Official Journal L 308 , 09/11/2002 P. 0044 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tas-7 ta' Novembru ta' l-2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE fir-rigward tal-limiti ta' żmien li fihom tnabar ta' pressjoni, xkafef ċilindriċi u tankijiet għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija għandhom jikkonformaw magħha (in notifikata fid-dokument numru C(2002) 4343) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2002/885/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/6/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4) t-tielet subparagrafu tagħha, Billi: (1) L-istandards Ewropej li jistabilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li jirrigwardaw il-kostruzzjoni, l-użu u l-kundizzjonijiet ta' trasport ta' tnabar ta' pressjoni, xkafef ċilindriċi u tankijiet għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija għadhom ma żdiedux ma' l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE, ladarba l-istandardizzazzjoni tas-CEN fuqhom għad mhijiex kompleta. (2) Huwa għalhekk neċessarju li l-iskadenzi ffissati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 96/49/KE, li permezz tiegħu tnabar tal-pressjoni, xkafef ċilindriċi u tankijiet għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 96/49/KE, jiġu diferiti. (3) Id-Direttiva 96/49/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. (4) Sabiex tiġi evitata kull inċertezza legali din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju ta' l-2001, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 96/49/KE l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b'li ġej: "Stat Membru jista jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru ta' l-1996 li jitrattaw l-kostruzzjoni, l-użu u l-kondizzjonijiet ta' trasport ta' tankijiet ġodda, u tnabar ġodda tal-pressjoni u xkafef ċilindriċi kif definiti fil-Klassi 2 ta' l-Anness, li jvarjaw mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Anness sakemm referenzi għall-istandards għall-kostruzzjoni u l-użu ta' tankijiet, tnabar ta' pressjoni u xkafef ċilindriċi huma miżjuda ma' l-Anness, bl-istess rabta bħad-dispożizzjonijiet hemmhekk, imma f'kull każ mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003. Tnabar ta' pressjoni, xkafef ċilindriċi u tankijiet mibnija qabel l-1a' Lulju 2003 u kontenituri oħrajn mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2001 u miżmuma għal-livelli meħtieġa ta' sigurtà jistgħu jibqgħu jiġu użati taħt il-kondizzjonijiet oriġinali. Id-dati t-30 ta' Ġunju 2003 u l-1 ta' Lulju 2003 għandhom jitqiegħdu lura għal tnabar ta' pressjoni, xkafef ċilindriċi u tankijiet li għalihom ma hemm ebda ħtiġiet tekniċi dettaljati jew li għalihom l-ebda referenzi suffiċjenti għal standards Ewropej approprjati ma ġew miżjuda fl-Anness." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2001. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, fis-7 ta' Novembru 2002. Għall-Kumissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. [2] ĠU L 30, ta' l-1.2.2001, p. 42. --------------------------------------------------