32002L0041

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/41/KE tas-17 ta' mejju 2002 li tadatta għall-progress tekniku d-direttiva 95/1/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa netta massima tal-magna ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

Official Journal L 133 , 18/05/2002 P. 0017 - 0020
CS.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
ET.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
HU.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
LT.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
LV.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
MT.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
PL.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
SK.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476
SL.ES Chapter 13 Volume 29 P. 473 - 476


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/41/KE

tas-17 ta' mejju 2002

li tadatta għall-progress tekniku d-direttiva 95/1/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa netta massima tal-magna ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' veturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/7/KE [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 1995 dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa netta massima tal-magna ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 95/1/KE hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip introdotta bid-Direttiva 92/61/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/61/KEE li jirrelataw għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati għal vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 95/1/KE.

(2) Sabiex is-sistema kompleta ta' l-approvazzjoni tat-tip tiffunzjona sewwa huwa neċessarju li jiġu kkjarifikati jew supplimentati ċerti ħtiġiet tad-Direttiva 95/1/KE.

(3) Għal dak l-iskop, huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-valuri li għandhom jiġu iskritti fir-rapport tat-test sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva 95/1/KE fil-każ ta' ċiklomuturi, muturi u triċikli b'magni bl-ispark-ignition u vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tlett roti b'inġenji ta' ignition bil-kompressjoni.

(4) Id-Direttiva 95/1/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif adattat.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għal Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE [5],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi mad-Direttiva 95/1/KE huma emendati skond l-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Lulju 2003, Stati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrelataw għall-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal- magna:

- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta;

jekk il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal-magna tal-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 95/1/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, Stati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kwalunkwe tip ġdid ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta għal raġunijiet li jirrelataw għall-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal-magna jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva95/1/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

Artikolu 3

1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU L 106, tat-3.5.2000, p. 1.

[3] ĠU L 52, tat-8.3.1995, p. 1.

[4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1

[5] ĠU L 18, tal-21.1.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi mad-Direttiva 95/1/KE huma emendati kif ġej:

1. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt 5 it-tieni linja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Pressjoni atmosferika: 97 ± 10 kPa."

(b) fil-punt 5 il-ħames linja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Veloċità medja tar-riħ, imkejla 1 m 'l fuq mill-art: < 3 m/s, permessi l-buffuri < 5 m/s."

2. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) fl-Appendiċi 1, il-punt 3.1.2, it-Tabella 1, l-ewwel sentenza tan-nota (3) hija sostitwita b'dan li ġej:

"Ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa ta' l-ilma u t-termostat għandhom, fuq il-bank tat-test, jikkupaw sa fejn possibbli l-istess pożizzjoni relattivi għal xulxin bħallikieku kienu fuq il-vettura. Jekk ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa ta' l-ilma u/jew it-termostat għandhom pożizzjoni fuq il-bank tat-test li hija differenti minn dik fuq il-vettura, il-pożizzjoni fuq il-bank tat-test għandha tiġi deskritta u nnutata fuq ir-rapport ta-test."

(b) fl-Appendiċi 1, il-punt 4.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.1. Definizzjoni tal-fatturi α1 u α2

Fatturi li permezz tagħhom it-torque u l-qawwa mkejla għandhom jiġu mmultipplikati sabiex jiġu determinati t-torque u l-qawwa tal-magna, b'kont meħud ta' l-effiċjenza tat-trażmissjoni (fattur α2) wżata tul it-testijiet u sabiex dik it-torque u dik il-qawwa jinġjiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza speċifikati f' 4.2.1 (fattur α1).

Il-formola tal-korrezzjoni tal-qawwa hija kif ġejja:

P

= α

·α

· P

fejn:

P0 = il-qawwa kkorreġuta (jiġifieri il-qawwa taħt il-kondizzjonijiet ta' referenza fl-aħħar tal-manovella)

α1 = il-fattur ta' korrezzjoni għal kondizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza

α2 = il-fattur ta' korrezzjoni għall-effiċjenza tat-trasmissjoni

P = il-qawwa mkejjla (il-qawwa osservata)."

(ċ) fl-Appendiċi 1, il-punt 4.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.3. Determinazzjoni tal-fatturi ta' korrezzjoni

4.3.1. Determinazzjoni tal-fattur α2

- Fejn il-punt tal-kejl huwa n-naħa ta' l-output tal-manovella dan il-fattur huwa ugwali għal 1.

- Fejn il-punt tal-kejl mhuwiex in-naħa ta' l-output tal-manovella dan il-fattur huwa kkalkolat permezz tal-formola:

+++++ TIFF +++++

fejn nt hija l-effiċjenza tat-trażmissjoni allokata bejn il-manovella u l-punt tal-kejl.

Din l-effiċjenza ta' trażmissjoni nt hija determinata permezz tal-multiplikazzjoni ta' l-effiċjenza nj ta' kull waħda mill-komponenti tat-trażmissjoni:

nt = n

·n

·· · · ·n

L-effiċjenza nj ta' kull waħda mill-komponenti tat-trażmissjoni tidher fit-tabella li ġejja.

