32002D0836



Official Journal L 294 , 29/10/2002 P. 0060 - 0073


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta' Settembru ta' l-2002

li jaddottaw programm speċifiku ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li għandhom jinħarġu permezz ta' mezzi ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta (2002-2006)

(2002/836/KE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) B'konformità' ma' Artikolu 166(3) tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru 1513/2//2KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċernaw il-programm tas-sitt qafas multi-annwali tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni, li jikkontribwixxu lejn il-kreazzjoni tal-Qasam ta' Riċerka Ewropea u għall-innovazzjoni (2002-2006) [4] (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ l-'programm ta' qafas') għandu jkun implimentat minn programmi speċifiċi li jfissru r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissaw it-tul ta' żmien tagħhom u jipprovdu għall-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2) Il-programm ta' qafas huwa strutturat fi tliet blokki ta' attivatijiet prinċipali, "l-iffukar u l-integrazzjoni ta' riċerka Komunitarja", "l-istrutturar taż-Żona ta' Riċerka Ewropea", u "tisħiħ tal-pedamenti taż-Żona tar-Riċerka Ewropea", fl-ewwel minn dawn l-azzjonijiet diretti mmexxija miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta (ĊRK) għandhom ikunu implimentati permezz ta' dan il-programm speċifiku, waqt li jikkontribwixxu f'parti għall-għanijiet tat-tnejn l-oħra.

(3) Waqt li jimplimenta l-missjoni tiegħu sabiex jipprovdi għajnuna xjentifika u teknika lill-politika tal-Komunità, Iċ-ĊRK għandu jikkontribwixxi b'mod attiv sabiex istabilixxi sistema tal-Komunità ta' referenza xjentifika u teknika, b'mod partikolari permezz ta' parteċipazzjoni f'networks li jikkomprendu istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali.

(4) Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm skond il-missjoni tiegħu, Iċ-ĊRK jqiegħed emfasi partikolari fuq is-sigurtà taċ-ċittadin, f'termini ta', per eżempju, protezzjoni ta' l-ambjent, għajnuna tas-saħħa jew protezzjoni kontra l-frodi.

(5) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' negozji, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għad-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerki, għall-programm ta' qafas (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa r-regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni') għandhom japplikaw ghal dan il-programm fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka.

(6) Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, emfasi għandu jingħata sabiex tkun imħeġġa l-mobilità u t-taħriġ tal-ħaddiema ta' riċerka, u innovazzjoni, fil-Komunità.

(7) Għall-għanijiet ta' implimentazzjoni ta' dan il-programm, flimkien mal-kooperazzjoni koperta mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew minn Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jista' jkun adattat li jkunu ingaġġati fl-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' Artikolu 170 tat-Trattat, ma' terzi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(8) Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-Pajjiżi Kandidati. Iċ-ĊRK għandu jagħmel kontribuzzjoni attiva tat-trasferiment ta' l-acquis communautaires b'relazzjoni mall-politika differenti tal-Komunità.

(9) Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirispettaw il-prinċipji fundamentali etiċi, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(10) Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "in-Nisa u Xjenza", ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju ta' l-1999 fuq in-nisa u x-xjenza [5] u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar ta' l-2000 fuq din l-iskema, pjan ta' azzjoni qiegħda tiġi mplimentata sabiex isaħħaħ u jkabbar il-post tal-mara fix-xjenza u r-riċerka, u jkabbar aktar l-azzjoni meħtieġa.

(11) Dan il-programm għandu jkun implimentat b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, billi jieħu in konsiderazzjoni l-ħtiġiet relevanti ta' l-utent taċ-ĊRK u l-politika tal-Komunità, kif ukoll jirispetta l-għan tal-protezzjoni ta' l-interess finanzjarji tal-Komunità. L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt il-programm għandhom ikunu adattati fejn xieraq għal dawn il-ħtiġiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

(12) Iċ-ĊRK għandu tkompli jilħaq il-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità kif riflessa mill-utenti. Sabiex jagħmel dan b'mod effettiv, irid iżżomm bilanċ xieraq ma' l-attivitajiet ta' riċerka meħtieġa għall-ksib ta' eċċellenza xjentifika.

(13) Iċ-ĊRK għandu attivament ikompli l-attivitajiet tiegħu fl-innovazzjoni u trasferiment teknoloġiku.

(14) Fl-implementazzjoni ta' dan il-programm, il-Bord ta' Gvernaturi taċ-ĊRK għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom ta' l-10 ta' April ta' l-1996 fuq ir-riorganizzazzjoni taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta [6].

(15) Il-Kummissjoni għandha maż-żmien tirranġa għal stima inidpendenti li għandha titwettaq dwar l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-programm.

(16) Il-Bord ta' Gvernaturi taċ-ĊRK ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku ta' dan il-programm speċifiku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. B'konformità mad-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE (hawnhekk iżjed "l quddiem imsejjaħ" il-programm ta' qafas'), programm speċifiku li għandu x'jaqsam ma' l-azzjonijiet diretti ta' riċerka, teknoloġija, żvilupp u dimostrazzjoni li għandu jitwettqa miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta (hawnhekk iżjed "l quddiem imsejjaħ" il-programm speċifiku') huwa b'dan adottat għall-perjodu mit-30 ta' Settembru l-2002 sal-31 ta' Diċembru 2006.

2. L-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi għall-programm speċifiku huma stipulati f'Anness I.

Artikolu 2

B'konformità ma' l-Anness II li jinsab mal-programm ta' qafas, l-ammont meqjus meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-programm speċifiku għandu jkun ta' 760 milljun EUR. Tqassim indikattiv ta' dan l-ammont huwa mogħti f'Anness II li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

2. Il-programm speċifiku għandu jiġi mplimentat permezz ta' l-istrumenti definiti f'Anness I u III li jinsabu mal-programm ta' qafas u f'Anness III li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

3. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għad-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka (hawnhekk iżjed 'l quddiem msejħa 'ir-regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni') għandhom japplikaw għall-programm speċifiku, fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha ttella' programm ta' xogħol għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li għandu jkun disponibbli lill-partijiet kollha interessati, li jistipula f'dettal ikbar l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi, stabbiliti f'Anness I, u t-tabella tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni, u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni.

2. Il-programm ta' xogħol għandu jagħti kont ta' l-attivitajiet relevanti ta' riċerka imwettqa mill-Istati Membri, Stati Assoċjati, organiżazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Għandu jiġi aġġornat kif jixraq.

Artikolu 5

Għall-għanijiet ta' implimentazzjoni tal-programm speċifiku, il-Bord ta' Gvernaturi taċ-ĊRK għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Bord ta' Gvernaturi dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm speċifiku.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress kollox ma' kollox ta' l-implimentazzjoni tal-programm speċfiku, b'konformità ma' Artikolu 4 tal-programm ta' qafas; informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji għandhom ikunu inklużi.

2. Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-istima indipendenti pprovduta f'Artikolu 6 tal-programm ta' qafas li għandha ssir dwar l-attivatijiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-programm speċifiku.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Settembru ta' l-2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Bendtsen

[1] ĠU Ċ 181E, tat- 30.7.2002, pġ. 94.

[2] Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Ġunju ta' l-2002 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU Ċ 221, tas- 17.9.2002, pġ. 97.

[4] ĠU L 232, tad-29.8.2002, pġ. 7.

[5] ĠU Ċ 201, tas- 16.7.1999, pġ. 1.

[6] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p.12

--------------------------------------------------

ANNESS 1

GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI U SOMMARJU ĠENERALI TA' L-ATTIVITAJIET

1. INTRODUZZJONI

Iċ-ĊRK iwettaq il-programm tax-xogħol tiegħu bil-missjoni li jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku immirat lejn il-klijent għat-tnissil, implimentazzjoni u sorveljanza tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea. Iċ-ĊRK iservi l-interess komuni ta' l-Istati Membri waqt li jkun indipendenti minn interessi speċjali, privati u nazzjonali, u bħala tali jipprovdi sostenn fejn hemm il-ħtieġa għal intervent Ewropew.

