Official Journal L 281 , 19/10/2002 P. 0010 - 0011
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Agenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) dwar għajnuna lir-refuġjati fil-pajjizi fl-Lvant Qarib (2002 sa 2005) (2002/817/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWOPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 181 flimkien ma’ l-ewwel ta’ l-Artikolu 300(3), u l-Artikolu 300(4), tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) L-għaxar Konvenzjoni [3] kompluta ma’ L-Agenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2001. (2) Il-kriżi kurrenti fl-Lvant Nofsani poġġiet iżjed tagħbija fuq l-UNRWA. (3) L-assistenza tal-Komunità lill-UNRWA hu element importanti sabiex tiġi stabbilitata s-sitwazzjoni tal-Lvant Nofsani u iżjed minn hekk tifforma parti mill-kampanja kontra l-faqar f-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għalhekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostanzjali ekonomiku u soċjali tal-popolazzjoni kkonċernata u l-pajjiżi li jilqgħuhom fejn tgħix il-popolazzjoni. (4) L-appoġġ ta’ l-operazzjonijiet tal-UNRWA x’aktarx jikkontribwixxu għall-akkwist ta’ l-għanijiet tal-Komunità. (5) Konvenzjoni ġdida għandha tiġi konkluża mal-UNRWA sabiex l-għajnuna tal-Komunità tista’ tkompli tiġi pprovduta bħala parti minn programm komprensiv li joffri miżura ta’ kontinwità. (6) Għandha tiġi stabbilita l-proċedura interna xierqa sabiex tiżgura l-funzjoni proprja tal-Konvenzjoni. Għalhekk huwa neċesssarju li l-Kummissjoni tingħata l-poter li tagħmel modifiki fejn il-Konvenzjoni tipprovdi għal modifiki li għandhom jiġu addottati permezz ta’ proċedura simplifikata (Skambju ta’ Ittri), IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea u L-Agenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) dwar l-għajnuna lir-refuġjati fil-pajjiżi tal-Lvant Qarib (2002 sa 2005) hi għawnhekk approvata f’isem il-Komunità. It-test tal-Konvenzjoni tinsab imwaħħla ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-attwazzjoni tal-programm tal-Komunità ta’ għajnuna ta’ ikel lill-UNRWA għandha tkun irregolata permezz tal-proċedura li tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta’ Ġunju 1996 dwar il-politika ta’ għajnuna mogħtija fl-ikel u l-maniġġjar tal-għajnuna mogħtija f’ikel u operati speċjali li jappoġġaw is-siġurta fl-ikel [4]. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tapprova, billi tikkonsulta lill-Kumitat speċjali, modifiki lill-Konvenzjoni fejn il-Konvenzjoni tipprovdi għal modifiki li għandhom jiġu adottati permezz ta’ proċedura simplifikata (Skambju ta’ Ittri). Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jawtorizza l-persuni li għandhom il-poter jiffirmaw il-Konvenzjoni sabiex torbot il-Komunità. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Settembru 2002. Għall-Kunsill Il-President M. Fischer Boel [1] ĠU C 203, 27.08.02, p. 142. [2] Opinjoni mogħtija fit-3 ta’ Settembru 2002 (sa issa ma ġiex ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 261, 07.10.99, p. 36. [4] ĠU L 166, 05.07.96, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1726/2001 (ĠU L 234, 01.09.01, p. 10) --------------------------------------------------