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar issiġillati fit-territorju tagħhom. Il-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2). L-Artikolu 14 Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), jista’ jiġi provdut li, f’każijiet oħra għajr dawk diġa’ provduti f’din id-Direttiva, pakketti jew kontenituri ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata għandhom iġorru tikketta tal-fornitur (li tista’ jew tkun tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ tagħrif tal-fornitur stampata fuq il-pakkett jew il-kontenitur inniffsu). Il-partikolaritajiet li jridu jiġu provduti fuq tikketta bħal din għandhom jiġu stabbiliti wkoll skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2). L-Artikolu 15 Fil-każ ta’ patata taż-żerriegħa ta’ varjetà li ġiet modifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew le, li hija mwaħħla ma’ jew takkompanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandha tindika b’mod ċar li l-varjetà ġiet modifikata ġenetikament. L-Artikolu 16 L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li kull trattament kimiku ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata għandu jiġi nnotat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett jew ġo fih jew fuq il-kontenitur. L-Artikolu 17 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żerriegħa li titqiegħed fuq is-suq taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sewwa jekk mandatorji jew diskrezzjonali, mhijiex suġġetta għal restrizzjonijiet ta’ bejgħ fis-suq rigward il-karatteristiċi tagħha, il-ħtiġiet ta’ eżami, mmarkar u ssiġillar ieħor għajr dawk preskritti f’ =din id-Direttiva jew f’xi Direttiva oħra. 2. Il-Kummissjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), għandha, rigward il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa fit-territorju kollu jew parti minnu ta’ Stat Membru ieħor, tawtorizza miżuri aktar strinġenti minn dawk ipprovvduti fl-Annessi I u II li jridu jittieħdu kontra organiżmi ta’ ħsara li ma jeżistux f’dawk ir-reġjuni jew li jidhru partikolarment ta’ ħsara f’uċuh tar-raba f’dawk ir-reġjuni. Fejn ikun hemm ħsara imminenti ta’ l-introduzzjoni jew firxa ta’ organiżmi ta’ ħsara bħal dawn, u sa dak il-ħin li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni finali fuq il-materja, miżuri bħal dawn jistgħu jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat malli t-talba tiegħu tiġi sottomessa. L-Artikolu 18 Il-kondizzjonijiet taħt liema patata mnissla ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel patata taż-żerriegħa bażika tista’ titqiegħed fuq is-suq taħt l-Artikolu 4, għandhom ikunu kif ġej: (a) iridu jkunu ġew prodotti skond il-prattiċi aċċettati għall-manutenzjoni tal-varjetà u tas-saħħa; (b) iridu jkunu ġew maħsuba prinċipalment għall-produzzjoni ta’ patata taż-żerriegħa bażika; (c) iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi li jridu jiġu stabbiliti mill-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) għal patata taż-żerriegħa pre-bażika; (d) iridu jinstabu permezz ta’ eżami uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi riferiti f’(c); (e) iridu jitpoġġew f’pakketti jew kontenituri skond din id-Direttiva; u (f) il-pakketti jew kontenituri jridu jġorru tikketta uffiċjali li jagħti għall-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin: - awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-abbrevjazzjoni distingwibbli tagħhom, - numru ta’ identifikazzjoni tal-prodott jew numru ta’ referenza tal-lott, - xahar u sena ta’ meta jsir l-issiġillar, - speċi, indikati għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tiegħu, jew it-tnejn, - varjetà, indikata għall-inqas f’ karattri Rumani, - id-deskrizzjoni "patata taż-żerriegħa