Id-Direttiva 2002/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar it-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi bil-mutur b'żewġ roti u bi tlieta u li temenda d-Direttiva 97/24/KETest b'relevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 252 , 20/09/2002 P. 0020 - 0032
CS.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
ET.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
HU.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
LT.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
LV.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
MT.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
PL.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
SK.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
SL.ES Chapter 07 Volume 007 P. 51 - 61
Id-Direttiva 2002/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar it-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi bil-mutur b'żewġ roti u bi tlieta u li temenda d-Direttiva 97/24/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl- l-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-1 ta' Mejju 2002, Billi: (1) Il-ħames programm ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, li fl-approċċ ġenerali tiegħu kien approvat mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, fil-laqgħa tal-Kunsill, ta' l-1 ta' Frar 1993 [4], jipprovdi biex isiru sforzi addizzjonali għal tnaqqis konsiderevoli fil-livell preżenti ta' emissjonijiet ta' tniġġis minn vetturi bil-mutur. (2) Id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi bil-mutur ta' żewġ jew tliet roti [5] hija waħda mid-Direttivi separati skond il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 li tirrelata għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti [6]. (3) Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE, il-Kummissjoni hija meħtieġa illi tissottometti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien 24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, proposta ppreparata a bażi ta' riċerka u stima ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji derivati mill-applikazzjoni tal-valuri ta' limitu magħmula iktar stretti u li tistabbilixxi stadju sussegwenti li tulu jiġu adottati miżuri intiżi sabiex dejjem isaħħu l-valuri ta' limitu għal tniġġis tal-vetturi kkonċernati. Din l-azzjoni hija limitata għal muturi, ladarba stadju sussegwenti li jinvolvi valuri ta' limitu iktar stretti għal ċiklomuturi, li għandu jiġi applikat mis-17 ta' Ġunju 2002, huwa diġà previst fid-Direttiva 97/24/KE. (4) A bażi ta' l-istima tal-prattikabilità teknika u r-renditi, ġie identifikat sett wieħed ta' limiti ta' testijiet tat-Tip I ġdid, applikabbli mill-2003 għall-muturi kollha, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta' 60 % għal idrokarburi u monossidu tal-karbun għal muturi b'erba' taħrikiet, u 70 % għal idrokarbuni u 30 % għal monossidu tal-karbun għal muturi b'żewġ taħrikiet. Fil-każ ta' muturi b'erba' taħrikiet, tnaqqis ulterjuri fl-ossidi tan-nitroġenu ma kinux ikkunsidrati prattikabbli mat-teknoloġiji maħsuba. Għal muturi b'żewġ taħrikiet, l-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' injezzjoni diretta avvanzata, li għandha l-ikbar potenzjal ta' tnaqqis f'termini ta' monossidu tal-karbun u idrokarbuni, hija inevitabbilment marbuta ma' żieda moderata tal-limitu ta' ossidi tan-nitroġenu, meta mqabbla mal-valur limitu preżenti, u b'hekk iġġib il-limitu in linja ma' muturi b'erba' taħrikiet. A bażi ta' l-inventarju ta' l-emissjonijiet, li jikkonferma s-sehem marġinali ta' muturi fl-emissjonijiet totali ta' transport fit-triq ta' ossidi tan-nitroġenu, dan huwa meqjus bħala aċċettabbli. (5) Fid-dawl tal-karatteristiċi speċjali u l-użu ta' ċerti kategoriji ta' vetturi magħrufa bħala enduro u muturi ta' prova u wara li tiġi kkunsidrata l-kontribuzzjoni żgħira ħafna tagħhom għall-emissjonijiet totali, dovuti għan-numru żgħir ta' dawn il-vetturi mibjugħa kull sena fl-Ewropa, deroga temporanja, fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-limiti ġodda fl-2003, għandha tingħata sabiex fabbrikanti jitħallew jintroduċu t-teknoloġija approprjata. (6) L-Ispezzjoni u l-manutenzjoni huma meqjusa bħala essenzjali sabiex jiżguraw illi l-livelli ta' emissjoni tal-vetturi l-ġodda ma jeċċedux il-livelli aċċettabbli eżistenti. F'dan ir-rigward, u in linja mad-disposizzjonijiet għal karrozzi tal-passiġġieri, il-ħtiġiet għall-ittestjar tat-tip II, u b'mod partikolari l-limitu għall-kontenut ta' monossidu tal-karbun ta' 4,5 % skond il-volum, għandhom jiġu ssostitwiti bi ħtiġiet għall-kejl u r-reġistrazzjoni tad-data neċessarja għall-iskop ta' kontrolli tekniċi. (7) Triċikli u kwadriċikli huma mgħammra b'inġenji jew b'injezzjoni bix-xrar jew b' injezzjoni kompressa (diżil); in linja mal-limiti ta' emissjonijiet għal karrozzi tal-passiġġieri, kull kategorija teħtieġ sett