Il-kontribuzzjoni taċ-ĊRK għall-Programm ta' Qafas tinkorpora r-rakkommandazzjonijiet ta' evalwazzjonijiet reċenti taċ-ĊRK u ħtiġijiet meħtieġa mir-Riforma tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, tinkludi:

- orjentazzjoni msaħħa lejn l-utent;

- attivitajiet ta' networking sabiex jinħoloq bażi ta' tagħrif wiesa' u, fl-ispirtu taż-Żona ta' Riċerka Ewropea (ERA), jassoċja aktar fil-qrib ma' laboratorji ta' l-Istati Membri u l-Istati ta' Adeżjoni, l-industrija u regolaturi fis-sostenn ta' S&T provduti mill-politika ta' l-UE;

- il-konċentrazzjoni ta' attivitajiet fuq temi magħżula; it-taħriġ ta' riċerkaturi li jużaw, b'mod partikolari, faċilitajiet fuq skala kbira u laboratorji speċjaliżżati.

Hu jirrispondi għall-ħtiġiet u l-bżonnijiet espressi b'mod ċar, partikolarment mis-servizzi tal-Kummissjoni, li ġew identifikati u li huma aġġornati permezz ta' kuntatti sistematiċi u regolari [1].

Fil-qasam tiegħu ta' kompetenza, il-kontribuzzjoni taċ-ĊRK ghandha timmira lejn l-istabbiliment ta' sinerġiji mall-prijoritajiet tematiċi relevanti fil-programmi l-oħra speċifiċi, partikolarment permezz ta' tiftix kumplimentari bejn azzjonijiet indiretti u diretti u permezz tal-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti, bil-għan li jiżdied il-valur, fejn xieraq, għax-xogħol imwettaq fih (eż. permezz tal-paragun u valididazzjoni ta' testijiet u metodi jew l-integrazzjoni tar-riżultati għall-għanijiet tat-tagħmil tal-politika).

Il-kuntest politku u istituzzjonali li fih jopera ċ-ĊRK evolva b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar snin. Żviluppi teknoloġiċi mgħaġġla speċjalment fil-bio-teknoloġija u s-soċjetà ta' l-informatika qegħdin ibiddlu s-soċjetà tagħna b'talbiet ġodda fuq min qiegħed jagħmel il-politika flimkien mal-protezzjoni taċ-ċittadin u jassigura kompetitività f'ekonomija globali. Kriżijiet fil-kunfidenza tal-konsumatur u l-impatt dejjem jikber ta' teknoloġija fil-ħajja ta' kuljum qegħdu piż fuq minn min qiegħed jagħmel il-politika fl-Ewropa kollha u d-dinja sabiex jassigura dħul xjentifiku ta' min joqgħod fuq u matul il-proċess kollu tal-politika. Dan jikkomprendi fih l-abbilità li jirrispondi b'mod mgħaġġel fl-eventewalità ta' ċirkostanzi mhux prevedibbli u li jieħu fehma iktar responsabbli ta' potenzjal fuq żmien itwal ta' l-impatt ta' l-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija. L-iżvilupp ta' sistemi Ewropej komuni ta' referenza xjentifika u teknoloġika, kif previst fl-ERA huwa pass importanti f'din id-direzzjoni.

Bl-implimentazzjoni tal-missjoni rifokata taċ-ĊRK sabiex isostni l-politika ta' l-UE [2], il-Programm ta' Qafas jirrapresenta kapitolu ġdid ta' kif Iċ-ĊRK għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu. Waħdu, ċ-ĊRK ma jistgħax ikun mistenni li jkopri l-ispeċtrum kollu tas-sostenn xjentifiku u tekniku meħtieġ f'dak il-kuntest. Tliet karatteristiċi jiddaħlu fil-programm ta' xogħol propost: (i) il-konċentrazzjoni, (ii) il-ftuħ u n-networking u (iii) l-orjentazzjoni tal-konsumatur. Strumenti adattati għandħom jitwaqqfu biex jilħqu dawk l-għanijiet b'attenzjoni partikolari lejn il-għaqda ta' proġetti li jikkontrubwixxu għal żoni ta' politika speċifika (ara Anness III).

Iċ-ĊRK, bħas-servizz RTD minn ġewwa tal-Kummissjoni, għandu:

- jipprovdi sostenn S&T immexxi mid-domanda għall-formulazzjoni ta' politika Ewropea, żvilupp, implimentazzjoni u sorveljanza fl-oqsma tiegħu ta' kompetenza,

- jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' sistemi ta' xjenza komuni u referenza teknika fi ħdan il-ERA.

L-isforz tas-sostenn taċ-ĊRK lill-politka ta' l-UE tinsab fil-provista tas-sostenn tekniku fuq kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni ta' l-ambjent, sigurtà u żvilupp sostenibbli. Dan jinkludi l-istima ta' riskju, ittestjar, validazzjoni u raffinar ta' metodi, marterjal u teknoloġiji biex isostnu l-medda kollha ta' politika li tinfirex mis-sigurtà ta' prodotti ta' ikel, kimiċi, kwalità ta' l-arja, kwalità ta' l-ilma, sigurtà nuklejari, sal-protezzjoni kontra l-frodi. Kważi dan is-sostenn kollu għandu jitwettaq b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' laboratorji u ċentri ta' riċerka fl-Istati Membri u bnadi oħra. Sabiex jintlaħaq dan, Iċ-ĊRK ffoka mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu mhux nuklejari fuq żewġ oqsma prinċipali, sostnuti b'kompetenzi orizzontali:

- ikel, prodotti kimiċi u saħħa,

- ambjent u sostenibbilità.

L-oqsma prinċipali jkunu kumplimentati minn attivitajiet orizzontali kif ġej:

- tbassir teknoloġiku,

- materjal ta' referenza u miżuri,

- sigurtà pubblika u kontra l-frodi.

2. KONTENUT TAL-PROGRAMM

2.1 Ikel, prodotti kimiċi u saħħa

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi b'mod partikolari mill-effetti potenzjali ta' ħsara ta' kontaminanti fl-ikel u ta' prodotti kimiċi hija politika prinċipali Ewropea. Dan huwa evidenti mill-kreazzjoni ta' Awtorità ta' l-Ikel Ewropea u l-iżvilupp ta' politika ġdida tal-Komunità dwar il-kimiċi.

Fil-programm ta' qafas ta' l-2002-2006 Iċ-ĊRK għandu jirrispondi għal serje ta' ħtigijiet speċifiċi assoċjati ma:

- l-evolviment rapidu tal-politika tal-Komunità dwar l-ikel u l-kimiċi;

- l-għanijiet tal-prinċipju ta' prekawzjoni,

- tħassib pubbliku li jirrelata mas-saħħa.

Għandu jiżviluppa iktar bħala referenza xjentifika u ċentru ta' validazzjoni f'oqsma magħżula marbuta mall-kwalità u sigurtà ta' l-ikel, is-sigurtà ta' prodotti kimiċi, d-dimensjoni tal-Komunità ta' infrastruttura ta' kejl tal-kimiċi/meteoroloġija u l-informazzjoni li għandha x'taqsam mas-saħħa. L-istrateġija taċ-ĊRK tiddependi ħafna fuq networking estensiv mal-laboratorji fl-Istati Membri, fuq il-manteniment ta' faċilitajiet analitiċi avvanzati u tkejjil ta' referenza u produzzjoni ta' materjal u fuq kompetenzi espansivi fix-xjenzi tal-ħajja inkluż proteomics u bioinformatics. Servizzi bħas-sistemi ta' l-informazzjoni, banek ta' tagħrif (eż. reġistru molekulari) jkun provdut b'sostenn għall-politika relevanti ta' l-UE. Minħabba n-noveltà ta' ħafna kwistjonijiet u l-kumplessità ta' l-ambjent regolatorju, it-taħriġ għandu jkun ukoll priorità. Ix-xogħol għandu jiffoka fuq dawn il-prijoritajiet segwenti:

- sigurtà u kwalità ta' l-ikel,

- organiżmi ġenetikament modifikati,

- prodotti kimiċi,

- applikazzjonijiet bio-mediċinali.