Tip | Effiċjenza |

| |

Ir-rota tal-gear | l-ingranaġġ ċilindriku | 0,98 |

l-ingranaġġ bis-snien | 0,97 |

l-ingaranaġġ koniku | 0,96 |

Il-Katina | Roller | 0,95 |

Silenzjuża | 0,98 |

Iċ-ċinturin | Bis-snien | 0,95 |

trapezju | 0,94 |

Agganċjar jew konvertitur idrawliku | L-agganċjar idrawliku [1] | 0,92 |

Il-konvertitur idrawliku [1] | 0,92 |

4.3.2. Determinazzjoni tal-fattur α1 [2]

4.3.2.1. Id-Definizzjoni tal-karatteristiċi T, Ps għal fatturi ta' korrezzjoni α1

T = it-temperatura assoluta ta' l-arja inġestita

Ps = il-pressjoni niexfa atmosferika f'kilopascals (kPa) jiġifieri il-pressjoni barometrika totali naqqas il-pressjoni tal-vapur ta' l-ilma.

4.3.2.2. Fattur α1

Il-fattur ta' korrezzjoni α1 huwa ottenut minn dan li ġej

+++++ TIFF +++++

Dik il-formola tapplika biss jekk:

0,93 ≤ α

≤ 1,07

Jek il-valuri limiti jinqabżu il-valur ikkorreġut ottenut għandu jiġi dikjarat u l-kondizzjonijiet tat-test (temperatura u pressjoni) dikjarati eżattament fir-rapport tat-test."

(d) fl-Appendiċi 1, il-punti 4.4 u 4.5 jitħassru;

(e) fl-Appendiċi1, il-punt 6.1, "1,5 %" huwa sostitwit b"3 %";

(f) fl-Appendiċi 2, il-punt 3.1.2, Tabella 1, l-ewwel sentenza tan-Nota (3) hija sostitwita b'dan li ġej:

"Ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa ta' l-ilma u t-termostat għandhom, fuq il-bank ta-test, jokkupaw sa fejn possibbli l-istess pożizzjoni relattivi għal xulxin daqs li kieku kienu fuq il-vettura. Jekk ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa ta' l-ilma u/jew it-termostat għandhom pożizzjoni fuq il-bank ta-test li hija differenti minn dik fuq il-vetura, il-pożizzjoni fuq il-bank tat-test għandha tiġi deskritta u nnutata fuq ir-rapport tat-test."

(g) fl-Appendiċi 2, il-punt 4.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.1. Definizzjoni tal-fatturi α1 u α2

Fatturi li permezz tagħhom it-torque u l-qawwa mkejjla għandhom jiġu mmultipplikati sabiex jiġu determinati t-torque u l-qawwa tal-magna, b'kont meħud ta' l-effiċjenza tat-trażmissjoni (fattur α2) użata tul it-testijiet u sabiex dik it-torque u dik il-qawwa jinġjiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza speċifikati f'4.2.1 (fattur α1).

Il-formola tal-korrezzjoni tal-qawwa hija kif ġej:

P

= α

·α

· P

fejn:

P0 = il-qawwa kkorreġuta (jiġifieri il-qawwa taħt il-kondizzjonijiet ta' referenza fl-aħħar tal-manovella)

α1 = il-fattur ta' korrezzjoni għal kondizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza

α2 = il-fattur ta' korrezzjoni għall-effiċjenza tat-trażmissjoni

P = il-qawwa mkejjla (il-qawwa osservata)."

(h) fl-Appendiċi 3, il-punt 3.1.3, Tabella 1, l-ewwel sentenza tan-nota (5) hija sostitwita b'dan li ġej:

"Ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa ta' l-ilma u t-termostat għandhom, fuq il-bank tat-test jokkupaw l-istess pożizzjoni relattivi għal xulxin daqs li kieku kienu fuq il-vettura. Jekk ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa ta' l-ilma u/jew it-termostat għandhom pożizzjoni fuq il-bank tat-test li hija differenti minn dik fuq il-vettura, il-pożizzjoni fuq il-bank tat-test għandha tiġi deskritta u nnutata fuq ir-rapport tat-test."

(i) fl-Appendiċi 3, il-punt 4.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.1. Definizzjoni tal-fatturi αd u α2

Fatturi li permezz tagħhom it-torque u l-qawwa mkejjla għandhom jiġu mmultipplikati sabiex jiġu determinati t-torque u l-qawwa tal-magna, b'kont meħud ta' l-effiċjenza tat-trażmissjoni (fattur α2) użata tul it-testijiet u sabiex dik it-torque u dik il-qawwa jinġjiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza speċifikati f' 4.2.1 (fattur αd).

Il-formola tal-korrezzjoni tal-qawwa hija kif ġej:

P

= α

·α

· P

fejn:

P0 = il-qawwa kkorreġuta (jiġifieri il-qawwa taħt il-kondizzjonijiet ta' referenza fl-aħħar tal-manovella)

αd = il-fattur ta' korrezzjoni għall-kondizzjonijiet atmosferiċi ta' referenza

α2 = il-fattur ta' korrezzjoni għall-effiċjenza tat-trażmissjoni (ara l-Appendiċi 2, il-punt 4.3.1)

P = il-qawwa mkejjla (il-qawwa osservata)."

(j) fl-Appendiċi 3, il-punt 4.4, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej:

"4.4. Determonazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni αd (1)"

.

[1] "Jekk mhux imsakkar.

[2] It-test jista' jitwettaq fi kmamar tat-test bit-temperatura kkontrollata fejn il-kondizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.

--------------------------------------------------