separat ta' valuri limiti. F'dan ir-rigward il-kwistjoni ta' emissjonijiet ta' partiċelli jeħtieġ li tiġi indirizzata fil-futur. (8) Il-karatteristiċi ta' karburanti ta' referenza użati għall-ittestjar ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu allinejati ma' dawk applikabbli għal karozzi tal-passiġġieri, u hekk jiriflettu t-tibdiliet fl-ispeċifikazzjonijiet ta' karburant tas-suq skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità ta' karburanti ta' petrol u diżil. (9) L-Istati Membri għandhom jitħallew, permezz ta' inċentivi tat-taxxa, jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq ta' vetturi illi jissodisfaw il-ħtiġiet adottati fuq livell Komunitarju u li jippromwovu teknoloġiji ambjentalment iktar avvanzati a bażi ta' valuri mandatorji ta' emissjonijiet; dawn l-inċentivi għandhom jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet intiżi sabiex jiġi evitati distorsjonijiet fis-suq intern; din id-Direttiva ma teffetwax id-dritt ta' l-Istati Membri illi jiġu inklużi emissjonijiet ta' pollutanti u sustanzi oħra fil-bażi tal-kalkoli tat-taxxi tat-traffiku fit-triq fuq vetturi b'żewġ u bi tliet roti. (10) Skond it-Trattat, Stati Membri jistgħu inter alia joffru inċentivi fiskali jew finanzjarji għar-riadattament ta' vetturi bil-mutur aktar antiki b'żewġ u bi tliet roti, jekk b'hekk jissodisfaw il-valuri ta' limitu li jinsabu f'din id-Direttiva jew fil-verżjoni aktar antika tad-Direttiva 97/24/KE. (11) Għandu jiġi introdott ċiklu ta' test ġdid ta' l-approvazzjoni tat-tip li jippermetti valutazzjoni aktar rappreżentattiva tal-prestazzjoni ta' l-emissjonijiet, f'kondizzjonijiet ta' test li jixbħu iktar mill-qrib dawk li jiltaqgħu magħhom vetturi li jintużaw, u li jieħu kont tad-differenza fil-mudelli ta' sewqan bejn muturi żgħar u kbar. Qiegħed isir xogħol addizzjonali ta' żvilupp sabiex jappoġġa l-introduzzjoni ta' ċiklu ta' test ġdid b'mod xjentifiku addattat. (12) Huwa neċessarju illi jiġi stabbilit stadju ulterjuri ta' limiti mandatorji ta' emissjonijiet b'effett mill-2006 li jinkludi tnaqqis ulterjuri sostanzjali fir-rigward tal-valuri ta' limitu għall- 2003. (13) Sabiex tiġi assigurata konformità mal-valuri ta' limitu ta' emissjoni, għandu jiġi introdott ittestjar ta' konformità ta' vetturi bil-mutur fis-servizz b'żewġ u bi tliet roti (testijiet fis-servizz) mill-1 ta' Jannar 2006. Għandhom jiġu introdotti ħtiġiet speċifiċi għall-operazzjoni korretta ta' tagħmir tal-kontroll ta' emissjonijiet tul il-ħajja normali ta' muturi b'żewġ jew bi tliet roti mill-1 ta' Jannar 2006 għal sa 30000 km. (14) Għandu jiġi żgurat ukoll li l-kondizzjonijiet ta' operazzjoni ta' vetturi bil-mutur b'żewġ u bi tliet roti li jintużaw jikkorrispondu għas-settings għaċ-ċiklu tat-test u li ebda tagħmir ta' telf jew arranġamenti ta' qerq oħra ma jintużaw. (15) Ladarba vetturi bil-mutur b'żewġ u bi tliet roti jipproduċu proporzjon li dejjem tiżdied ta' l-emissjonijiet totali ta' CO2 minn fonti ta' trasport, emissjonijiet ta' CO2 u/jew il-konsum ta' karburant ta' vetturi bil-mutur b'żewġ u bi tliet roti għandu jiġi stabbilit malajr kemm jista' jkun u jiġu inkorporati fl-istrateġija Komunitarja għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' CO2 tat-trasport fit-triq. (16) In vista tas-suq globali għal muturi u ta' problemi simili ta' kwalità ta' l-arja mad-dinja kollha, huwa tajjeb li jkun hemm sforz lejn ċiklu tat-test armonizzat. Wieħed jinnota li l-Kummissjoni tkompli fl-isforzi tagħha sabiex tiffinalizza dan it-test ċiklu armonizzat mal-partijiet kollha l-oħra involuti fi swieq oħra u tikkonkludi dan malajr kemm jista' jkun. Iċ-ċiklu tat-test dinji ta' l-emissjonijiet tal-muturi mad-dinja kollha bħalissa elaborat f'Ġinevra mill-Partit ta' Ħidma 29 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa huwa bażi tajba. Huwa approprjat illi jiġi introdott dan iċ-ċiklu tat-test ġdid mad-dinja kollha bħala alternattiva għall-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip għat-tieni stadju fl-2006. Meta jkun ġie rikonoxxut b'mod wiegħsa u għall-fażijiet ulterjuri ta' tnaqqis kollha ċ-ċiklu tat-test il-ġdid jista' jsir il-bażi regolari ta' l-approvazzjoni tat-tip. (17) L-objettiv ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri dik tat-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet ta' tniġġis minn vetturi bil-mutur b'żewġ u bi tliet roti, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk għar-raġuni ta' l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju. Il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hin minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. (18) Id-Direttiva 97/24/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva timmira sabiex tnaqqas il-livell ta' emissjonijiet ta' tniġġis minn vetturi bil-mutur b'żewġ u bi tliet roti billi tirrestrinġi l-valuri ta' limitu għal dawn l-emissjonijiet. Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' April 2003, l-ebda Stat Membru ma jista', fuq bażijiet li jirrelataw għall-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja: (a) jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 4(1) tad- Direttiva 92/61/KEE, jew (b) jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-seħħ ta' vetturi, jekk il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 97/24/KE. 2. B'effett mill-1 ta' April 2003, Stati Membri għandhom jirrifjutaw illi jagħtu approvazzjoni tat-tip KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/61/KEE għal kull tip ta' vettura fuq bażijiet li jirrelataw għall-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja, jekk tonqos li tikkonforma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE. Għat-test tat-tip I, il-valuri ta' limitu stabbiliti fir-ringiela A tat-Tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 mad-Direttiva 97/24/KE għandha tintuża. Għat-test tat-tip I, il-valuri ta' limitu stabbiliti fir-ringieli B tat-Tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 tad-Direttiva 97/24/KE għandhom jintużaw. 3. B'effett mill-1 ta' Lulju 2004, Stati Membri għandhom: (a) jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-Direttiva 92/61/KEE bħala mhux aktar validi; u (b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li mhumiex akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità skond id-Direttiva 92/61/KEE, fuq bażijiet li jirrelataw għall-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta' l-arja jekk il-vetturi jonqsu li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE. Għat-test tat-tip I tal-mopeds, il-valuri ta' limitu stabbiliti fit-tieni ringiela tat-Tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness I, is-Sezzjoni 2.2.1.1.3 tad-Direttiva 97/24/KE għandhom jintużaw. Għat-test tat-tip I għal muturi u triċikli, il-valuri ta' limitu stabbiliti fir-ringieli A tat-tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 tad-Direttiva 97/24/KE għandhom jintużaw. 4. Għal muturi tal-provi u enduro b'żewġ roti, skond id-Direttiva 92/61/KEE, id-data stabbilita fil-paragrafu 2 għandha tkun l-1 ta' Jannar 2004 u d-data stabbilita fil-paragrafu 3 għandha tkun l-1 ta' Lulju 2005. Muturi tal-provi huma ddefiniti bħala vetturi bil-karatteristiċi li ġejjin: (a) Għoli massimu tas-sedil: 700 mm; (b) Spazju minimu mill-art: 280 mm; (ċ) Kapaċità massima tat-tank tal-karburant: 41 l; (d) Proprozjon minimu global ital-gear (proporzjon primarju × proporzjon tal-gear × proporzjon finali tal-ġibda) ta' 7,5. Muturi enduro huma definiti bħala vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin: (a) Għoli minimu tas-sedil ta' 900 mm; (b) Spazju minimu mill-art 310 mm; (ċ) Proporzjon minimu global ital-gear fl-ogħla gear (proporzjon primarju × proporzjon tal-gear × proporzjon finali tal-ġibda) ta' 6,0. Artikolu 3 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2006, Stati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/61/KEE għal tip ġdid ta' vettura fuq bażijiet li jirrelataw għal miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja, jekk tonqos li tikkonforma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE. Għat-test tat-tip I, il-valuri ta' limitu stabbiliti fir-ringieli B tat-Tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 mad-Direttiva 97/24/KE għandhom jintużaw. 2. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, Stati Membri għandhom: (a) jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-Direttiva 92/61/KEE bħala m'għadhomx validi; u (b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li mhumiex akkumpanjati minn ċertifikat ta' konformità skond id-Direttiva 92/61/KEE, fuq bażijiet li jirrelataw għall-miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġiż ta' l-arja jekk il-vetturi jonqsu li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE. Għal tip ta' vetturi li mhux aktar minn 5000 unità minnhom huma mibjugħa annwalment fl-Unjoni Ewropea, id-data għandha tkun l-1 ta' Jannar 2008. Artikolu 4 1. Stati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għal inċentivi tat-taxxa biss fir-rigward ta' vetturi li jikkonformaw mad-Direttiva 97/24/KE. Dawn l-inċentivi għandhom jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) għandhom japplikaw għall-vetturi ġodda kollha offerti għall-bejgħ fis-suq ta' Stat Membru li jikkonformaw bil-quddiem mal-valuri ta' limitu mandatorji stabbiliti fir-ringiela A tat- Tabella A fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 mad-Direttiva 97/24/KE; għandhom jiġu terminati b'effett mill-applikazzjoni mandatorja tal-valuri ta' limitu ta' emissjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) għal vetturi ġodda; jew (b) għandhom japplikaw għall-vetturi ġodda kollha offerti għall-bejgħ fis-suq ta' Member State li jikkonformaw bil-quddiem mal-valuri ta' limitu mandatorji stabbiliti fir-ringieli B tat-Tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 tad-Direttiva 97/24/KE. Għandhom jispiċċaw fid-data ta' l-applikazzjoni mandatorja tal-valuri ta' limitu ta' l-emissjoni għal vetturi ġodda stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Direttiva. 