Sigurtà u kwalità ta' l-ikel

L-enfasi għandu tkun fuq l-iżvilupp u validazzjoni ta' metodi ta' min toqgħod fuqhom u materjali ta' referenza għall-kxif ta' kontaminanti (naturali bħal mycotoxins u dawk magħmula mill-bniedem bħal PĊBs), fdalijiet (eż, pestiċidi, ormoni li jkabbru u drogi veterinarji) u ingredjenti u addittivi fl-ikel kif ukoll fl-għalf ta' l-annimali. Ir-rwol prinċipali taċ-ĊRK għandu ikun dak li jikkoordina l-ittestjar ta' metodi u materjali u s-sottomissjoni tar-riżultati approvati sabiex isostnu l-istima tar-riskju u l-aministrazzjoni (b'sostenn fil-qrib mal-Laboratorji ta' Referenza tal-Komunità Ewropea għall-Fdalijiet Veterinarji). Billi ħafna mill-mard li jinġarr mill-ikel joħroġ minn kontaminazzjoni mikrobioloġika inkluża kontaminazzjoni tal-virus, enfasi għandha tingħata fuq l-evalwazzjoni ta' aċċessi ġodda għall-identifikazzjoni ta' malajr u sorveljanza. Ir-riċerka fuq genomics u proteomics tidentifika l-kawża ta' ħafna problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel bħall-allerġeniċita, u n-natura tal-mard TSE. Iċ-ĊRK għandu jżomm flessibilità sabiex tittratta ma' kwistjonijiet ġodda tas-saħħa pubblika kif iseħħu u jistabbilixxi sforzi addizzjonali fil-qasam tal-mikrobijoloġija.

L-istandardizazzjoni ta' testijiet u evalwazzjoni ta' metodi ġodda għall-kxif sensittiv ta' BSE u TSE ikun jinvolvi l-implimentazzjoni ta' kontroll ta' kwalità ta' skala kbira ta' ttestjar post-mortem fil-biċċeriji b'kollaborazzjoni mad-DGs rilevanti, il-Kumitat Xjentifiku Ad-hoċ TSE u l-laboratorji ta' riċerka tat-TSE prinċipali. Iċ-ĊRK jinvestiġa d-destin ta' materjal ta' riskju speċifiku. Enfasi speċjali titpoġġa fuq l-aspetti ta' sigurtà bl-ikel ta' l-annimali li jkun ir-rotta prinċipali għall-katina ta' l-ikel.

Il-kwalità ta' l-ikel tikber fl-importanza minħabba r-relazzjoni bejn is-saħħa u l-ikel. Apparti mill-istima ta' konformità mat-twaħħil tat-tikketti (kxif ta' frodi jew adulterazzjoni) hemm ħtieġa kbira li tiġi ġġudikata l-effikaċja u/jew l-effetti sekondarji tas-supplimenti ta' l-ikel u ikel funzjonali. Il-popolarità li qegħda dejjem tikber ta' ikel organiku teħtieġ id-disponnibilita' ta' metodi adatti sabiex tiġi stmata l-awtentiċità. Iċ-ĊRK jiffoka l-kompetenza tiegħu fil-qasam ta' l-awtentiċità ta' l-ikel lejn il-ħruġ ta' "nutraceuticals" u l-effettività tagħhom.

Ir-riċerka prospettiva teknoloġika għandha titwettaq fuq l-iżvilupp tal-prodotti ta' l-ikel, metodi sostenibbli ta' biedja u proċessi ta' produzzjoni ta' l-ikel, u fuq l-impatt tal-politika ta' sigurtà ta' l-ikel fis-settur ta' ikel u agrikoltura.

Organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs)

Iċ-ĊRK għandu jipprovdi sostenn konsiderevoli xjentifiku u tekniku fil-qasam tal-presenza ta' GMOs fl-ikel u l-ambjent. Dan is-sostenn għanddu jitwettaq fil-kuntest tan-netwerk Ewropew tal-laboratorji GMO, koordinat milċ-ĊRK fuq it-talba ta' l-Istati Membri. Il-kompiti għandhom jinkludu il-metodi ta' żvilupp u validazzjoni għall-kxif, identifikazzjoni u kwantifikazzjoni ta' GMO, tkabbir ta' medda ta' materjali ċertifikati ta' referenza (speċji ġodda, ikel ipproċessat), l-iżvilupp ta' databases biomolekulari, u taħriġ. L-attivitajiet ta' riċerka (eż fuq kampjuni u ntraċċar) li jiffukaw fuq varjetajiet ġodda ta' ikel u ħalf jew l-affrontar tal-problema ta' l-ispeċje mhux awtoriżżati għall-użu fl-UE għandhom jitwettqu sabiex isostnu il-ħtiġiet regolatorji u jiksbu armonizzazzjoni pan-Ewropea.

L-istudju ta' l-GMOs fl-ambjent jirrikjedu l-bini ta' kompetenzi ġodda sabiex jitrattaw l-aspetti ġenetiċi, bio-diversità u agrnomiċi ta' l-introduzzjoni ta' organiżmi ġodda fl-ampjent.

Prodotti kimiċi

Il-politika l-ġdida tal-Komunità' dwar il-kimiċi jkollha impatt qawwi fuq is-sostenn meħtieġ taċ-ĊRK [3] matul dan il-Programm ta' Qafas. Ir-rwol taċ-ĊRK għandu jikkomprendi l-operazzjoni ta' skema ta' espansjoni sabiex tirregola l-kimiċi; dan għandu jsaħħaħ ir-rabtiet fil-qrib ġa' eżistenti ma' l-awtoritajiet relevanti ta' l-Istati Membri, l-industriji u korpi internazzjonali, eż l-OECD. L-esperjenza ta' l-istima tar-riskju u l-kompetenza tal-European Chemicals Bureau għandha wkoll tipprovdi bażi soda għal sforz sinifikanti ta' riċerka f'dan il-qasam.

Il-validazzjoni ta' metodi alternattivi għall-ittestjar ta' l-annimali jikber fl-importanza tiegħu bis-sostenn tal-programm ġdid ta' ttestjar tal-politika ta' kimiċi ġodda. Riċerka għandha wkoll isseħħ fuq is-sigurta' ta' vaċċini u għall-qasam ta' sfida ta' l-effetti fuq fit-tul ta' dożi baxxi ripetuti ta' sustanzi potenzjalment perikolużi.

Il-bdil ta' informazzjoni validitata permezz ta' mezzi telematiċi fuq is-saħħu l-mediċini bejn korpi regolatorji fil-Pajjiżi Kandidati ta' l-UE u tixrid għall-grupp kollha ta' utenti inklużi konsumaturi u pazjenti qiegħed jiġi seġwit.

Iċ-ĊRK għandu jikkontribwixxi għall-istima tar-riskju fuq sustanzi perikolużi eżistenti b'attenzjoni tingħata għall-emigrazzjoni ta' komponenti perikolużi minn materjali f'kuntatt mall-bniedem u l-ikel, eż,. plastik fil-ġugarelli u effetti perikolużi ta' kosmetiċi. Analiżi prospettivi bejn tar-relazzjonijiet bejn il-politika tal-Komunità u innovazzjoni u kompettitività ta' l-industrija kimika Ewropea għandhom ukoll jitwettqu.

Applikazzjonijiet biomediċi

Il-populazzjoni li qegħeda tixjieħ tbiddel bil-fors il-profil tat-talba tas-sistemi tas-saħħa ta' l-UE. Il-pjanijiet taċ-ĊRK sabiex japplika l-kompetenza tiegħu f'materjali u xjenzi tal-ħajja fuq il-biokompatibilità u li tiddependi f'perjodu twil fuq impjanti u fuq l-użu ta' tekniċi ottiċi f'sistemi mediċi minimament invasive. Dan ix-xogħol jirrikjedi networking ma' laboratorji ta' riċerka, sptarijiet, industriji u awtoritajiet regolatorji. Iċ-ĊRK għandu wkoll jaħdem lejn sistema globali aċċettata għat-tkejjil kliniku dijagnostiku b'kollaborazzjoni mall-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kimika Klinika (Direttivi fuq id-dijanjosi In-Vitro u Apparat Mediku).

