Official Journal L 321 , 26/11/2002 P. 0049 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 1999/710/KE, fir-rigward ta’ l-Awstralja, l-Litwanja u l-Islovenja għal laħam kapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam (innotifikata taħt id-dokument numru C(2002) 4536) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2002/920/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti, għal perjodu interim, listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li Stati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw mingħandhom ċerti prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/4/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha, Billi: (1) Ġew stabbiliti listi temporanji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li jipproduċu laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam għall-konsum bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1999 li tistabbilixxi listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terżi li Stati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam mingħandhom [3]. (2) L-Awstralja, l-Litwanja u l-Islovenja pprovdew listi ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam li għalih, l-awtoritajiet kompetenti, jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma konformi mar-regoli tal-Komunità. (3) L-elenkar temporanju ta’ dawn l-istabbilimenti jista’ għalhekk jiġi stabbilit għall-Awstralja, l-Litwanja u l-Islovenja. Għalhekk id-Deċiżjoni 1999/710/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. (4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Fl-Anness għad-Deċiżjoni 1999/710/KE, għandu jiġi miżjud dan li ġej: "País: AwstraljaLand: AustralienLand: AustralienΧώρα: ΑυστραλίαCountry: AwstraljaPays: AustraliePaese: AwstraljaLand: AustraliëPaís: AustráliaMaa: AwstraljaLand: Australien 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 187 | Australian Food Corporation Pty Ltd | Coominya | Queensland | MM, MP | 7 | País: LituaniaLand: LitauenLand: LitauenΧώρα: ΛιθουανίαCountry: LithuaniaPays: LituainePaese: LituaniaLand: LitouwenPaís: LituániaMaa: LiettuaLand: Litauen 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 87–10 | R. Irtmono firma "Rovisa" | Struikiu km. | Taurage | MP | 7 | País: EsloveniaLand: SlovenienLand: SlowenienΧώρα: ΣλοβενίαCountry: SloveniaPays: SlovéniePaese: SloveniaLand: SloveniëPaís: EslovéniaMaa: SloveniaLand: Slovenien 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 71 | Perutnina Ptuj D.D. | Ptuj | | MP, MM | 7" | L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tapplika sa mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata għall-Istati Membri. Magħmula Brussel, fil-25 ta’ Novembru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. [2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 21. [3] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 82. --------------------------------------------------