2. Għal kull tip ta' vettura msemmija fil-paragrafu 1, l-inċentivi tat-taxxa għandhom ikunu għal ammont iktar baxx mill-ispiża addizzjonali biex jiġu ottenuti u armati fuq il-vettura s-soluzzjonijiet tekniċi introdotti sabiex jassiguraw konformità mal-valuri stabbilita fi jew ir-ringiela A jew ir-ringiela B tat-Tabella fil-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 mad-Direttiva 97/24/KE. 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata f'ħin suffiċjenti bil-pjanijiet sabiex jinħolqu jew jinbidlu l-inċentivi tat-taxxa msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tkun tista' tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha. Artikolu 5 Approvazzjonijiet tat-tip għandhom ukoll jikkonfermaw l-operazzjoni korretta tat-tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet tul il-ħajja normali ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti sa mill-1 ta' Jannar 2006 għal tipi ta' vetturi ġodda u sa mill-1 ta' Jannar 2007 għat-tipi ta' vetturi kollha sa 30000 km. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2002 proposta li tiddefinixxi "ħajja normali" u tistabbilixxi disposizzjonijiet supplimentari. Fl-analiżi tagħha tal-benefiċċju ta' l-ispejjeż il-Kummissjoni għandha toqgħod partikolarment attenta għall-effetti li l-proposti tagħha għandhom fuq impriżi żgħar u medji. Artikolu 6 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2006 għal vetturi bil-mutur ġodda b'żewġ jew bi tliet roti u mill-1 ta' Jannar 2007 għat-tipi kollha ta' vetturi, approvazzjonijiet tat-tip mogħtija lil vetturi għandhom ukoll jeħtieġu konferma ta' l-operazzjoni korretta ta' tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet matul il-ħajja normal tal-vettura taħt kondizzjonijiet normali ta' użu (konformità ta' vetturi fis-servizz li jinżammu u jintużaw tajjeb). 2. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tiddefinixxi "ħajja normali" u tistabbilixxi disposizzjonijiet supplimenatri. Għandhom jinkludu, inter alia, jekk xieraq: - kriterji biex jitwettqu kontrolli, - kriterji għall-għażla tal-vetturi li għandhom jiġu ttestjati, - kriterji biex jitwettqu t-testijiet, - regoli għall-eliminazzjoni ta' l-iżbalji possibbli, - il-kriterju illi ma jkun hemm l-ebda piż għas-sid/it-titolari tal-vettura. Fl-analiżi tagħha dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż il-Kummissjoni għandha toqgħod partikolarment attenta għall-effetti li l-proposti tagħha għandhom fuq impriżi żgħar u medji. Artikolu 7 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip KE u għandhom jirrifjutaw approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal vettura b'żewġ jew bi tliet roti jekk l-emmissjoni ta' C02 u l-konsum ta' karburant tagħha mhumiex stabbiliti skond id-disposizzjonijiet rilevanti 2. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007 Stati Membri għandhom: - jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi bil-mutur ġodda b'żewġ roti b'kapaċità ta' l-inġenju ta' aktar minn 150 cm3 skond id-Direttiva 92/61/KEE bħala mhux aktar validi, u - jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda mhux akkumpanjati b'ċertifkat ta' konformità skond id-Direttiva 92/61/KEE, jekk l-emissjonijiet tagħhom ta' C02 u l-konsum ta' karburant mhumiex stabbiliti skond id-disposizzjonijiet rilevanti. Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra restrinġiment ulterjuri fl-istandards ta' emissjoni tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id- Direttiva, b'kont meħud ta': (a) żviluppi tekniċi fil-kamp tat-teknoloġija tal-kontroll ta' l-emmissjoni u l-kapaċità teknika u ekonomika tagħhom fir-rigward ta' l-applikazzjoni tagħhom għal muturi, kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom fis-suq divers li dawn il-vetturi jissodisfaw; (b) l-avvanzi fl-iżvilupp ta' ċiklu ta' test aktar rappreżentattiv għal muturi li jirrimedja l-limitazzjonijiet kurrenti taċ-ċiklu kurrenti tat-test, bħal cold start u dinamiċi ta' sewqan għoli; (ċ) l-opportunità li jiġi armonizzat iċ-ċiklu tat-test fuq skala dinjija; (d) il-korrelazzjoni tal-valuri limit bejn iċ-ċiklu tat-test kurrenti u dak ġdid; (e) xogħol ulterjuri fuq emissjonijiet ta' partiċelli, u l-ħruġ ta' emissjonijiet ta' partiċelli minn inġenji b'injezzjoni kompressa u b'injezzjoni bix-xrar; (f) xogħol kontinwu fuq il-konformità ta' reżistenza u użu; (g) xogħol ulterjuri fuq cold starting, sistemi ta' djanjostika abbord (OBD), u emissjonijiet ta' evaporazzjoni; (h) xogħol kontinwu fuq is-sostituzzjoni ta' konvertituri katalitiċi; (i) l-Impatt ekonomiku fuq produzzjoni ta' serje żgħira u fuq fabbrikanti ta' volum żgħir; Barra minn hekk il-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija għall-kejl ta' emissjonijiet speċifiċi CO2 minn vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti. 2. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, tissottometti lill-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku proposta li tistabbilixxi metodu ta' test għall-kejl ta' emissjonijiet ta' partiċelli skond ir-riżultati ta' l-istudji kif preskritti fil-paragrafu 1(e), li għandha tiġi applikata għall-approvazzjonijiet ġodda tat-tip mill-1 ta' Jannar 2004. 3. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fiha: (a) valuri ta' limitu mandatorji ta' l-emissjonijiet li għandhom jintużaw fit-test tat-Tip I għal triċikli u kwadriċikli għat-tieni stadju mandatorju mill-2006 u valuri ta' limitu mandatorji ta' emissjoni għal emissjonijiet tal-partiċelli skond ir-riżultati ta' l-istudji preskritti fil-paragrafu 1(e). (b) obbligu sabiex jitkejlu l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 7. Il-Kummissjoni għandha wkoll tissottometti proposti approprjati għall-inklużjoni ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti fl-istrateġija Komunitarja għat-tnaqqis ta' emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport (ftehim għat-tnaqqis ta' emissjonijiet medji tas-CO2, l-ittikkettar, l-inċentivi tat-taxxa); (ċ) disposizzjonijiet li jirrelataw għar-reżistenza li għandhom jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2006, skond l-Artikolu 5; (d) ħtiġiet għall-inklużjoni ta' testing ta' konformità fuq vetturi fis-servizz (testijiet fi-sservizz) fil-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti b'effett mill-1 ta' Jannar 2006 skond l-Artikolu 6; (e) sett ġdid ta' valuri ta' limitu (stadju III) għal ċiklomuturi, inklużi emissjonijiet tal-partiċelli skond ir-riżultati ta' l-istudji preskritti fil-pargrafu 1(e), li għandhom jiġu applikati sa mill- 2006. Id-disposizzjonijiet dwar il-ħtiġiet ta' reżistenza u l-obbligu għall-kejl ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-approvazzjoni tat-tip jiġu applikati wkoll għal mopeds. 4. IL-Kummissjoni għandha tissotometti proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jikkonċernaw l-ispezzjoni u l-manutenzjoni, il-kontroll ta' OBD u ta' l-emissjonijiet evaporattivi. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiżgura illi biss partijiet għal sostituzzjoni u addattament għal sistemi ta' l-ispurgar li jikkonformaw mad-Direttiva 97/24/KE u din id-Direttiva jitqiegħdu fis-suq. Il-ħruġ ta' l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun suffiċjentement verifikabbli u d-data dwar l-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa għandhom jinstabu u jiġu rintraċċati malajr, b'mod effiċjenti u trasparenti fis-sistema Ewropea tad-data. 5. Malajr kemm jista' jkun u fl-iktar tard wara l-iżvilupp tekniku taċ-ċiklu dinji tat-test, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-inklużjoni tiegħu u sett ġdid ta' valuri ta' limitu, li jinkludu emissjonijiet ta' partiċelli għal inġenji b'injezzjoni kompressa u inġenji b'injezzjoni bix-xrar b'żewġ taħrikiet. Dawn il-valuri ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti f'korrelazzjoni għat-tieni stadju mandatorju fl-2006 ta' din id-Direttiva (ringiela B, fit-tabella tal-Kapitolu 5, l-Anness II, is-Sezzjoni 2.2.1.1.5 (tad-Direttiva 97/24/KE) sabiex jiggarantixxu l-istess livell ta' emissjoni. Iċ-ċiklu tat-test għandu jiġi introdott flimkien ma' dawn il-valuri ta' limitu ġodda (ir-ringiela Ċ li għandha tiġi inserita fit-tabella il-Kapitolu 5, l-Anness II, is-sezzjoni 2.2.1.1.5 tad-Direttiva 97/24/KE) bħala alternattiva għall-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip bl-għażla tal-fabbrikant għat-tieni stadju mandatorju fl-2006. In linja ma' l-adozzjoni taċ-ċiklu tat-test ġdid dinji f'reġjuni oħra imbagħad isir l-unika proċedura regolari ta' l-approvazzjoni tat-tip. Għal stadji ulterjuri fit-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' l-ispurgar wara l- 2006 iċ-ċiklu ġdid tat-test b' valuri ta' limitu bbażati fuq dan iċ-ċiklu jkunu l-unika proċedura valida ta' l-approvazzjoni tat-tip. Artikolu 9 Il-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE għandu jiġi emendat skond it-test fl-Anness ma' hawnhekk. Artikolu 10 Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amminsitrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-1 ta' April 2003. Għandhom jinfuraw bihom lill-Kummissjoni minnufih. Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 11 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fid-19 ta' Lulju 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU Ċ 337 E, tat-28.11.2000, p. 140 u ĠU Ċ 240 E, 28.8.2001, p. 146. [2] ĠU Ċ 123, tal-25.4.2001, p. 22. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Frar 2001 (ĠU Ċ 276, 1.10.2001, p. 135), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2001 (ĠU Ċ 301, 26.10.2001, p. 43) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001. Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 2002. [4] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1. [5] ĠU L 226, tat-18.8.1997, p. 1. [6] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. Id-Direttiva hekk kif l-aħħar emendata bid- Direttiva 2000/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 106, tat-3.5.2000, p. 1). -------------------------------------------------- ANNESS EMENDI GĦALL-KAPITOLU 5 TAD-DIRETTIVA 97/24/KE 1. L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Is-Sezzjoni 1.4 għandha tiġi sostitwita b'li ġej: 1.4. "Tniġġis tal-Gass" ifisser l-emissjonijiet ta' l-ispurgar tal-gass ta' monossidu tal-karbun, ossidi tan-nitroġenu espressi f'termini ta' ekwivalenti tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarbuni, li jassumu proporzjon ta' - C1H1,85 għall-petrol; - C1H1,86 għad- diżil. (b) Is-Sezzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu: 1.5. "Apparat ta' telf" ifisser apparat li jkejjel, iħoss jew jirrispondi għal varjabbli operattivi (e.g. il-veloċità tal-vettura, il-veloċità ta' l-inġenju, il-gear użat, it-temperatura, il-pressjoni tad-dħul jew xi parametru ieħor) għall-iskop ta' l-attivazzjoni, il-modulazzjoni, l-itardjar jew id-deattivazzjoni ta' l-operazzjoni ta' kull komponent jew funzjoni tas-sistema ta' kontroll ta' l-emissjoni b'tali mod illi l-effiċjenza tas-sistema' ta' kontroll ta' l-emissjoni titnaqqas taħt kondizzjonijiet li wieħed jiltaqa' magħhom waqt użu normali tal-vettura sakemm l-użu ta' dan l-apparat ma jiġix sostanzjalment inkluż fil-proċedura applikata tat-test ta' ċertifikazzjoni ta' l-emissjoni. 1.6. "Strateġija ta' kontroll ta' emissjoni irrazzjonali" tfisser kull strateġija jew miżura illi, meta l-vettura taħdem taħt kondizzjonijiet normali ta' użu, tnaqqas l-effettività tas-sistema' ta' kontroll ta' emissjoni sa livell inqas minn dak mistenni fil-proċedura applikabbli tat-test ta' emissjoni. ; (ċ) Is-Sezzjoni2.2.1.1 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 2.2.1.1. It-Test tat-tip I (kontroll tal-valur medju ta' emissjonijiet fil-pjap tat-tarf f'żona urbana b'konġestjoni għolja). 2.2.1.1.1. It-test jitwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 1. Il-metodi użati għall-ġbir u l-analiżi tat-tniġġis gassuż huma dawk stabbiliti. 2.2.1.1.2. Il-Figura 1.2.2 turi r-rotot għat-test tat-tip I. 2.2.1.1.3. Il-vettura titqiegħed fuq dynamometer tax-chassis armat permezz ta' simulazzjoni ta' piż u inertia. 2.2.1.1.4. Matul it-test il-gassijiet ta' l-ispurgar huma ddiluwiti u kampjun proporzjonali huwa miġbur f'basket wieħed jew aktar. Il-gassijiet ta' l-ispurgar tal-vettura ttestjata huma ddiluwiti, jittieħdu kampjuni minnhom u jiġu analizzati, skond il-proċedura deskritta hawn taħt, u l-volum totali ta' l-ispurgar diluwit jitkejjel. +++++ TIFF +++++ Figura 1.2.2Flow chart għat-test tat-tip I 2.2.1.1.5. Soġġett għall-ħtiġiet għal 2.2.1.1.6, it-test għandu jiġi ripetut tliet darbiet. Il-masses li jirriżultaw mill-emissjonijiet gassużi ottenuti f'kull test għandhom ikunu inqas mil-limiti murija fit-tabella hawn taħt (ir-ringieli A għal 2003 u r-ringieli B għal 2006): | Klassi | Piż ta' monossidu tal-karbun (CO) | Piż ta' idrokarbuni (HQ) | XPiż ta' l-ossidi tan-nitroġenu (NO) | L1 (g/km) | L2 (g/km) | L3 (g/km) | Valuri ta' limitu għal muturi (b'żewġ roti) għall-approvazzjoni tat-tip u konformità tal-produzzjoni A (2003) | I (< 150 cm') | 5,5 | 1,2 | 0,3 | II (≥ 150 cm') | 5,5 | 1,0 | 0,3 | B (2006) | I (< 150 cm') (UDC kiesaħ) [1] | 2,0 | 0,8 | 0,15 | II (≥ 150 cm') (UDC + EUD kiesaħ) [2] | 2,0 | 0,3 | 0,15 | Valuri ta' limitu għal triċikli u kwadriċikli għall-approvazzjoni tat-tip u konformità tal-produzzjoni (injezzjoni posittiva) A (2003) | Kollha | 7,0 | 1,5 | 0,4 | Valuri ta' limitu għal triċikli u kwadriċikli għall-approvazzjoni tat-tip u konformità tal-produzzjoni (injezzjoni kompressa) A (2003) | Kollha | 2,0 | 1,0 | 0,65 | 2.2.1.1.5.1. Minkejja l-ħtiġiet ta' 2.2.1.1.5., għal kull tniġġis jew kombinazzjoni ta' tniġġis, wieħed mit-tliet masses li jirriżultaw jista' jeċċedi, b'mhux aktar minn 10 %, il-limitu preskritt, sakemm il-medja aritmetika tat-tliet riżultati hija inqas mil-limitu preskritt. Meta l-limiti preskritti huma eċċeduti għal iktar minn tniġġis wieħed, huwa immaterjali jekk dan iseħħx fl-istess test jew f'testijiet differenti. 2.2.1.1.5.2. Waqt l-ittestjar għall-konformità mal-valuri ta' limitu fir-ringieli B għal 2006 għal muturi b'veloċità massima preskritta ta' 110 km/h, il-veloċità massima għaċ-ċiklu tas-sewqan extra-urban tiġi restritta għal 90 km/h. 2.2.1.1.6. In-numru ta' testijiet preskritti f'2.2.1.1.5 huwa mnaqqas għall-kondizzjonijiet iddefiniti hawn taħt, meta V1, huwa r-riżultat ta' l-ewwel test u V2 huwa r-riżultat tat-tieni test għal kull tniġġis. 