Official Journal L 256 , 25/09/2002 P. 0007 - 0016
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Settembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Komunità, li jiffirmaw, jirratifikaw jew formalment isiru parteċipi fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Danni tat-Tniġġis minn Żejt tal-Bunker, 2001 (il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers) (2002/762/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(c), l-Artikolu 67(1) u l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Obbligi Ċivili għal Danni minn Tniġġiż ta' Żejt tal-Bunker, 2001 (minn hawn; "il quddiem imsejħa l-Konvenzjoni Bunker) ġiet adottata fit-23 ta' Marzu 2001 bil-għan li tassigura kumpens adekwat, fil-pront u effettiv lill-persuni li jsofru danni kawżati minn tixrid ta' żejt, meta jkun jinġarr bħala kumbustibbli fil-bunker tal-vapuri. Il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers qed timla' vojt sinjifikanti fir-regolementazzjoni internazzjonali dwar obbligi ta' tniġġis fil-baħar." (2) L-Artikoli 9 u 10 tal-Konvenzjoni tal-Bunker jolqtu l-leġislazzjoni sekondarja tal-Komunità dwar il-ġurisdizzjoni ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi kif stabbilit fir-Regulament tal-Kunsill (KE) No 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali. [2] (3) Għalhekk il-Komunità hi l-unika li għandha l-kompetenza b'relazzjoni ma' l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni dwar il-Bunkers sakemm dawn l-Artikoli jeffettwaw ir-regoli elenkati fir-Regulament (KE) Nru 44/2001. L-Istati Membri jżommu l-kompetenzi tagħhom f'dawk il-materji tal-Konvenzjoni li ma jeffettwawx il-liġi tal-Komunità. (4) Skond il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers, l-Istati sovrani biss jistgħu jkunu parteċipi; ma hemm l-ebda pjan li, fi żmien qasir, li jerġgħu jinfetħu mill-ġdid in-negozjati bil-għan li jitqiesu kompetenzi Komunitarji f'dan ir-rigward. Għaldaqstant mhux possibli li fil-present il-Komunità tirratifika jew tiffirma formalment il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers, lanqas ma hemm prospetti li tkun tista' tagħmel dan fil-futur qarib. (5) Il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers hi b'mod partikolari importanti, minħabba l-interessi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, għax, fuq l-istess linji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-1982, qed ittejjeb il-ħarsien tal-vittmi skond regoli internazzjonali dwar repsonsabiltà għal tinġiż marittimu. (6) Ir-regoli sostantivi tas-sistema stabbilita mill-Konvenzjoni dwar il-Bunkers huma fil-kompetenza ta' l-Istati Membri u huma biss id-disposizzjonijiet ta' ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti li jaqgħu esklussivament taħt kompetenza tal-Komunità. Minħabba l-materji u l-għanijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Bunkers, l-aċċettazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li jaqgħu taħt kompetenza tal-Komunità ma jistgħux jinfirdu mid-disposizzjonijiet li jaqgħu taħt kompetenzi ta' l-Istati Membri. (7) Il-Kunsill għandu jawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw u formalment jiffirmaw il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers fl-interess tal-Komunità, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. (8) L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiffirmaw il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers qabel it-30 ta' Settembru 2002 u għandhom, fi żmien raġonevoli, jiffinalizzaw il-proċeduri tagħhom għar-ratifika, jew l-adeżjoni għal dik il-Konvenzjoni fl-interess tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jaqsmu ma' xulxin informazzjoni dwar l-istat tar-ratifika jew tal-proċeduri ta' l-adeżjoni sabiex jippreparaw għad-depositu ta' l-istrumenti tar-ratifika, jew l-adeżjoni għall-Konvenzjoni. (9) Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma parteċipi fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. (10) Konformi ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-poduzzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka mhix parteċipi fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenzi fil-materja tal-Komunità, il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw u formalment jiffirmaw il-Konvenzjoni Bunker fl-interess tal-Komunità, soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti b'dawn l-Artikoli. 2. It-test tal-Konvenzjoni dwar il-Bunkers hu annessa ma' din id-Deċiżjoni. 3. F'din id-Deċiżjoni, il-kliem "L-Istati Membri" jinftehmu l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Artikolu 2 Meta jiffirmaw, jirratifikaw jew formalment isiru parteċipi fil-Konvenzjoni dwar il-Bunkers, l-Istati Membri għandhom jagħmlu din id-dikjarazzjoni: "Sentenzi tal-qorti fuq materji li jagħmlu parti mill-Konvenzjoni, meta mogħtija minn qorti ta'(… [3]), għandhom ikunu rikonoxxuti u nfurzati fi (… [4] ) skond ir-regoli interni relevanti tal-Komunità fuq is-suġġett. [5] Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jistinkaw sabiex jiffirmaw il-Konvenzjoni dwar il-Bunkers qabel it-30 Settembru 2002. 2. L-Istati Membri għandhom, fi żmien raġonevoli, jieħdu dawk il-miżuri neċessarji sabiex jiddepożitaw, mas-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizazzjoni Internazzjonali Marittima, l-istrumenti ta' ratifika għal, jew l-adeżjoni għal, Konvenzjoni Bunker u, jekk possibli, qabel it-30 ta' Ġunju 2006. 3. L-Istati Membri għandhom, qabel it-30 ta' Ġunju 2004, jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-data prospettiva biex jiffinalizzaw ir-ratifika u l-proċeduri ta' adeżjoni. 4. L-Istati Membri għandhom jaqsmu ma' xulxin informazzjoni dwar l-istat tar-ratifika jew tal-proċeduri ta' l-adeżjoni. Artikolu 4 Meta jiffirmaw, jirratifikaw jew formalment isiru parteċipi għall-Konvenzjoni dwar il-Bunkers, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw bil-kitba lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizazzjoni Internazzjonali Marittima li dan l-iffirmar, ratifika jew adeżjoni twettaq skond din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom, fl-eqreb opportunità, jagħmlu l-aħjar tentattivi biex jisguraw li l-Konvenzjoni Bunker tkun emendata ħalli l-Komunità tkun parteċipi tagħha. Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Settembru 2002. F'isem il-Kunsill Il-President P. S. Møller [1] ĠU C 51 E, 26.02.02, p. 371. [2] ĠU L 12, 16.01.01, p. 1. [3] L-Istati Membri kollha li għalihom hi applikabbli din id-Deċiżjoni bl-eċċezzjoni ta' l-Istati Membri li qed jagħmlu d-dikjarazzjoni u d-Danimarka. [4] L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni. [5] Fil-preżent, dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regulament (KE) Nru 44/2001." --------------------------------------------------