Il-faċilitajiet nuklejari u isotopiċi taċ-ĊRK u l-kompetenzi fil-produzzjoni u użu ta' isotopes stabbli radjoattivi għandhom wkoll jintuża għal għanijiet mediċi bħal fit-tipi ġodda ta' terapiji ta' tal-kanċer (a-immunotherapy, Boron Neutron Capture Therapy) kif ukoll fil-materjali kliniċi ta' referenza.

2.2. Ambjent u sostennibilità

Il-kwalità' u l-użu ta' ilma, l-arja u l-ħamrija, l-użu sostennibli ta' enerġija u t-tħeddida tat-tisħin globali huma tħassib li dejjem jikber ta' attenzjoni politika. Żviluppi tal-politika tal-Komunità f'dawk l-oqsma jitolbu għall-għarfien adwgwat tal-kawżi, proċessi, impatti u xejriet. Iċ-ĊRK jiddefinixxi l-programm tiegħu f'mod li jagħti kont dirett ta' dawk il-ħtiġiet. B'hekk jikkonsolida l-rwol tiegħu bħala ċentru ta' tagħrif u referenza fi kwistjonijiet ambjentali ta' dimensjoni sinifikanti Ewropea. Jagħmel hekk billi jinvolvi ruħu iktar fin-netwerks ta' referenza ma' l-Istati Membri u fuq livell internazzjonali, partikolarment fil-Pajjiżi Kandidati. Is-servizz għall-proċess ta' għemil ta' politika jissaħħah permezz ta' l-iżvilupp ta' sħubija iktar fil-qrib mas-servizzi relevanti tal-Kummissjoni u permezz tat-tmexxija ta' riċerka ta' politika reċiproka, tekno-ekonomika. Attenzjoni għandha tingħata wkoll għar-rinfurzar tas-synergy ma' l-Agenzija ta' l-Ambjent Ewropew b'attenzjoni partikolari għat-tixrid ta' riżultati xjentifiċi. Il-programm ikopri l-oqsma li ġejjin:

- l-istima u prevenzjoni ta' tibdil kontrarju globali,

- il-protezzjoni ta' l-ambjent Ewropew (arja, ilma u riżorsi terrestri),

- il-kontribuzzjonijiet ta' żvilupp sostennibli (enerġiji ġodda u li jiġġeddu, stima ta' l-ambjent),

- sostenn għas-Sorveljanza Globali għall-Ambjent us-Sigurtà (GMES).

Stima u prevenzjoni ta' tibdil kontrarju globali

Iċ-ĊRK għandu jipprovdi sostenn għall-iżvilupp ta' l-istrateġija ta' l-UE sabiex tikkombatti t-tisħin globali, waqt li jagħmel l-użu tal-ħiliet kollha tekniċi, soċjo-ekonomiċi, ta' modellar u ta' riċerka. L-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kyoto tqanqal il-ħtieġa li jiġu mifhuma l-kawżi u l-proċessi li jikkontrollaw iċ-ċikli tal-gassijiet fis-serra. Prijorità għaċ-ĊRK għandha tkun is-sostenn dirett tal-mekaniżmu ta' sorveljanza ta' l-UE ta' gassijiet tas-serer (Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/296/KE) [4]. L-egħluq u l-ftuħ fit-tagħrif minn kontribuzzjoni ta' riċerka speċifika għandu jkun parti kritika tar-rwol taċ-ĊRK f'dan il-kuntest. Ix-xogħol għandu jiffoka fuq l-istabbiliment ta' sistema ta' referenza li għandha jtejjeb il-kwalità tat-tagħrif u tnaqqas l-inċertezza. Parti kritika ta' dan hija s-sorveljanza ta' tibdil fil-qoxra ta' l-art, l-użu ta' l-art u l-forestrija fuq skali varji (ara wkoll GMEs). Ix-xenarji ta' l-enerġija għall-futur kif ukoll tbassir ta' emissjonijiet ta' carbon huwa wkoll kruċjali għall-implimentazzjoni tal-miżuri relevanti. L-għażliet tal-politika sabiex titnaqqas l-emissjoni f'mod li ma jiswiex ħafna għandu jkun ukoll investigat. Sabiex jimmassimizza l-isforzi tiegħu, Iċ-ĊRK għandu jmexxi l-attivitajiet tiegħu tal-bidla globali fi grupp dedikat. Il-kwistjonijiet assoċjati ma' l-implimenteazzjoni tal-politka tal-klima, is-sekwestrazzjoni tal-carbon, it-tkejjil tal-kwalità atmosferika, id-dinamiċi ta' l-ożonu u r-radjazzjoni UV fuq l-Ewropa tista' tiġi eżaminata wkoll.

Protezzjoni ta' l-ambjent Ewropew

— Il-priservazzjoni tal-kwalità ta' l-arja

It-tniġġis ta' l-arja huwa t-tħassib prinċipali taċ-ċittadin Ewropew u huwa wkoll iċ-ċentru ta' korp kbir ta' strumenti regolatorji (eż Programm għall-Arja Nadifa għall-Ewropa). Il-pendamenti ta' l-isforzi taċ-ĊRK għandhom ikunu:

- l-istima ta' emissjonijiet minn vetturi u sorsi wieqfa (direttivi ta' emissjonijiet ġodda, l-istandards għad-diesel/petrol, karburanti ġodda, materjal partikolat u emissjonijiet tad-dioxin; armonizzazzjoni/standardisation ta' ċikli ta' testijiet ta' referenza mad-dinja kollha u tal-metodi ta' tkejjil għall-emissjonijiet industriji),

- il-proviżjoni ta' referenza għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tad-direttivi tal-kwalità ta' l-arja (analiżi ta' kwantifikazzjoni ta' tniġġis ta' l-arja, kontroll, teknika, xogħol normattiv minn qabel, metodi għall-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-politika tal-kwalità ta' l-arja fuq l-esponiment tal-bniedem u l-għodda ta' l-immudellar għall-analiżi ta' informazzjoni u xebħ ta' xenarji ta' tnaqqis),

- l-istima ta' l-impatt tas-saħħa pubblika fuq it-tniġġis atmosferiku, b'mod partikolari fl-oqsma urbani.

Analiżi integrat matul is-settur fuq il-politika tat-trassport, enerġija, saħħa u intrapriża għandhom jitwettqu sabiex jiddeterminaw l-effett tagħhom fuq l-emissjonijiet u l-livelli ta' tniġġis fl-ambjent. Ix-xogħol għandu jitwettaq fil-kuntest ta' networks kbar ta' esperti nkluż rappreżentanti mill-industriji awtomottivi u ta' l-enerġija.

Kwalità ta' l-ilma

L-ilma huwa kwistjoni ta' riżors prinċipali tal-futur; iż-żamma ta' sorsi ta' ilma naturali u l-garanazija ta' kwalità tajba ta' ilma għax-xorb huwa ta' relevanza partikolari. Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għandha tobbliga l-ko-ordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċessi ta' sorveljanza u rappurtaġġ ta' l-istrumenti reġolatorji kollha eżistenti tal-Komunità matul is-sitt snin li ġejjin. Għandha titkompli riċerka li twassal għall-armoniżazzjoni ta' database komuni fuq rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' direttivi varji li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilma (eż., ilma residwu urban, nitrati, ilma tal-wiċċ etċ.). Iċ-ĊRK għandu jiffoka fuq l-istabbiliment ta' parametri ekoloġiku tal-kwalità ta' l-ilma (ukoll fil-kuntest ta' infrastruttura meteorologika generika Ewropea eżistenti), identifikazzjoni ta' tniggis sinjifikanti, indikaturi tal-kwalità ta' ilma intern u tal-kosta u fuq l-identifikazzjoni ta' perikoli mikrobiologiċi, speċjalment fl-ilma mill-iskart kif ukoll fuq implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tal-qafas ġdid reġolatorju. F'dan il-kuntest, l-attivitajiet taċ-ĊRK għandhom jikkontribwixxu ġħar-riċerka immirata lejn it-titjib fil-kwalità ta' l-ilma, trattament ta' l-ilma mill-iskart, kwalità tal-ħamrija u l-impatt taġħhom fuq is-saħħa. L-impatti fuq is-saħħa huwa ndirizzati taħt is-'Siġurtà u Kwalità ta' l-Ikel' f'sezzjoni 2.1 ta' dan il-proġramm. Riċerka inteġrata ta' l-immaniġġjar taż-żona kostali għandha tkompli tipprovdi aċċess ta' referenza Komunitarja.

