Official Journal L 278 , 16/10/2002 P. 0019 - 0019
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 illi tamenda Deċiżjoni 98/50/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien tal-waħda lejn l-oħra li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima, fiċ-ċertifkati u fl-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (2002/800/KE) Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,u partikolarment artiklu 133 flimkien ma’ artiklu 300(2), l-ewwel paragrafu li jaqa’ taħtu, l-ewwel sentenza, u artiklu 300(3), l-ewwel paragrafu li jaqa’ taħtu, l-ewwel sentenza, u (4), Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, billi: Sabiex jiġi assigurat illi jkun imħaddem effiċjenti l-Ftehim fuq għarfien tal-waħda lejn l-oħra li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima, ċertifikati u immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja [1] (aktar ‘il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim") huwa meħtieġ illi Deċiżjoni 98/508/KE [2] tiġi emendata sabiex il-Kummisssjoni tiġi mogħtija s-setgħa biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-Ftehim. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artiklu waħdieni Artiklu 3 ta’ Deċiżjoni Nru 98/508/KE ġie mwaqqa’ u minfloku jitqiegħed dan illi ġej: "L-Artiklu 3 1. Il-Kummissjoni sejra tgħaddi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-appuntamenti, notifikazzjonijiet, għoti reċiproku ta’informazzjoni u talb għal informazzjoni speċifkata fil-Ftehim. 2. Il-qagħda tal-Komunità fil-Kumitat Imħallat tiġi determinata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1." Magħmul il-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU L 229, 17.08.98, p. 3. [2] ĠU L 229, 17.08.98, p. 1. --------------------------------------------------