Official Journal L 203 , 01/08/2002 P. 0001 - 0004
Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (2002/629/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Billi: (1) Il-pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kif l-aħjar jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam fuq żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja [3], il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew ta' Santa Maria da Feira tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000, kif elenkat fit-Tabella, u l-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tad-19 ta' Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni "għal azzjonijiet ulterjuri fil-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa" jindikaw jew isejħu għal azzjoni leġislattiva kontra t-traffikar tal-bnedmin, inklużi d-definizzjonijiet komuni, l-inkriminazzjonijiet u s-sanzjonijiet. (2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/154/JHA tal-24 ta' Frar 1997 dwar l-azzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali tat-tfal [4] għandha tiġi segwita permezz ta' azzjoni leġislattiva li tindirizzaz d-diverġenzi fl-approċċi legali fl-Istati Membri u tikkontribwixxi għal-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u ta' nfurzar tal-liġi kontra t-traffikar tal-bnedmin. (3) It-traffikar tal-bnedmin jinvolvi vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u d-dinjità umana u jinvolvi prattiċi bla ħniena bħall abbuż u l-qerq ta' persuni vulnerabbli, kif ukoll l-użu tal-vjolenza, theddid, jasar tad-dejn u sfurzar. (4) Il-Protokoll tan-NU għall-prevenzjoni, soppressjoni u kastig tat-traffikar tal-persuni, speċjalment nisa' u tfal, li jissupplementa l-Konvenzjoni tan-NU kontra r-reati organizzati transnazzjonali, jirrappreżenta pass deċiżiv lejn kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam. (5) It-tfal huma aktar vulnerabbli u huma għalhekk esposto għal riskju akbar li jsiru vittmi tat-traffikar. (6) Ix-xogħol importanti li jsir minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari in-NU, għandu jkun kumplimentat minn dak ta' l-Unjoni Ewropea. (7) Hemm bżonn li r-reat kriminali serju tat-traffikar tal-persuni jkun indirizzat mhux biss permezz ta' azzjoni individwali minn kull Stat Membru iżda permezz ta' approċċ komprensiv fejn id-definizzzjoni ta' l-elementi kostitwenti tal-liġi kriminali komuni għall-Istati Membri kollha, inklużi sanzjonijiet effettivi, proporzjoanati u dissważivi, jifformaw parti integrali. Konformement mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, din id-Deċiżjoni Kwadru tillimita ruħha għall-minimu mitlub sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-livell Ewropew u ma' jmorrux ‘l hinn minn dak li hemm bżonn għall dak il-għan. (8) Hemm bżonn li jiġu ntrodotti sanzjonjijiet fuq dawk li jwettqu r-reati li jkunu ħorox biżżejjed sabiex it-traffikar tal-bnedmi inkun inkluż fl-ambitu ta' strumenti diġà adottati sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata bħall-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/699/JHA tat-3 ta' Diċembru 1998 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, rintraċċar, iffriżar, ħtif u konfiska ta' l-istrumentalitajiet u l-qliegħ mill-kriminalità [5] u l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/JHA tal-21 ta' Diċembru 1998 li tagħmilha reat kriminali li tippatreċipa f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [6]. (9) Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni billi tikkumplimenta l-istrumenti adottati f'dan il-qasam bħall Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/700/JHA tad-29 ta' Novembru 1996 li tistabbilixxi programm ta' inċentivi u skambju għall-persuni responsabbli mill-ġlieda kontra t-trafffikar tal-persuni u l-isfruttament tal-persuni (STOP) [7], Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/748/JHA tas-16 ta' Diċembru 1996 li testendi l-mandat mogħti lill-Unita tad-Drogi ta' l-Europol [8], Deċiżjoni Nru 293/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li jadotta programm ta' azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (2000 to 2003) fuq miżuri preventivi fil-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal, persuni ta' età zgħira u nisa' [9], Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/JHA tad-29 ta' Ġunju 1998 fuq il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropew [10], Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/277/JHA tat-22 ta' April 1996 dwar qafas għall-iskambju ta' maġistrati ta' kooperazzjoni sabiex tittejjeb il-kooperzzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [11] u