Riżorsi terrestri

Il-ħamrija u l-pajsaġġi huwa s-sit ta' ħafna mill-attivitajiet tal-bniedem u l-karatteristiċi tagħhom huma stabbiliti mill-prattiċi ta' l-imaniġġjar. Il-komponent ta' l-ambjent tal-politika ta' l-agrikoltura kif ukoll bosta biċċiet ta' leġislazzjonijiet tal-Komunità (eż Direttiva ta' l-Ilma, Perspettiva ta' Żvilupp Spazzjali, Aġenda Urbana, Bidla tal-Klima u oħrajn) jittrattaw medda ta' dawk il-kwistjonijiet. Iċ-ĊRK għandu jipprovdi sostenn għall-iżvilupp ta' pjattaforma komuni għall-analiżi integrali spazzjali bħala bażi tat-tagħmil tal-politika u evalwazzjoni. Qosma ta' qbid għandhom jintużaw bħala unitajiet ta' studju għall-evalwazzjoni ta' proċessi u impatti differenti. Id-database estensiv amministrat mill-European Soils Bureau għandu jitwessa' permezz ta' networking; il-kollaborazzjoni li tibqa' dejjem sejra tal-Eurostat għandha wkoll tissaħħaħ. Attenzjoni għandha tingħata għall-iżvilupp ta' għodda u sabiex tipprovdi informazzjoni fuq il-passaġġi naturali fil-kuntest tal-forestrija, l-użu ta' l-art u konservazzjoni tal-bio-diversità. Sostenn għall-komponent ta' l-ambjent fuq il-politika komuni agrikola għandu jiġi provdut fit-termini ta' analiżi tal-pajsaġġi u l-użu ta' indikaturi. Informazzjoni dwar l-istat u l-bidliet fl-ambjent urban u reġjonali għandu jiġi prodott. Ix-xogħol jistrieħ fuq l-użu ta' teknika avvanzata remota li tinħass, sistemi ta' informazzjoni ġeografiċi u mudellar ta' proċessi spazjali.

Kontribuzzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli

Xogħol fuq l-iżvilupp sostenibbli huwa mxerred matul il-programm kollu taċ-ĊRK u jagħti każ ta' l-integrazzjoni tad-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ta' l-ambjent. Ix-xogħol fuq tali integrazzjoni għandu partikolarment jikkonċerna l-iżvilupp sastenibbli u r-rwol li l-atturi differenti huma mitluba li jagħtu.

Iċ-ĊRK għandu jiżviluppa b'mod partikolari programm attiv immirat għat-tifrix ta' għerf u informazzjoni (inkluża l-abbiltà li jsostni lill-ħaddiema ta' riċerka u l-operaturi fil-qasam) dwar il-prattika effettiva għall-implimentazzjoni ta' żvilupp sostenibbli. L-iżvilupp ta' metodoloġiji u għodda għall-integrazzjoni ta' żvilupp u biodiversità u/jew konservazzjoni tal-pajsaġġi għandu jingħata kont tiegħu.

Iċ-ĊRK għandu jaħdem fuq l-esperjenza tiegħu f'iktar żviluppar ta' network Ewropew ta' ekositi differenti imwaqqfa f'numru ta' Stati Membri fi snin reċenti.

— Enerġija u l-konservazzjoni ta' l-enerġija

Il-Protokoll ta' Kyoto ta dimensjoni kritika għad-dibattitu fuq l-enerġija billi l-użu ta' l-enerġija u t-trasport, żewġ pedamenti tal-ħajja ekomomika, għandhom impatt kbir fuq l-emissjoni ta' gassijiet tas-serra. L-importanza ta' enerġiji ġodda u rinovabbli kif ukoll ta' l-effiċjenza ta' enerġija u teknoloġija għas-sigurtà ta' provvista ġie sottolineata fil-Green Paper reċenti u f'Komunikazzjoni dwar "L-enerġiji rinovabbli".

L-esperjenza taċ-ĊRK fil-qasam ta' tiġdid, politika ta' l-enerġija u teknoloġija ta' l-enerġija tiġi sfruttata sabiex tipprovdi sostenn għall-kwistjonijiet emerġenti tal-Komunità fis-suq deregolat; konċentrazzjoni fl-oqsma segwenti ta' xogħol hija prevista:

- żvilupp ta' sistemi ta' referenza – permezz ta' skemi ta' laborattorji akkreditati u ta' ċertifikazzjoni – fil-produzzjoni ta' enerġija li tiġġedded (bi prijorità fuq l-elettriku mix-xemx), ħażna u użu ta' enerġija fil-bini,

- stima tat-teknoloġija, għażliet ta' ekonomija ta' l-enerġija, attivitajiet ta' validazzjoni u modellar ta' teknoloġiji ta' enerġiji ġodda u konvenzjonali b'referenza partikolari għas-sigurtà, effiċjenza, konservazzjoni l-enerġija, skart u teknoloġiji ta' enerġija ġenerata biomassa kif ukoll il-prestazzjoni ta' inċinerazzjoni ta' l-iskart,

- xenarji u tbassir ta' l-enerġija fil-kuntest ta' emissjonijiet ta' gassijiet tas-serra u l-istima tas-suq għat-teknoloġiji ta' enerġija ġdida u rinnovabbli f'ekonomija ta' enerġija kompettitiva.

Stima ta' l-ambjent

Il-bżonn għal stima "integrata" tal-kwalità ta' l-ambjent kull ma tmur qed tkun iktar rikonoxxuta. Iċ-ĊRK għandu jsostni l-istrateġija ta' l-Iżvilupp Sostenibbli ta' l-UE permezz ta' l-iżvilupp ta' għodda ta' stima ta' politika integrata adegwata u permezz ta' attivitajiet li jwasslu għall-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-politika ta' l-UE. Il-Bureau għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġis għandu jkompli x-xogħol tiegħhu marbut mad-direttiva billi jeżaminaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis f'setturi industrilizzati magħżula. Hemm bżonn ta' xenarji kumplessi ta' emissjonijiet sabiex jorbtu t-tniġġis ta' l-arja mat-tibdil globali. L-immaniġġjar ta' l-iskart huwa żona importanti fejn analiżi integrat mill-ġenerazzjoni ta' l-iskart sat-trattament u r-rimi huwa meħtieġ. L-integrità ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem huwa qasam ieħor ta' studji integrati li għaliħom iċ-ĊRK għandu jikkontribwixxi. Għodda ġodda ta' stima u tqarrib għat-tossikoloġija ekoloġika għandhom ikunu żviluppati sabiex jindirizzaw suġġetti bħat-tniġġis ta' l-arja u l-kontaminanti ta' l-ilma (endoċrine disrupters, bioċidi u farmakewtiċi. Iċ-ĊRK għandu jipprovdi wkoll sostenn metodoloġiku għall-integrazzjoni tad-dimensjoni ta' l-ambjent fl-għajnuna ta' l-iżvilupp.

Iċ-ĊRK għandu jikkontribwixxi għat-twettiq tal-leġislazzjoni tal-Komunità għall-bdil sorveljat ta' tagħrif dwar l-ambjent (inkluża r-radjoattività) u l-informazzjoni (permezz ta' mudell li jqabbel) taħt kondizzjonijiet ta' rutina u emerġenza.