pre-bażika". It-tikketta għandha tkun bajda b’linja dijagonali vjola. L-Artikolu 19 Għall-għan ta’ tfittxija ta’ alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet dikjarati f’din id-Direttiva, oħra għajr dawk li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 25(2). Fil-qafas ta’ esperimenti bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati minn ċertu obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-kobor ta’ dak ir-rilaxx għandu jiġi definit b’referenza għad-disposizzjonijiet għal liema jgħodd. It-tul ta’ żmien ta’ esperiment m’għandux jaqbeż is-seba’ snin. L-Artikolu 20 1. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), il-Kummissjoni tista’ tipprojbixxi, fl-intier tagħha jew parti minnha, il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa maħsuda f’erja partikolari tal-Komunità jekk il-proġeni ta’ kampjuni uffiċjalment imfassla ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata maħsuda f’dik l-erja partikolari u mkabbra f’wieħed jew aktar mill-oqsma tat-test tal-Komunità għal tliet snin suċċessivi waqgħet b’mod apprezzabbli taħt il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Anness I(1)(c), (2)(c), (3) u (4). Sodisfazzjoni tal-kondizzjonijiet minimi l-oħra preskritti fl-Annes I jista’ wkoll jiġi spezzjonat matul it-testijiet komparattivi. 2. Kull miżura meħuda taħt paragrafu 1 għandha tiġi rtirata mill-Kummissjoni malli tkun ġiet stabbilita b’ċertezza adegwata li l-patata taż-żerriegħa bażika u l-patata taż-żerriegħa ċertifikata maħsuda f’erja partikolari kkonċernata tal-Komunità fil-futur se tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi riferiti f’paragrafu 1. 3. L-arranġamenti meħtieġa għandhom isiru, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), għat-testijiet komparattivi li jridu jitwettqu. Patata taż-żerriegħa maħsuda f’pajjiżi terzi tista’ tiġi nkluża fit-testijiet komparattivi. L-Artikolu 21 1. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi jekk patata taż-żerriegħa maħsuda f’pajjiż terz u li toffri l-istess assigurazzjonijiet rigward il-karatteristiċi u l-arranġamenti għall-ispezzjoni tagħha, biex tiġi żgurata l-identità tagħha, għal immarkar u għal kontroll hija ekwivalenti f’dan ir-rigward għal patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata maħsuda fil-Komunità u li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. 2. Sa dak il-ħin meta l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa biex huma stess jieħdu deċiżjonijiet bħal dawn. Dan id-dritt għandu jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975. 3. L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati biex jestendu sal-31 ta’ Marzu 2002 il-validità ta’ deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 2, waqt li jkun mifhum li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jintużaw biss skond l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri taħt ir-regoli komuni dwar is-saħħa tal-pjanti preskritti mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għal pjanti jew prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità [6]. Il-perjodu fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi estiż għal pajjiżi terzi, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), jekk it-tagħrif disponibbli ma jippermettix stabbilizzazzjoni skond il-paragrafu 1 u sakemm tagħrif bħal dan ma jippermettix stabbilizzazzjoni bħal din. 4. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll rigward xi Stat Membru ġdid mid-data ta’ l-adeżjoni tiegħu sad-data li fiha se jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-Artikolu 22 1. Sabiex jitneħħew xi diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata li jinstabu fil-Komunità u ma jistgħux jiġu megħluba mod ieħor, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) li l-Istati Membri għandhom jippermettu għal perjodu speċifikat, il-bejgħ fis-suq matul il-Komunità f’kwantitajiet meħtieġa biex jiġu risolti d-diffikultajiet ta’ fornitura ta’ żerriegħa ta’ kategorija suġġetta għal restrizzjonijiet inqas strinġenti, jew ta’ patata taż-żerriegħa ta’ varjetà mhux inkluża fil-"Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli" jew fil-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri. 2. Għal kategorija ta’ patata taż-żerriegħa ta’ xi varjetà msemmija, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provduta fil-kategorija korrispondenti; għal patata taż-żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-katalgi msemmija fuq il-kulur tat-tikketta uffiċjali għandu jkun kannella. It-tikketta għandha tiddikjara dejjem li l-patata taż-żerriegħa msemmija hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġiet inqas strinġenti. 3. Regoli sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2). L-Artikolu 23 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjonijiet uffiċjali jitwettqu rigward il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa, għall-inqas permezz ta’ spezzjonijiet magħmula kif ġie ġie, biex tiġi verifikata konformità mal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. 2. Mingħajr preġudizzju għall-moviment ħieles ta’ patata taż-żerriegħa fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet li jaqbżu ż-żewġ kilogrammi ta’ patata taż-żerriegħa importata minn pajjiżi terzi: (a) speċje, (b) varjetà; (c) kategorija; (d) pajjiż ta’ produzzjoni u awtorità ta’ kontroll; (e) pajjiż ta’ dispaċċ; (f) importatur; (g) kwantità ta’ patata taż-żerriegħa. Il-manjiera li fiha dawn il-partikolaritajiet iridu jiġu preżentati tista’ tiġi stabbilita bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2). L-Artikolu 24 Emendi li jridu jsiru għall-kontenut ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2). L-Artikolu 25 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Foresterija, mwaqqfa mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 66/399/KEE [7]. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit ta’ xahar. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. L-Artikolu 26 Minbarra fejn provdut mod ieħor fl-Annessi I u II rigward tolleranzi għal mard, organiżmi ta’ ħsara jew il-vettori tagħhom, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi ta’ protezzjoni ta’ saħħa u ħajja umana, ta’ l-annimali jew tal-pjanti jew il-protezzjoni ta’ propjetà industrijali jew kummerċjali. L-Artikolu 27 1. Kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fl-erji ta’: (a) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tinbiegħ; (b) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa tista’ tinbiegħ fis-suq rigward il-konservazzjoni fuq il-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, li huma assoċjati ma’ abitati naturali u semi naturali speċifiċi u huma mhedda minn erożjoni ġenetika; (ċ) kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa adattata għal produzzjoni organika tista’ tinbiegħ. 2. Il-kondizzjonijiet speċifiċi riferiti f’paragrafu 1(b) għandhom jinkludu b’mod partikolari il-punti li ġejjin: (a) iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandha tkun ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa f’erji definiti; (b) restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa. L-Artikolu 28 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom. L-Artikolu 29 Id-Direttiva 66/403/KEE, kif emendata mill-atti dikjarati fl-Anness IV, parti A, huma mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri li jikonċernaw il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni ta’ l-Atti msemmija dikjarati fl-Anness IV, parti B. