32002D0924



Official Journal L 322 , 27/11/2002 P. 0032 - 0046


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Lulju 1999

dwar il-konkluzzjoni ta’ żewġ ftehim dwar koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Kabinett ta’ Ministri ta’ l-Ukrajna fil-qasam ta’ sigurtà nukleari u fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata

(notifikata bid-dokument numru K(1999) 2405)

(2002/924/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi ż-żewġ ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Kabinett ta’ Ministri ta’l-Ukrajna fil-qasam ta’ sigurtà nukleari u fil-qasam tal-fusjoni nukleari kkontrollata għandhom jiġu konklużi,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Iż-żewġ ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Kabinett ta’ Ministri ta’ l-Ukrajna fil-qasam ta’ sigurtà nukleari u fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata huma hawnhekk konklużi f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-testi taż-żewġ Ftehim huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Hans Van Den Broek

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------