Iffukar fuq ir-rabtiet inter-politiċi u impatti għandu jinżamm miċ-ĊRK bħala kontribut speċifiku għall-implimentazzjoni ta' prattiċi ta' żvilupp sostenibbli fil-livell tal-Komunità.

Għajnuna għal GMEs

Il-ħtieġa għal informazzjoni ndipendenti dwar kwistjonijiet prinċipali li jaffettwaw l-ambjent tad-dinja u s-sigurtà taċ-ċittadin qegħdin jiġu rikonoxxuti aktar kull ma jmur. Il-GMES hija inizjattiva Ewropea lejn l-implimentazzjoni ta' servizzi operattivi għall-ġbir, analiżi u disseminazzjoni ta' firxa ta' suġġetti ta' informazzjoni relatati mal-bidliet fil-kwalità ta' l-ambjent, id-disponnibilità ta' riżorsi u maniġġjar, riskji naturali u perikoli. Il-GMES qegħda tkun implimentata taħt il-qsim doppju tal-preservazzjoni ta' l-ambjent globali u t-tnaqqis jew tbassir ta' tħeddid għas-sigurtà taċ-ċittadin. Tiffoka prinċipalment fuq l-użu tat-teknika ta' l-osservazzjoni ta' l-art għall-manteniment ta' għassa fuq medda adegwata ta' żmien fuq parametri ta' prinċipali tal-pajsaġġ (bħall-wiċċ ta' l-art, l-użu, id-degradazzjoni jew tnaqqis ta' riżorsi) f'livelli varji ġeografiċi. Jitolbu ukoll għal teknika sabiex isostnu l-istima ta' riskji naturali u l-immaniġġjar ta' avvenimenti katastrofiċi. Iċ-ĊRK għandu jiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet relevanti għall-politika ta' l-UE li jagħtu għall-kunċett tal-GMES fit-tliet oqsma ta' xogħol: sostenn għal patti ta' ftehim internazzjonali ambjentali, riskji ta' stima u perikoli u stress ta' evalwazzjoni ta' l-ambjent.

2.3. Previżjoni teknoloġika

Kull ma jmur, id-definizzjoni tal-politika ta' l-UE hija dipendenti fuq l-antiċipazzjoni f'waqtha u l-ftehim ta' żviluppi fix-xjenza u teknoloġija u l-ambjent soċjali u ekonomiċi. Il-kompetenza taċ-ĊRK fl-analiżi ta' inter-relazzjonijiet bejn it-teknoloġija u s-soċjeta' u l-esperjenza tiegħu fil-koordinazzjoni matul is-settur u riċerka prevedibbli multi-dixxiplinnarja fuq skala internazzjonali għandha tikontribbwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' l-ERA. Matul il-programm kollu ta' qafas 2002-2006, l-attivitajiet taċ-ĊRK f'dan il-qasam ta' riċerka għandhom ikunu bbażati fuq kollobarazzjoni mill-qrib mad-DG RTD u DGs oħra tal-konsumaturi. L-attività għandha tiffoka fuq:

- previżjoni tekno-ekonomika,

- forum ta' kooperazzjoni ta' previżjoni internazzjonali.

Previżjoni tekno-ekonomiku

Iċ-ĊRK għandu jwettaq studji prospettivi fuq medda ta' żmien medja sa fit-tul dwar żviluppi teknoloġiċi kruċjali li jaffettwaw l-UE u l-impatt relevanti fuq it-tkabbir, żvilupp sostenibbli, l-impiegi, koeżjoni soċjali u kompettitività. Din l-attività għandha tipprovdi wkoll sfond ta' analiżi u informazzjoni li jkunu ta' valur fl-implimentazzjoni milċ-ĊRK tax-xogħol tiegħu fil-qasam speċifiku ta' kompetenza. Għandha tinkludi analiżi prospettiva għall-identifikazzjoni ta' ostakli teknoloġiċi u opportunitajiet, inkluż estimi kwantittativi; l-identifikazzjoni ta' teknoloġiċi li għandhom potenzjal u l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-dħul tagħhom.

Forum ta' kooperazzjoni ta' previżjoni internazzjonali

Iċ-ĊRK għandu jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' ħidma ma' gruppi ta' esperti internazzjonali u l-aqwa konsulenti, billi jsegwi esperjenzi ta' suċċess eżistenti (eż., n-network ta' l-Osservatorju Ewropew tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Grupp ta' Ekonomisti ta' Livell Għoli) u billi jsegwi l-istabbiliment ta' qafas Internazzjonali ta' kooperazzjoni ta' previżjoni. Id-disponibilità ta' mekkaniżmu għall-qsim ta' l-analiżi fuq l-isfidi prinċipali emerġenti għandha b'mod partikolari tkun utli fil-promozzjoni tar-rwol Ewropew fid-dibattitu internazzjonali u governanza. Sistema komuni ta' referenza fl-analiżi prevedibbli ta' orjentament politiku għandha tkun stabbilita fil-kuntest ta' eżerċizzi regjonali b'attenzjoni partikolari għall-Pajjiżi Kandidati.

2.4. Materjali ta' referenza u qisien

Ir-rikonoxximent ta' standards u qisien fi prodotti huwa komponent importanti għall-implimentazzjoni tal-poltika tal-Komunità li tirrigwarda s-sigurtà tal-konsumatur, kummerċ ħieles, kompetittività ta' l-industrija Ewropea u relazzjonijiet esterni. Iċ-ĊRK għandu b'żieda jsostni l-infrastruttura meteroloġika Ewropea eżistenti jew li qegħda tiżviluppa sabiex tipproduċi riżultati ta' kwalità ppruvata, l-iżvilupp ta' miżuri ta' referenza speċifiċi, il-produzzjoni ta' materjali ċertifikati ta' referenza (CRMs) sabiex tittejjeb l-aċċettazzjoni globali, l-organizzazzjoni ta' programmi ta' evalwazzjoni ta' miżuri internazzjonali u għandu jistabilixxi databases trans-nazzjonali b'sostenn għall-politika ta' l-UE. Matul il-programm ta' ħidma taċ-ĊRK, metodi miftiehma ta' referenza u materjali huma meħtieġa, sew fl-ambjent, is-sigurtà ta' l-ikel, is-saħħa pubblika jew l-industija nuklejari. B'żieda max-xogħol deskritt fis-sezzjonijiet ta'qabel, Iċ-ĊRK qiegħed jippjana sabiex isostni l-ħolqien ta' sistema ta' Materjal ta' Referenza Ċertifikat Ewropew. Dan għandu jqiegħed lilċ-ĊRK f'pożizzjoni sabiex jipprovdi pariri siewja lis-servizzi tal-Kummissjoni fejn applikabbli għall-leġislazzjoni u prattika ta' l-UE. Dawn l-attivitajiet għandhom ikopru:

- BCR [5] u materjali ta' referenza ċertifikati ndustrijali,

- Metroloġija fil-kimika u l-fiżika.

BCR u materjli ta' referenza ċertifikat i ndustijali

Din l-attività tikkonċerna kunċetti żviluppati u teknika għall-produzzjoni u ċertifikazzjoni ta' materjali ta' referenza sabiex itejjbu l-aċċettazzjoni globali tagħhom taħt il-Ftehim Rikonoxxut Reċiproku ta' l-UE-SU, fejn Iċ-ĊRK jagħti pariri lil DG KUMMERĊ. Iċ-ĊRK għandu jikkonċentra fuq il-produzzjoni ta' BCRs u CRMs ġodda għall-kontroll ta' proċessi ndustrijali u prodotti. Bħala sostenn lid-DG RTD, Iċ-ĊRK, fejn possibbli, għandu jestendi r-responsabbilità tiegħu għall-ħażna u distriubzzjoni ta' BCR lill-amministrazzjoni tal-produzzjoni u ċertifikazzjoni ta' CRMs ġodda minn azzjonijiet indiretti. Materjali ta' referenza nukleari wżati għas-salvagwardja u l-kontabilità ta' materjali nukleari għandħom jinfirxu għall-ambjent.

