32002D1004



Official Journal L 349 , 24/12/2002 P. 0108 - 0108


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Diċembru 2002

li temenda għall-għaxar darba d-Deċiżjoni 2001/327/KE dwar restrizzjonijiet fiċ-ċaqliq ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

(notifikata bid-dokument numru C (2002) 5271)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/1004/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ ta’ ġewwa l-Komunità f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-iskop li jiġi kompletat is-suq intern [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) L-Istati Membri kollha implimentaw ir-restrizzjonijiet għaċ-ċaqliq ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/327/KE [3], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/242/KE [4].

(2) Jidher xieraq li jiġu mtawwla l-miżuri.

(3) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2001/327/KE id-data "31 ta’ Diċembru 2002" tinbidel għad-data "30 ta’ Ġunju 2003".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14.

[3] ĠU L 115, tal-25.5.2001, p. 12.

[4] ĠU L 82, tas-26.3.2002, p. 18.

--------------------------------------------------