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V. L-Artikolu 30 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 31 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Ġunju 2002. Għall-Kunsill M. Rajoy Brey Il-President [1] Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ April 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2320/66; Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/742/KE (ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 39). [3] Ara l-Anness VI, parti A. [4] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [5] ĠU L 184, tas-17.7.99, p. 23. [6] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/28/KE (ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 23). [7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2289/66. -------------------------------------------------- L-ANNESS I KONDIZZJONIJIET MINIMI LI JRIDU JIĠU SODISFATTI MILL-PATATA TAŻ-ŻERRIEGĦA 1. Il-patata taż-żerriegħa bażika għandha tissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ma’ l-ispezzzjoni uffiċjali tal-pjanti li qegħdin jikbru in-numru affettwat minn blackleg ma jridx jaqbeż it-2 %; (b) fil-proġeni diretta n-numru ta’ pjanti li ma jitrabbewx b’mod lejali għall-varjetà ma jridx jaqbeż il-0,25 % u n-numru ta’ pjanti ta’ varjetà differenti ma jridx jaqbeż il-0,1 %; (c) fil-proġeni diretta in-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus ħafif jew gravi ma jridx jaqbeż l-4 %. 2. Il-patata taż-żerriegħa ċertifikata għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ma’ l-ispezzzjoni uffiċjali tal-pjanti li qegħdin jikbru n-numru affettwat minn blackleg ma jridx jaqbeż il-4 %; (b) fil-proġeni diretta n-numru ta’ pjanti li ma jitrabbewx b’mod lejali għall-varjetà ma jridx jaqbeż il-0,5 % u n-numru ta’ pjanti ta’ varjetà differenti ma jridx jaqbeż il-0,2 %; (c) fil-proġeni diretta n-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus gravi ma jridx jaqbeż l-10 %. Mużajka ħafifa li tikkawża diskolorazzjoni u mhux deformazzjoni tal-weraq għandha tiġi njorata. 3. Fl-assessjar tal-proġeni ta’ varjetà affettwata minn marda tal-virus kronika, sintomi ħfief ikkawżati mill-virus msemmi m’għandhomx jitqiesu. 4. It-tolleranzi permessi taħt punti 1(c), 2(c) u 3 huma applikabbli biss fejn il-mard tal-virus huwa kkawżat minn virus li huma prevalenti fl-Ewropa. 5. L-art ta’ produzzjoni ma tridx tkun infettata minn Heterodera rostochiensis Woll. 6. Il-wiċċ irid ikun ħieles minn: (a) Synchytrium endobioticum (Schilb.) Perc., (b) Corynebacterium sepedonicum (Spieck. et Kotth.) Skapt. u Burkh. -------------------------------------------------- L-ANNESS II KONDIZZJONIJIET TA’ KWALITÀ MINIMI GĦAL LOTTIJIET TA’ PATATA TAŻ-ŻERRIEGĦA A. Tolleranzi permessi għall-impuritajiet, tbajja u mard li ġejjin għal patata taż-żerriegħa: 1.presenza ta' ħamrija u materja barranija; | 2 % skond l-użin | 2.taħsir niexef jew imxarrab, minbarra jekk ikun ikkawżat minn Synchytrium endobioticum, Corynebacterium sepedonicum jew Pseudomonas solanacearum; | 1 % skond l-użin | 3.tbajja esterni p.e. tuberi li jkunu tilfu l-għamla tagħhom jew danneġġjati; | 3 % skond l-użin | 4.scab komuni: tuberi li aktar minn terz tal-wiċċ tagħhom huma affettwati. | 5 % skond l-użin | Tolleranza totali għall-punti 2 sa 4. | 6 % skond l-użin | B. Il-patata taż-żerriegħa għandha tkun ħielsa minn Heterodera rostochiensis, Synchytrium endobioticum, Corynebacterium sepedonicum u Pseudomonas solanacearum. -------------------------------------------------- L-ANNESS III TIKKETTA A. Tagħrif meħtieġ 1. "Regoli u livelli tal-KE" 2. Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom 3. Numru ta’ identifikazzjoni tal-produttur jew numru ta’ referenza tal-lott 4. Xahar u sena ta’ meta jsir l-issiġillar 5. Varjetà, indikata għall-inqas f’karattri rumani 6. Pajjiż ta’ produzzjoni 7. Kategorija u, jekk mixtieq, grad 8. Daqs 9. Użin nett dikjarat B. Dimensjonijiet minimi 110 mm × 67 mm -------------------------------------------------- L-ANNESS IV PARTI A DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA (riferiti fl-Artikolu 29) Direttiva 66/403/KEE (ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2320/66) | | Direttiva tal-Kunsill 69/62/KEE (ĠU L 48, tas-26.2.1969, p. 7) | | Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 24) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37) | tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/403/KEE fl-Artikoli 1 u 2 | Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 75/444/KEE (ĠU L 196, tas-26.7.1975, p. 6) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 76/307/KEE (ĠU L 72, tat-18.3.1976, p. 16) | l-Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 77/648/KEE (ĠU L 261, ta' l-14.10.1977, p. 21) | | Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 78/816/KEE (ĠU L 281, tas-6.10.1978, p. 18) | | Direttiva tal-Kunsill 79/967/KEE (ĠU L 293, ta' l-20.11.1979, p. 16) | l-Artikolu 1 biss | Direttiva tal-Kunsill 80/52/KEE (ĠU L 18, ta' l-24.1.1980, p. 29) | | Direttiva tal-Kunsill 81/561/KEE (ĠU L 203, tat-23.7.1981, p. 52) | l-Artikolu 2 biss | Direttiva tal-Kunsill 84/218/KEE (ĠU L 104, tas-17.4.1985, p. 19) | | Direttiva tal-Kunsill 86/215/KEE (ĠU L 152, tas-6.6.1986, p. 46) | | Direttiva tal-Kunsill 87/374/KEE (ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 36) | | Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, tas-17.6.1988, p. 82) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 88/359/KEE (ĠU L 174, tas-6.7.1988, p. 51) | | Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 89/366/KEE (ĠU L 159, ta' l-10.6.1989, p. 59) | | Direttiva tal-Kunsill 90/404/KEE (ĠU L 208, tas-7.8.1990, p. 30) | | Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48) | tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/403/KEE fl-Artikolu 2 u fl-Anness II (1)(4) | Direttiva tal-Kummissjoni 91/127/KEE (ĠU L 60, tas-7.3.1991, p. 18) | | Direttiva tal-Kummissjoni 92/17/KEE (ĠU L 82, tas-27.3.1992, p. 69) | | Direttiva tal-Kummissjoni 93/3/KEE (ĠU L 54, tal-5.3.1993, p. 21) | | Direttiva tal-Kummissjoni 93/108/KEE (ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 39) | | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/16/KE (ĠU L 6, tad-9.1.1996, p. 19) | | Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10) | l-Artikolu 4 biss | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/90/KE (ĠU L 27, tat-30.1.1997, p. 49) | | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/111/KE (ĠU L 28, ta' l-4.2.1998, p. 42) | | Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 1) | l-Artikolu 4 biss | Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 27) | l-Artikolu 4 biss | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/49/KE (ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 30) | | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/742/KE (ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 39) | | PARTI B DATI TA' L-GĦELUQ GĦAT-TRASPOÆIZZJONI F'LIĠI NAZZJONALI (riferiti fl-Artikolu 29) Direttiva | Dati ta' l-għeluq għat-traspożizzjoni | 66/403/KEE | 1 ta' Lulju 1968 (l-Artikolu 13(1)) 1 ta' Lulju 1969 (disposizzjonijiet oħra) | 69/62/KEE | 1 July 1969 | 71/162/KEE | 1 ta' Lulju 1970 (l-Artikolu 4(3)) 1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 4(1)) 1 ta' Lulju 1971 (disposizzjonijiet oħra) | 72/274/KEE | 1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1) 1 ta' Jannar 1973 (l-Artikolu 