Metroloġija fil-kimika u l-fiżika

L-informazzjoni ġenerata permezz ta' l-istudju ta' l-interazzjoni tan-newtroni mal-materjal hija fundamentali għall-ħafna oqsma ta' applikazzjoni. Infrastrutturi għandhom ikunu miżmuma sabiex jinvestigaw il-metrolġija bażika fil-fiżika b'mod sistematiku fuq qasam ta' enerġija wiesa', waqt li tiġi enfasizzata r-relevanza tagħha għat-taħriġ. L-attività metroloġika radjonuċlidi tipprovdi sostenna għas-sigurtà ta' l-ikel, il-kimika u l-ambjent. Iċ-ĊRK għandu jkompli jirrapreżenta lill-Kummissjoni f'korpi internazzjonali responsabbli għall-iżvilupp ta' sistema ta' tkejjil kimiku mad-dinja kollha. Kompiti strateġiċi għandhom jinkludi l-iżvilupp ta' teknika primarja ta' kejl, il-produzzjoni u ċertifikazzjoni ta' materjali isotopiċi ta' referenza u l-organiżazzjoni ta' Programmi ta' Evalwazzjoni ta' Tkejjil Internazzjonali. It-temi jiddependu fuq il-ħtiġiet tal-politika ta' l-UE u l-evalwazzjonijiet tiddependi ħafna fuq il-parteċipazzjoni ta' bosta laboratorji, speċjalment dawk li għandhom rwol ta' referenza għall-parteċipazzjoni fis-settur jew reġjun tagħhom. Permezz ta' l-istabbiliment ta' networks (PECOMet-Network u MetMED) sostenn għandu jiġi provdut lill-Pajjiżi Kandidati u lill-pajjiżi Mediterranji sabiex jibnu sistema strutturata ta' kelj fil-kimika.

2.5. Sigurtà pubblika u kontra l-frodi

Ksitjonijiet ta' sigurtà pubblika – proliferazzjoni ta' armi ta' qerda tal-massa, globalizzazzjoni ta' l-ekonomija, ksur tal-liġijiet tal-privatezza u vulnerabilitajiet ta' l-Internet, riskji minn diżastri naturali u teknoloġiċi – jeħtieġu atitudni koordinata internazzjonali. L-UE qiegħda tipprovdi qafas permezz ta' numru ta' mekkaniżmi u fl-istess ħin iddikjarat tolleranza żero għall-frodi. Dawn l-inizzjattivi politiċi u impenji jeħtieġu sostenn xjentifiku u tekniku u ċ-ĊRK qiegħed joħloq il-programm tiegħu sabiex jirrispondi b'mod dirett għal uħud minn dawk il-ħtiġiet speċifiċi. Iċ-ĊRK, matul is-snin, żviluppa kompetenza fuq bażi wiesa' u rikonoxxuta sew fid-dominju ġenerali ta' sigurtà u kontra l-fordi, fl-imaniġġjar ta' infrastrutturi kbar ta' informazzjoni u fl-ittrattar ta' sistemi kumplessi. Fil-programm ta' qafas 2002-2006, tali kompentenza għandha tkun provduta lill-istituzzjonijiet utenti Ewropej skond il-prijoritajiet u l-ħtiġiet tagħhom. Aktar enfasi għandu jingħata għall-esplojtazzjoni ta' networks ma' istituzzjonijiet ta' riċerka oħra u partijiet interessati sabiex japprofondixxu u jwessgħu is-sostenn tagħhom. Iċ-ĊRK għandu jikkonċentra fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

- sigurtà umanitarja internazzjonali,

- perikoli naturali u teknoloġiċi, riskji u emerġenzi,

- sigurtà tas-cyber,

- kontroll għall-konformità mar-regolamenti ta' l-UE u l-kontroll ta' frodi.

Sigurtà umanitarja internazzjonali

Iċ-ĊRK iżomm l-attenzjoni tiegħu fuq aspetti tekniċi ta' l-isforzi ta' l-UE fid-demining umanitarju, l-ewwel sabiex itejjeb l-għarfien ta' teknoloġija eżistenti għal-istħarriġ tal-kamp tal-mini u l-kxif permezz ta' ittestjar u miżuri ta' kejl, it-tieni sabiex jistma t-teknoloġji ġodda u t-tielet sabiex ikabbar l-viżibilità, t-trasparenza u l-effiċjenza ta' l-operazzjoni ta' l-azzjoni tal-mini ta' l-UE.

Iċ-ĊRK, permezz ta' l-inizjattivi GMES, għandu jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' kapaċità Ewropea li tippermetti tagħrif integrat bbażata fuq l-ispazju, tagħrif dwar l-ambjent u tagħrif soċjo-ekonomiku li għandhom ikunu disponibbli għall-politika ta' sigurtà Ewropea, inkluż għajnuna umanitarja, fuq bażi f'waqtha.

Perikoli naturali u teknoloġiċi, riskji u emerġenzi

Iċ-ĊRK għandu jkompli jsostni l-isforzi għall-iżvilupp ta' qafas Ewropew għat-tbassir, stimi, maniġġjar u tnaqqis ta' riskji fil-Komunità. Fil-programm ta' qafas 2002-2006, iċ-ĊRK għandu jiżviluppa aktar sistema ta' aċċess għall-immaniġġar ta' perikoli naturali u teknoloġiċi. Għar-riskji teknoloġiċi – minn inċidenti ta' l-ajruplani u perikoli industrijali – l-isforzi taċ-ĊRK għandhom ikunu ċentrati madwar l-operazzjoni tiegħu u t-titjib tas-sistemi Ewropej armonizzati ta' sorveljanza (ECCAIRS [6], MAHB [7], EPERC [8] li jkompli jestendu għall-Pajjiżi Kandidati. Għal perikoli naturali, Iċ-ĊRK għandu jagħmel sforz biex jipprovdi lill-Ewropa b'kapaċità simili. Fl-istess waqt, sforzi għall-iżvilupp ta' atitudni komuni Ewropea fir-rigward ta' dulluvji u nar tal-foresti għandhom ikomplu permezz ta' l-iffokar fuq integrazzjoni ta' mudellar avvanzat, tagħrif konvenzjonali u bażat fuq l-ispazju. Rabta ma' l-inizjattiva tal-GMES għandha tkun żviluppata. Diversi networks, bħan-network Ewropew ta' laboratorji ta' l-inġinerija dwar it-terremoti għandhom jiġu mwessa' għall-livell internazjzonali. Bl-istess mod, Iċ-ĊRK f'kollaborazzjoni ma' l-imsieħba Ewropej għandu jistabbilixxi network ta' faċilitajiet esperimentali sabiex jiżviluppa inizjattiva integrata komuni għas-sigurtà strutturali.

Iċ-ĊRK għandu juża l-potenzjal xjentifiku intern tiegħu u r-relazzjonijiet tiegħu man-networks xjentifiċi sabiex jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' sostenn għat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-immaniġġjar ta' riskju.

Sigurtà tas-cyber

Iċ-ĊRK għandu jibni fuq esperjenza miksuba fis-sostenn ta' l-inizjattivi ta' dipendenza ta' l-UE, sistemi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet barra mill-qorti kif ukoll bħala l-osservatur tas-sistemi ta' ħlasijiet elettroniċi. Permezz ta' ħidma mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli u l-organizzazzjonijiet ta' l-Istati Membri, għandu jsostni l-iżvilupp ta' rispons adegwat ta' l-UE għall-riskji ta' kriminalità tas-cyber, il-privatezza u vulnerabilitajiet ta' l-Internet. L-isforzi għandhom jikkonċentraw fuq metodi għal karatterizzazzjoni aħjar ta' dawn ir-riskji, fuq kriterji għall-evalwazzjoni ta' kontro-miżuri tekniki u fuq l-ittestjar tagħhom fil-faċilitajiet taċ-ĊRK u fuq l-iżvilupp ta' miżuri adegwati u armonizzati, indikazzjonijiet u statistika b'konsultazzjoni ma' partijiet interessati oħra, inkluż l-Eurorpol. Iċ-ĊRK għandu jżomm website fuq l-Internet dwar il-kwistjoni tal-kriminalita' permezz tas-cyber u jirrapporta dwar il-progress tiegħu lill-Forum ta' l-UE stabbilit fil-qafas tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq 'il-Ħolqien ta' soċjetà ta' l-informazzjoni b'iktar sigurtà billi jtejjeb is-sigurtà ta' l-infrastrutturi ta' informazzjoni u jikkombatti l-kriminalità relatata mal-kompjuters'.