l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/427/JHA tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar il-prattika tajba fl-assistenza legali reċiproka fl-affarijiet kriminali [12]. (10) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/154/JHA għandha tieqaf milli tapplika safejn tikkonċerna l-ittraffikar tal-persuni, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU: Artikolu 1 Reati li jikkonċernaw it-traffikar tal-persuni għall-għanijiet ta' l-isfruttament tax-xogħol jew l-isfruttament sesswali 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-atti li ġejjin ikunu kastigabbli: ir-reklutaġġ, trasport, trasferiment, kenn, lqugħ sussegwenti ta' persuna, inkluż l-iskambju jew trasferiment tal-kontroll fuq dik il-persuna, fejn: (a) isir użu minn sfurzar, forza jew theddid, inkluż il-ħtif, jew (b) isir użu minn qerq jew frodi, jew (ċ) ikun hemm abbuż ta' awtorità jew pożizzjoni ta' vulnerabbiltà, li tkun tali li persuna ma' jkolliex alternattiva reali u aċċettabbli iżda li tissottometti għall-abbuż involut, jew (d) ħlasijiet jew benefiċċji jingħataw jew jiġu rċevuti sabiex jinkiseb il-kunsens ta' persuna li jkollha kontroll fuq persuna oħra għall-għan ta' l-isfruttament tax-xogħol jew servizzi ta' dik il-persuna, inkluż mill-anqas xogħol jew servizzi sfurzati jew obbligatorji, skjavitù jew prattiċi simili għall-iskjavitù, jew għall-għan tal-prostituzzjoni ta' oħrajn jew forom oħra ta' sfruttament sesswali, inkluża l-pornografija. 2. Il-kunsens ta' vittma tat-traffikar tal-persuni għall-isfruttament, mixtieq jew reali, għandu jkun irrelevanti fejn xi wieħed mill-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew użati. 3. Meta l-egħmil msemmi fil-paragrafu 1 jinvolvi persuna ta' età żgħira, għandu jkun reat ta' traffikar kastigabbli anke jekk ebda mill-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 ma' jkunu ġew użati. 4. Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, "persuna ta' età żgħira" għandha tfisser kull persuna taħt it-18 il-sena. Artikolu 2 Istigazzjoni, għajnuna, tixwix u tentattivi Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li l-istigazzjoni, għajnuna, tixwix jew tentattivi sabiex jitwettaw reat msemmi fl-Artikolu 1 ikunu kastigabbli. Artikolu 3 Pieni 1. Kull Stat Membri għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li reat msemmi fl-Artikolu 1 u 2 ikun kastigabbli permezz ta' reati kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi, li jistgħu jinvolvu l-estradizzjoni. 2. Kull Stat Membri għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li reat msemmi fl-Artikolu 1 ikun kastiggabbli b'sentenzi ta' ħabs b'piena massima li ma' tkunx anqas minn tmien snin fejn ikun twettaq f'xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin: (a) ir-reat ikun deliberatament jew permezz ta' negligenza gravi poġġa l-ħajja tal-vittma f'periklu; (b) ir-reat ikun sar kontra vittma li kienet partikolarment vulnerabbli. Vittma għandha tkun meqjusa li kienet partikolarment vulnerabbli mill-anqas meta' l-vittma kienet taħt l-età li fiha tkun meqjusa li tista' tagħti kunsens għall-attività sesswali taħt il-liġi nazzjonali u r-reat ikun twettaq għal finijiet ta' sfruttament tal-prostituzzjoni jew forom oħra ta' sfruttament sesswali, inkluża l-pornografija; (ċ) ir-reat ikun twettaq bl-użu tal-vjolenza jew ikun ikkawża ħsara partikolarment serja lill-vittma; (d) ir-reat ikun sar ikun twettaw fi ħdan il-qafas ta' organizzazzjoni kriminali kif imfissra fl-Azzjoni Konġunta 98/733/JHA, minbarra l-livell ta' piena msemmi hemmhekk. Artikolu 4 Responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li persuni ġuridiċi ikun jistgħu jinżammu responsabbli għal reat msemmi fl-Artikolu 1 u 2, li jkun saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, bbażata fuq: (a) poter ta' rappreżentazzjoni tal-persuna legali, jew (b) awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika, jew (ċ) awtorità li jeżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika. 2. Minbarra l-każi diġà msemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżgura li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' superviżjoni jew kontoll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikunu għamlu possibbli it-twettiew ta' reat msemmi fl-Artikolu 1 u 2 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha. 3. Ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi taħt il-paragrafi 1 u 2 m'għandiex teskludi l-proċeduri kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu, istigaw jew kienu parti f'reat msemmi fl-Artikoli 1 u 2. 4. Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, persuna ġuridika għandha tfisser kull entità li jkollha status ta' dan it-tip taħt il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju ta' l-awtorità Statali u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi. Artikolu 5 Sanzjonijiet kontra persuni ġuridiċi Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li persuna ġuridika li tkun insabet responabbli skond l-Artikolu 4 tkun kastigabbli permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjoanti u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali u mhux kriminali, bħall-: (a) esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji pubbliċi, jew (b) skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali, jew (ċ) it-tpoġġija taħt sorveljanza ġudizzjarja, jew (d) ordni ta' xoljiment ġudizzjarju, jew (e) l-għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li ġew użati għat-twettieq tar-reat. Artikolu 6 Ġurisdizzjoni u prosekuzzjoni 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq reat msemmi fl-Artikoli 1 u 2 fejn: (a) ir-reat jitwettaw fl-intier jew parti minnu fit-territorju tiegħu, jew (b) min iwettaq ir-reat ikun wieħed miċ-ċittadini tiegħu, jew (ċ) ir-reat jitwettaq għal benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istati Membru. 2. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax jew li japplika biss f'ċirkostranżi speċifiċi, ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1(b) u 1(ċ) safejn ir-reat jitwettaq barra mit-territorju tiegħu. 3. Stat Membru li, taħt il-liġijiet tiegħu, ma jestradixxix iċ-ċittadini tiegħu għandu jieħu l-miżuri neċesasrji sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu u jressaq quddiem il-qrati, meta approprjat, reat msemmi fl-Artikolu 1 u 2 meta jkun sar minn ċittadini tiegħu barra t-territorju tiegħu. 4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-Segretariat tal-Kunsill u l-Kummissjoni skond hekk fejn jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2, meta approprjat b'indikazzjoni tal-każi speċifiċi jew ċirkostanżi fejn tapplika d-Deċiżjoni. Artikolu 7 Protezzjoni u asistenza lill-vittmi 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-investigazzjoni ta' jew il-prosekuzzjoni ta' reati kopert minn din id-Deċiżjoni Kwadru ma jkunux dipendenti fuq ir-rapport jew akkuża magħmula minn persuna li tkun sofriet ir-reat, mill-anqas fejn japplika l-Artikolu 6(1)(a). 2. It-tfal li huma vittmi ta' reat msemmi fl-Artikolu 1 għandhom ikunu meqjusa bħala partikolarment vulnerabbli skond l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/220/JHA tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fil-proċeduri krimali [13]. 3. Fejn il-vittma jkun tifel, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jiżgura assistenza xierqa lill-familja tiegħu jew tagħha. B'mod partikolari, kull Stat Membri għandu, meta approprjat u possibbli, japplika l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/220/JHA għall-familja msemmija. Artikolu 8 Applikazzjoni territorjali Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà. Artikolu 9 Applikazzojni ta' l-Azzjoni Konġunta 97/154/JHA L-Azzjoni Konġunta 97/154/JHA għandha tieqaf milli tapplika safejn tikkonċerna t-traffikar tal-persuni. Artikolu 10 Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex iħarsu din id-Deċiżjoni Kwadru qabel l-1 ta' Awissu 2004. 2. Sad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitrasmettu lis-segretarjat ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponi fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id- Deċiżjoni Kwadru. Il-Kunsill sa l-1 ta' Awissu 2005 l-aktar tard, fuq il-bażi ta' rapport stabbilit fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni u rapport bil-miktub trasmess mill-Kummissjoni, jagħmel stima tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex iħarsu din id-Deċiżjoni Kwadru. Artikolu 11 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussel, id-19 Lulju 2002. Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU C 62 E, tas-27.2.2001, p. 324. [2] ĠU C 35 E, tat-28.2.2002, p. 114. [3] ĠU C 19, tat-23.1.1999, p. 1. [4] ĠU L 63, 04.03.97, p. 2. [5] ĠU L 333, tad-9.12.1998, p. 1. Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni Kwadru 2001/500/JHA (ĠU L 182, tal-5.7.2001, p. 1). [6] ĠU L 351, 29.12.98, p. 1. [7] ĠU L 322, 12.12.96, p. 7. [8] ĠU L 342, 31.12.96, p. 4. [9] ĠU L 34, 09.02.00, p. 1. [10] ĠU L 191, 07.07.98, p. 4. [11] ĠU L 105, 27.04.96, p. 1. [12] ĠU L 191, 07.07.98, p. 1. [13] ĠU L 82, 22.03.01, p. 1. --------------------------------------------------