32002D0878



Official Journal L 305 , 07/11/2002 P. 0057 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Novembru 2002

li tistabbilixxi l-pjanijiet dwar it-teħid ta' kampjuni u metodi dianjostiċi għas-sejba u l-konferma tal-preżenza taż-żewġ tipi ta' mard tal-molluski, il-Bonamiosis (Bonamia ostreae) u Marteiliosis (Marteilia refringens)

(notifikata bid-dokument numru C(2002) 4327)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/878/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali ta' l-akwakultura u prodotti tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/45/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,

Billi:

(1) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku, fl-esperjenza prattika u fil-linji ta' gwida internazzjonali, il-pjanijiet u metodi preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/306/KE li jispeċifikaw pjanijiet dwar teħid ta' kampjuni u metodi dijanjostiċi għall-iskoperta u l-konferma tal-preżenza ta' ċertu mard tal-molluski [3] hemm bżonn li jiġu aġġornati.

(2) Esperti qablu li pjanijiet dwar teħid ta' kampjuni u metodi dijanjostiċi preskritti fl-edizzjoni korrenti ta' l-International Office of Epizootics (OIE) Diagnostic Manual for Aquatic Animal Diseases għal dak li jirrigwarda l-Bonamiosis (Bonamia ostreae) u l-Marteiliosis (Marteilia refringens) u għal dak li jirrigwarda mortalità mhux normali huma f'lokhom. Għalhekk, it-teħid ta' kampjuni u d-dijanjożi meta relatati ma' l-għarfien ta' żoni u rziezet approvati u għall-eżami ta' ħażniet b'mortalità mhux normali għandhom jitwettqu f'konformità mat-Tielet Edizzjoni, 2000, ta' dan il-Manwal.

(3) Id-Deċiżjoni 94/306/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni

(4) Perjodu ta' żmien twil biżżejjed għandu jitħalla għall-implimentazzjoni ta' dawn il-ħtiġijiet.

(5) Il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLMENT

L-Artikolu 1

Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u dijanjostiċi li għandhom jintużaw għas-sejba u l-konferma tal-preżenza ta' bonamiosis (Bonamia ostreae) u marteiliosis (Marteilia refringens) f'molluski f'każ ta' mortalità mhux normali u dwar l-għarfien ta' żoni u rziezet approvati (ħielsa) huma preskritti fl-Anness.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/306/KE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra jitqiesu bħala li jirreferu għal din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tapplika mis-6 ta' Jannar 2003.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

[2] ĠU L 189, tat-3.7.1998, p. 12.

[3] ĠU L 133, tat-28.5.1994, p. 51.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Metodi ta' teħid ta' kampjuni u dijanjostiċi għas-sejba u l-konferma tal-preżenza ta' bonamiosis (bonamia ostreae) u marteiliosis (marteilia refringens)

Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u dijanjostiċi li għandhom jintużaw, inklużi t-tekniki, il-proċeduri ta' eżami u l-metodi użati, l-istandardizzazzjoni u l-interpretazzjoni tar-riżultati, għas-sejba u l-konferma tal-preżenza ta' bonamiosis (bonamia ostreae) u marteiliosis (marteilia refringens) fil-molluski f'każ ta' mortalità mhux normali u għall-għarfien ta' żoni u rziezet approvati (ħielsa), għandhom ikunu konformi ma' dawk speċifikati fl-OIE Diagnostic Manual for Aquatic Animal Diseases Third Edition, 2000, il-Parti 3 – Mard tal-molluski: il-Kapitolu 1.2 (Informazzjoni Ġenerali), il-Kapitolu 3.1.1 (bonamiosis) u l-Kapitolu 3.1.3 (marteiliosis).

--------------------------------------------------