2.2.1.1.6.1. Isir biss test wieħed biss jekk ir-riżultat ottenut għal kull tniġġis huwa inqas minn jew daqs 0,70 L (jiġifieri V1 ≤ 0,70 L). 2.2.1.1.6.2. Jekk il-ħtieġa ta' 2.2.1.1.6.1 mhijiex sodisfatta, isiru żewġ testijiet biss jekk, għal kull tniġġis huma sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin: V1 ≤ 0,85 L u V1 + V2 ≤ 1,70 L u V2 ≤ L. ; (d) It-Tabella I u t-Tabella II fis-Sezzjoni 2.2 għandhom jitħassru; (e) Is-Sezzjoni 2.2.1.2għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 2.2.1.2. Test tat-Tip II (test tal-monosidu tal-karbun bl-inġenju mqabbad biss) u data ta' emissjonijiet għal kontroll ta' l-inġenju. 2.2.1.2.1. Din il-ħtieġa tapplika għall-vetturi kollha mħaddma b'inġenju b'injezzjoni pożittiva li għalihom hija mfittxa l-approvazzjoni tat-tip KE skond din id-Direttiva. 2.2.1.2.2. Meta ttestjati skond l-Appendiċi 2 (test tat-tip II) waqt li hu mqabbad l-inġenju: - il-kontenut ta' monossidu tal-karbun skond il-volum tal-gassijiet ta' l-ispurgar emess hu rreġistrat. - il-veloċità ta' l-inġenju tul it-test għandha tiġi rreġistrata, inklużi kwalunkwe tolleranzi. 2.2.1.2.3. Meta ttestjat f'veloċità "għolja bl-inġenju mqabbad" (jiġifieri. >2000 min−1): - il-kontenut ta' monossidu tal-karbun skond il-volum tal-gassijiet ta' l-ispurgar emess hu rreġistrat. - il-veloċità ta' l-inġenju tul it-test għandha tiġi rreġistrata, inklużi kwalunkwe tolleranzi. 2.2.1.2.4. It-temperatura taż-żejt ta' l-inġenju fil-ħin tat-test għandha titkejjel u tiġi rreġistrata. 2.2.1.2.5. Id-data rreġistrata hija kompletata fis-Sezzjonijiet rilevanti tad-dokument, imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 92/61/KEE. ; (f) Is-Sezzjoni li ġejja għandha tiżdied: 2.3. L-użu ta' apparat ta' telf u/jew starteġija ta' kontroll ta'emissjonijiet irrazzjonali mhuwiex permess 2.3.1. L-apparat ta' kontroll ta' l-inġenju, funzjoni, sistema jew miżura jistgħu jiġu nstallati mal-vettura sakemm: - hija attivata biss għal dawk l-iskopijiett bħal protezzjoni tal-magna, cold starting jew warming up, jew - hija attivata biss għal dawk l-iskopijiet bħal sigurtà operazzjonali jew strateġiji ta' sigurtà u limp-home. 2.3.2. L-użu ta' apparat tal-kontroll ta' l-inġenju, il-funzjoni, is-sistema jew il-miżura li tirriżulta fl-użu ta' strateġija tal-kontroll ta' l-inġenju differenti jew modifikata għal dik normalment użata matul iċ-ċikli tat-test ta' l-emissjoni applikabbli jkunu permessi jekk, fil-konformità mal-ħtiġiet tas-sezzjoni 2.3.3, jidher ċar illi dik il-miżura ma tnaqqasx l-effettività tas-sistema' ta' kontroll ta' l-emissjoni. Fil-każijiet l-oħra kollha, dan l-apparat għandu jiġi kkunsidrat bħala apparat ta' telf. 2.3.3. Il-fabbrikant għandu jipprovdi pakkett ta' dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tas-sistema u l-mezzi li bihom tikkontrolla l-varjabbli ta' produzzjoni tagħha, kemm jekk il-kontroll huwa dirett kif ukoll jekk hu indirett. (a) Il-pakkett formali ta' dokumentazzjoni, li għandu jiġi fornit lis-servizz tekniku fil-ħin tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip, għandu jinkludi deskrizzjoni sħiħa tas-sistema'. Din id-dokumentazzjoni tista' tkun qasira sakemm turi provi li l-produzzjonijiet kollha permessi minn matriċi ottenut minn firxa ta' kontroll ta' l-inputs individwali ta' unitajiet ġew identifikati. Id-dokumentazzjoni għandha tikkontjeni wkoll ġustifikazzjoni għall-użu ta' kull apparat ta' kontroll ta' l-ingenju, funzjoni jew miżura u tinkludi materjal addizzjonali u data tat-test sabiex jintwera l-effett fuq emissjonijiet ta' l-ispurgar ta' kull apparat ta' dan it-tip installat fil-vettura. Din l-informazzjoni għandha tiġi mehmuża mad-dokumentazzjoni meħtieġa fl-Anness V. (b) Materjal addizzjonali illi juri l-parametri li huma modifikati permezz ta' kwalunkwe apparat ta' kontroll ta' l-ingenju, funzjoni, sistema jew miżura u l-kondizzjonijiet tal-limiti li taħthom joperaw il-miżuri. Il-materjal addizzjonali għandu jinkludi deskrizzjoni tal-loġika ta' kontroll tas-sistema tal-karburant, ta' l-istrateġiji tal-ħin u l-punti switch tul il-modi kollha ta' operazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tibqa' strettament kunfidenzjali u tinżamm mill-fabbrikant, iżda għandha tkun miftuħa għal ispezzjoni fil-ħin ta' l-apporvazzjoni tat-tip. ; (g) Is-Sezzjoni 3.1.1. għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 3.1.1. Vettura tittieħed mis-serje u tigi soġġettata għat-test deskritt f' 2.2.1.1. Il-valuri ta' limitu għall-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni huma dawk indikati fit-tabella fis-Sezzjoni 2.2.1.1.5. ; (h) Is-Sezzjoni preċedenti 3.1.1 għandha tiġi enumerata mill-ġdid għal 3.1.2 u tiġi emendata kif ġej: -il-kliem "Tabelli I u II" għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem "it-Tabella