2) | 72/418/KEE | 1 ta' Lulju 1973 | 73/438/KEE | 1 ta' Lulju 1973 (l-Artikolu 4(1)) 1 ta' Jannar 1974 (l-Artikolu 4(2)) | 75/444/KEE | 1 ta' Lulju 1977 | 76/307/KEE | 1 ta' Lulju 1975 | 77/648/KEE | 1 ta' Jannar 1977 | 78/692/KEE | 1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 4) 1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra) | 78/816/KEE | 1 ta' Lulju 1978 | 79/967/KEE | 1 ta' Jannar 1980 | 80/52/KEE | 1 ta' Lulju 1979 | 81/561/KEE | | 84/218/KEE | | 86/215/KEE | | 87/374/KEE | | 88/332/KEE | | 88/359/KEE | | 88/380/KEE | 1 ta' Lulju 1990 | 89/366/KEE | | 90/404/KEE | | 90/654/KEE | | 91/127/KEE | | 92/17/KEE | | 93/3/KEE | 28 ta' Frar 1993 | 93/108/KE | 1 ta' Diċembru 1993 | 96/72/KE | 1 ta' Lulju 1997 | 98/95/KE | 1 ta' Frar 2000 (Corrigendum ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 23) | 98/96/KE | 1 ta' Frar 2000 | -------------------------------------------------- L-ANNESS V TABELLA TAL-KORRELAZZJONI Direttiva 66/403/KEE | Din id-Direttiva | L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 17 | L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 1(a) | L-Artikolu 2(a) | L-Artikolu 2(1)(A)(a) | L-Artikolu 2(b)(i) | L-Artikolu 2(1)(A)(b) | L-Artikolu 2(b)(ii) | L-Artikolu 2(1)(A)(c) | L-Artikolu 2(b)(iii) | L-Artikolu 2(1)(A)(d) | L-Artikolu 2(b)(iv) | L-Artikolu 2(1)(B)(a) | L-Artikolu 2(c)(i) | L-Artikolu 2(1)(B)(b) | L-Artikolu 2(c)(ii) | L-Artikolu 2(1)(B)(c) | L-Artikolu 2(c)(iii) | L-Artikolu 2(1)(B)(d) | L-Artikolu 2(c)(iv) | L-Artikolu 2(1)(C)(a) | L-Artikolu 2(d)(i) | L-Artikolu 2(1)(C)(b) | L-Artikolu 2(d)(ii) | L-Artikolu 2(1)(C)(c) | L-Artikolu 2(d)(iii) | L-Artikolu 2(2) | – | L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 3(2)(A) | L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 3(2)(B) | – | L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 3(a) | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 4(a) | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 5(a) | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 10(1) | L-Artikolu 7(2) | L-Artikolu 10(2) | L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 10(3) | L-Artikolu 7(4) | – | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 13 | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 14 | L-Artikolu 11(a) | L-Artikolu 15 | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 16 | L-Artikolu 13 | L-Artikolu 17 | L-Artikolu 13(a) | L-Artikolu 18 | L-Artikolu 13(b) | L-Artikolu 19 | L-Artikolu 14 | L-Artikolu 20 | L-Artikolu 15(1) | L-Artikolu 21(1) | L-Artikolu 15(2) | L-Artikolu 21(2) | L-Artikolu 15(2)(a) | L-Artikolu 21(3) | L-Artikolu 15(3) | L-Artikolu 21(4) | L-Artikolu 16 | L-Artikolu 22 | L-Artikolu 18 | L-Artikolu 23 | L-Artikolu 19(a) | L-Artikolu 24 | L-Artikolu 19 | L-Artikolu 25 | L-Artikolu 20 | L-Artikolu 26 | L-Artikolu 20(a)(1) | L-Artikolu 27(1) | L-Artikolu 20(a)(2)(i) | L-Artikolu 27(2)(a) | L-Artikolu 20(a)(2)(ii) | L-Artikolu 27(2)(b) | L-Artikolu 21 | – | – | L-Artikolu 28 | – | L-Artikolu 29 | – | L-Artikolu 30 | – | L-Artikolu 31 | L-ANNESS I | L-ANNESS I | L-ANNESS II | L-ANNESS II | L-ANNESS III, Parti A(1) | L-ANNESS III, Parti A(1) | L-ANNESS III, Parti A(2) | L-ANNESS III, Parti A(2) | L-ANNESS III, Parti A(3) | L-ANNESS III, Parti A(3) | L-ANNESS III, Parti A(3)(a) | L-ANNESS III, Parti A(4) | L-ANNESS III, Parti A(4) | L-ANNESS III, Parti A(5) | L-ANNESS III, Parti A(5) | L-ANNESS III, Parti A(6) | L-ANNESS III, Parti A(6) | L-ANNESS III, Parti A(7) | L-ANNESS III, Parti A(7) | L-ANNESS III, Parti A(8) | L-ANNESS III, Parti A(8) | L-ANNESS III, Parti A(9) | L-ANNESS III, Parti B | L-ANNESS III, Parti B | – | L-ANNESS IV | – | L-ANNESS V | --------------------------------------------------