Sorveljanza tal-konformità mar-regolamenti ta' l-UE u l-kontroll tal-frodi

Iċ-ĊRK għandu jsostni l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tkabbar l-effettività ta' miżuri kontra l-frodi, it-tnejn li huma billi jipprovdu teknologiji avvanzati lill-korpi li joperaw fil-livell ta' l-UE u billi jostnu lill-Istati Membri fl-użu ta' l-aħħar teknoloġiji. Iċ-ĊRK, filwaqt li jaħdem mill-qrib mas-servizzi kkonċernati tal-Kummissjoni, għandu jżomm sostenn adegwat għall-Politika Komuni Agrikola, il-Poltika Komuni tas-Sajd u l-Uffiċju ta' Kontra l-Frodi Ewropea (OLAF). Kif ukoll billi jesplora l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda – analiżi tad-DNA għall-identifikazzjoni ta' bhejjem, l-interpretazzjoni ta' stampi tas-satelliti għas-sorveljanza ta' medded ta' l-uċuħ tar-raba jew l-identifikazzjoni ta' bastiment tas-sajd, kontro korelazzjoni ta' analiżi isotopiku ta' xorb u alimenti sabiex ikun stabbilit il-kontenut u l-oriġini, ġbir ta' intelliġenza minn sorsi miftuħa, teknoloġija ta' lingwa għall-analiżi ta' dokumenti multi-lingwali – Iċ-ĊRK għandu jkompli jipprovdi lill-konsumaturi b'għerf integrat li jinkludi ċ-ċiklu sħiħ mill-qbid tat-tagħrif, l-għaqda tat-tagħrif, it-tfittix tat-tagħrif sal-viżwalizzazzjoni u l-istima.

Iċ-ĊRK għandu wkoll ikompli jibni fuq l-esperjenza metodologika tiegħu sabiex jipprovdi l-proċess tal-politika b'informazzjoni f'waqtha, ta' min jorbot fuqha u iktar soċjalment robusta. Dan dan għandu jinkiseb permezz ta' l-istatistika uffiċjali permezz ta' koordinazzjoni, mal-Eurostat, man-networks tematiċi ta' riċerka b'enfasi fuq indikaturi fuq medda ta' żmien qasira, ċiklu ta' negozju u analiżi finanzjarju u permezz ta' l-iżvilupp ta' metodoloġija ta' assigurazzjoni tal-kwalità għad-daħla xjentifika governanza.

Aktar importanza għandha tingħata lit-twissijiet kmieni u kxif tax-xejra, disseminazzjoni, tqajjom ta' konsapevolezza u qsim ta' informazzjoni mal-laboratorji msieħba fl-Istati Membri. Il-problema ta' frodi mgħandhiex tkun ittrattata fuq bażi ta' każ individwali iżda fuq livell ta' sistema – l-iżvilupp ta' proċeduri u regolamenti li jinvolvu inqas burokrazija u li huma intrinsikament inqas suxxettibbli għall-frodi.

[1] Workshop annwali ta' l-utenti, grupp ta' servizz intern għad-DGs ta' l-utenti, ftehim bilaterali, f'assoċazzjoni mall-Grupp ta' Livell Għoli ta' ta' l-Utent.

[2] Tewttieq tal-missjoni taċ-ĊRK fl-ERA. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

[3] tinkludi xogħol tal-European Ċhemiċals Bureau taċ-ĊRK.

[4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, pġ. 35.

[5] Bureau communautaire de reference.

[6] Ċentru Ewropew ta' Koordinazzjoni għal Sistemi ta' Raportar Mandatorju dwar inċidenti ta' l-Ajruplani.

[7] Bureau tal-Perikoli ta' Aċċidenti Prinċipali

[8] Kunsill Ewropew ta' Riċerka dwar Apparat tal-Pressjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS II

RENDIKONT INDIKATTIV TA' L-AMMONT MEQJUS NEĊESSARJU GĦALL-EŻEKUZZJONI TAL-PROGRAMM SPEĊIKU

Tip ta' attivitajiet | Ammont (EUR miljun) |

Ikel, prodotti kimiċi u saħħa | 212 |

Ambjent u sostenibilità | 286 |

Attivitajiet oriżontali Previżjoni teknoloġika; Materjali ta' referenza u tkejjil; Sigurtà ubblika u kontra l-frodiTaħriġ fir-riċerka; Aċċess għall-Infrastruttura | 262 |

Total | 760 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

REGOLI SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Bord tal-Gvernaturi taċ-ĊRK, għandha timplimenta l-azzjoni diretta fuq il-bażi ta' għanijiet xjentifiċi u kontenuti deskritti f'Anness I. L-attivitajiet li jirrigwardaw din l-azzjoni għandhom ikun magħmula fl-istituti relevanti taċ-ĊRK.

2. Fl-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet, Iċ-ĊRK għandu, fejn ikun xieraq u possibbli, jipparteċipa fi, jew jorganiżża, networks ta' laboratorji pubbliċi u privati fl-Istati Membri jew konsorzji ta' riċerka Ewropej li jgħinu l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Attenzjoni partikolar għandha tingħata għall-kooperazzjoni ma' l-industrija, speċjalment ma' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Korpi ta' riċerka stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu wkoll jikkooperaw fuq proġetti, b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti ta' Artikolu 6 tal-Proġramm ta' Qafas u, fejn japplika, mal-patti ta' ftehim ġħal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għal kooperazzjoni ma' labratorji ta' riċerka u istituzzjonijiet fil-Pajjiżi Kandidati u pajjiżi taċ-Ċentru u l-Lvant ta' l-Ewropa u dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika.

Iċ-ĊRK għandu wkoll juża l-mekkaniżmi adattati kontinwament sabiex jiddentifikaw il-ħtiġiet u l-bżonnijiet tal-konsumaturi tiegħu u l-utenti u li jinvolihom fl-attivitajiet relatati.

L-għerf miksub permezz ta' l-implimentazzjoni tal-proġetti jiġi disseminat milċ-ĊRK innifsu (waqt li jingħata kont tal-limitazzjonijiet possibbli minħabba kwistjonijiet kunfidenzjali).

3. Il-miżuri li jakkumpanjaw għandhom jinkludu:

- l-organizzazzjoni ta' żjajjar tal-persunal taċ-ĊRK fil-laboratorji nazzjonali, laboratorji industrijali u universatijiet,

- il-promozzjoni tal-mobilità ta' xjenzati żgħar, partikolarment mill-Pajjiżi Kandidati, b'attenzjoni partikolari sabiex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa,

- taħriġ speċjaliżżat b'sostenn ta' l-elaborazzjoni u/jew l-implimentazzjoni tal-politika Ewropea b'enfasi fuq il-multidixxiplina,

- l-organizzazzjoni ta' żjajjar lill-istituti taċ-ĊRK ta' xjenzati li qegħdin iżuruhom u sekondati minn esperti nazzjonali, partikolarment minn Pajjiżi Kandidati, b'attenzjoni partikolari sabiex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa,

- bdil sistematiku ta' informazzjoni, permezz ta', fost ħwejjeġ oħra, l-organizzazzjoni ta' seminars xjentifiċi, workshops u ċolloquiums u pubblikazzjonijiet xjentifiċi,

- l-evalwazzjoni indipendenti xjentifika u strateġika tat-twettiq tal-proġetti u programmi.

--------------------------------------------------