fis-Sezzjoni 2.2.1.1.5"; -il-kliem "it-Tabelli msemmija f' 2.2.1.1.2" għandhom jiġu ssostitwiti b'"it-Tabella fis-Sezzjoni 2.2.1.1.5"; (i) is-Sezzjoni 3.1.3 ta' l-Appendiċi 1 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 3.1.3. l-issikar tas-sistema ta' intake tista' tiġi kkontrollata sabiex jiġi assigurat li l-karburazzjoni mhijiex effetwata b'intake aċċidentali ta' l-arja. ; (j) fis-Sezzjoni 5.3.1 ta' l-Appendiċi 1, l-aħħar sentenza għandha tinqara kif ġej:Żewġ ċikli kompleti ta' pre-kondizzjonament jitwettqu qabel jinġabru l-gassijiet ta' l-ispurgar.; (k) is-Sezzjoni 6.1.3 ta' l-Appendiċi 1 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 6.1.3. Qabel jibda' l-ewwel ċiklu ta' pre-kondizzjonament, ċirkulazzjoni ta' l-arja ta' veloċità varjabbli hija diretta lejn il-mutur jew it-triċiklu bil-mutur. Żewġ ċikli kompleti mbagħad jitwettqu li tulhom ma jinġabar ebda gass ta' l-ispurgar. Is-sistema ta' ventilazzjoni għandha tinkludi mekkaniżmu kkontrollat mill-veloċità tal-bench roller sabiex, fil-firxa ta' 10 km/h sa 50 km/h, il-veloċità lineari ta' l-arja fil-fetħa tal-blower hija ugwali għall-veloċità relattiva tar-roller b'approssimazzjoni ta' 10 %. Għal veloċitajiet tar-roller inqas minn 10 km/h, il-veloċità ta' l-arja tista' tkun żero. Is-Sezzjoni ta' l-aħħar ta' l-apparat tal-blower għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin: (i) arja tas-superfiċi ta' mill-inqas 0,4 m2; (ii) it-tarf t'isfel bejn 0,15 u 0,20 m 'il fuq mil-livell ta' l-art; (iii) distanza mit-tarf ewlieni tal-mutur jew tat-triċiklu bil-mutur bejn 0,3 u 0,45 m. ; (l) Is-Sezzjoni 6.2.2 ta' l-Appendiċi 1 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 6.2.2. L-ewwel ċiklu jibda meta jibdew it-teħid tal-kampjuni u l-kejl tar-rotazzjonijiet tal-pompa. ; (m) is-Sezzjoni 7.2.1 ta' l-Appendiċi 1 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 7.2.1. Wara żewġ ċikli ta' pre-kondizzjonament (l-ewwel mument ta' l-ewwel ċiklu), l-operazzjonijiet speċifikati f' 7.2.2 sa 7.2.5 jitwettqu simultanjament. ; (n) is-Sezzjoni 7.4 ta' l-Appendiċi 1 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: "7.4. Analiżi 7.4.1. Il-gassijiet ta' l-ispurgar miżmuma f'borża għandhom jiġu analizzati malajr kemm jista' jkun u f'kull każ mhux aktar minn 20 minuta wara li jispiċċa ċ-ċiklu tat-test. 7.4.2. Qabel l-analiżi ta' kull kampjun il-firxa ta' l-analizzatur li għandha tintuża għal kull tniġġis għandha tiġi stabbilita għal żero bil-gass żero approprjat. 7.4.3. L-analizzaturi huma mbagħad stabbiliti għall-kurvi ta' kalibrazzjoni permezz ta' gassijet span b'konċentrazzjonijiet nominali ta' 70 sa 100 % tal-firxa. 7.4.4. Iż-żeri ta' l-analizzatur huma mbagħad ikkontrollati mill-ġdid. Jekk il-qari jvarja b'iktar minn 2 % tal-firxa minn dak stabbilit f' 7.4.2, il-proċedura tiġi ripetuta. 7.4.5. Il kampjuni huma mbagħad analizzati. 7.4.6. Wara l-analiżi, punti żero u span huma kkontrollati mill-ġdid bl-użu ta' l-istess gassijiet. Jekk dawn il-kontrolli mill-ġdid huma f'2 % ta' dawk f' 7.4.3, l-analiżi hija kkunsidrata aċċettabbli. 7.4.7. Il-punti kollha f'din is-Sezzjoni l-flow-rates u l-pressjoni tal-gassijiet varji għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati matul il-kalibrazzjoni ta' l-analizatturi. 7.4.8. Il-figura adottata għall-konċentrazzjoni ta' kull tniġġis imkejjel fil-gassijiet hija dik li tinqara wara l-istabilizzazzjoni fuq l-apparat tal-kejl." ; (o) Is-Sezzjoni 2.2 ta' l-Appendiċi 2 għandha tiġi ssostitwita b'li ġej: 2.2. It-test tat-tip II speċifikat fis-Sezzjoni 2.2.1.2 ta' l-Anness II għandu jitkejjel immedjatament wara t-test tat-Tip I bl-inġenju b'veloċità normali meta mqabbad u veloċità għolja meta mqabbad. ; 2. L-Anness IV għandu jiġisostitwit b'li ġej: ANNESS IV SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-KARBURANT TA' REFERENZA (PETROL) Il-karburant ta' referenza użat huwa dak deskritt fl-ANNESS IX, is-Sezzjoni 1, tad-Direttiva 70/220/KEE. SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-KARBURANT TA' REFERENZA (DIŻIL) Il-karburant ta' referenza użat huwa dak deskritt fl-ANNESS IX, is-Sezzjoni 2, tad-Direttiva 70/220/KEE. [1] Ċiklu tat-test: KEE R40 (b'emissjonijiet imkejjla għas-sitt modi kollha - il-kampjuni jittieħdu f' T = 0). [2] Ċiklu tat-testr: KEE R40 + EUDC (emissjonijiet imkejjla mill-modi kollha - il-kapjun jittieħdu f' T = 0), bil-veloċità massima ta' 120 km/h. [3] L-emendi tekniċi neċessarji rrelatati ma' l-Appendiċi 1 u s-subappendiċi 1 u 4 ta' l-Anness lI tal-Kapitolu 5 ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mill 1 ta' Ottubru 2002 in konformità mal-proċedura tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi u dwar it-Tneħħija tal-Barrieri Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-mutur, skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1). --------------------------------------------------