Official Journal L 237 , 05/09/2002 P. 0006 - 0015
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ settembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lil karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni 1999/554/KE (innotifikata taħt id-dokument numru C(2002) 3294) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2002/741/KE) IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja [1], u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu, Billi: (1) Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta tal-Komunità tista’ tingħata lil prodott li għandu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib in konnessjoni ma’ aspetti ambjentali importanti. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi dwar l-eko-tikketta għandhom ikunu stabbiliti skond il-gruppi ta’ prodott. (3) Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji ta’ l-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ stima u verifikazzjoni konnessi mal-kriterji, għandha ssir fiż-żmien dovut qabel tmiem il-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodott. Riżultat ta’ dik ir-reviżjoni għandu jkun proposta għal titwil, irtirar jew reviżjoni. (4) Huwa xieraq li jkunu riveduti l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/554/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxu l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-eko-tikketta tal-Komunità lil karta għall-ikkuppjar [2] biex jirriflettu l-iżviluppi fis-suq. Fl-istess ħin, id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodott għandha tkun immodifikata (tinbidel) biex tinkludi karta grafika. (5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida għandha tkun addottata li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għal dan il-grupp ta’ prodott, li jkunu validi għal perjodu ta’ ħames snin. (6) Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta’ mhux iktar minn 12-il xahar, kemm il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni u kemm il-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/554/KE għandhom ikunu validi fl-istess żmien, biex jippermettu żmien suffiċjenti għal kumpaniji li ngħataw jew li applikaw għall-għotja ta’ l-eko-tikketta għall-prodotti tagħhom qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jaddattaw dawk il-prodotti biex jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda. (7) Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom huma bbażati fuq l-abbozz ta’ kriterji żviluppati mill-Bord ta’ l-Unjonu Ewropea dwar l-Eko-Ttikkettjar stabbilit taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000. (8) Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Biex tingħata l-eko-tikketta tal-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, karta għandha taqa’ ġol-grupp ta’ prodott "karta għall-ikkuppjar u karta grafika" kif iddefinit fl-Artikolu 2, u għandha tikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi ddikjarati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-grupp ta’ prodott "karta għall-ikkuppjar u karta grafika" għandu jikkomprendi folji jew rollijiet ta’ karta mhix stampata li jintużaw għall-istampar jew ikkuppjar jew kitba jew disinn. 2. Karta ta’ gazzetti, karta termikament sensittiva u karta mingħajr karbonju mhumiex inklużi fil-grupp ta’ prodott. Artikolu 3 Għal għanijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodott "karta għall-ikkuppjar u karta grafika" għandu jkun "011". Artikolu 4 L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/554/KE huwa ssostitwit b’li ġej: "Artikolu 3 Id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodott u l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għall-grupp ta’ prodott għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Awissu 2003." Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2002 sal-31 ta’ Awissu 2007. Produtturi ta’ prodotti li jaqgħu ġol-grupp ta’ prodott "karta għall-ikkuppjar" li diġà ngħatatilhom l-eko-tikketta qabel l-1 ta’ Settembru 2002 jistgħu jissoktaw jużaw dik it-tikketta sal-31 ta’ Awissu 2003. Produtturi ta’ prodotti li jaqgħu ġol-grupp ta’ prodott "karta għall-ikkuppjar" li diġà applikaw għall-għoti ta’ l-eko-tikketta qabel l-1 ta’ Settembru 2002 jistgħu jingħataw l-eko-tikketta taħt it-termini tad-Deċiżjoni 1999/554/KE. F’dawn il-każijiet it-tikketta tista’ tintuża sal-31 ta’ Awissu 2003. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Settembru 2002. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 237, tal-21.09.00, pġ. 1. [2] ĠU L 210, ta’ l-10.08.99, pġ. 16. -------------------------------------------------- ANNESS QAFAS L-għanijiet tal-kriterji Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikolari għal: - it-tnaqqis ta’ tfigħ f’ilmijiet ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi, - it-tnaqqis ta’ ħsara jew riskji ambjentali konnessi ma’ l-użu ta’ enerġija (sħana globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis ta’ ożonu, tnaqqis ta’ riżorsi li ma jiġġeddux) billi jitnaqqsu l-konsum ta’ enerġija u emissjonijiet fl-arja konnessi magħha, - it-tnaqqis ta’ ħsara jew riskji ambjentali konnessi ma’ l-użu ta’ kimiċi perikolużi, - l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ mmaneġġjar sostenibbli għall-protezzjoni ta’ foresti. Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar ta’ karta għall-ikkuppjar u karta grafika li għandhom impatt ambjentali iktar baxx. Rekwiżiti għal stima u verifikazzjoni Ir-rekwiżiti speċifiċi għal stima u verifikazzjoni huma indikati ġo kull kriterju. Fejn l-applikant huwa rikjest jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analisi, rapportijiet ta’ testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., kif xieraq. Fejn xieraq, metodi ta’ testijiet barra minn dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-korp kompetenti li jistima (jeżamina) l-applikazzjoni. Fejn possibbli, ittestjar għandu jsir minn laboratorji akkreditati kif xieraq li jissodisfaw ir-rekwiżiti komplessivi espressi fl-istandard EN ISO 17025. Fejn xieraq, korpi kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti. Huwa rrakkomandat li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi kkonoxxuti ta’ mmaneġġjar ambjentali, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jistmaw (jeżaminaw) il-konformita ta’ applikazzjonijiet u mmonitorjar mal-kriterji: (Nota:Mhuwiex rikjest li skemi ta’ mmaneġġjar bħal dawn (tali) ikunu implimentati). KRITERJI 1. Emissjonijiet fl-ilma u arja (a) COD, Kubrit (S), NOx: Għal kull parametru, l-emissjonijiet fl-arja u/jew ilma mill-polpa jew il-produzzjoni tal-karta għandha tkun espressa f’termini ta’ punti (PCOD, PS, PNOx) kif dettaljat hawn iktar ‘l isfel. Ebda mill-punti individwali PCOD, PS, jew PNOx m’għandu jkun ta’ iktar minn 1,5. In-numru totali ta’ punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx) m’għandux ikun ta’ iktar minn 3,0. Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ PS u PNOx għandhom isiru eżattament fl-istess manjiera). Kalkolu għal produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa użata, l-emissjonijiet COD konnessi (CODpolpa, espressa f’kg/tunnellata metrika ta’ arja niexfa - ADT), għandha tkun diviża bil-valur ta’ referenza għal dak it-tip ta’ polpa (referenzaCOD, polpa) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel. Dawn il-kwozjenti għandhom ikunu peżati skond il-proporzjoni ta’ kull polpa wżata (pi fir-rigward ta’ karta mniddija), u magħduda flimkien biex jagħtu n-numru ta’ punti għall-produzzjoni ta’ polpa(PCOD, polpa). Għalhekk: COD, polpa = (pi× CODpolpa, i/CODreferenza, polpa) Kalkolu għall-produzzjoni ta’ karta: In-numru ta’ punti għall-produzzjoni ta’ karta (PCOD, karta) għandu jkun ikkalkolat billi jkunu diviżi l-emissjonijiet konnessi COD (CODkarta) bil-valur ta’ referenza għal karta (CODreferenza, karta) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel. Għalhekk: PCOD, karta = CODkarta/CODreferenza, karta Kalkolu komplessiv ta’ punti PCOD: Valur komplessiv ta’ referenza għal polpa peżat fuq il-polpi differenti użati (CODpeżat referenza, polpa) għandu jkun ikkalkolat: CODpeżat referenza, polpa = <ISO_7<Ó (<ISO_1<pi× CODreferenza, polpa) Fl-aħħar, il-punti għal produzzjoni ta’ polpa u karta għandhom jingħaqdu biex jagħtu n-numru komplessiv ta’ punti (PCOD) kif ġej: PCOD = PCOD, polpa × CODpeżat referenza, polpa/(CODpeżat referenza, polpa + CODreferenza, karta) +PCOD, karta × CODreferenza, karta/(CODpeżat referenza, polpa + CODreferenza, polpa) Tabella ta’ valuri ta’ referenza għal emissjonijiet minn tipi differenti ta’ polpa u minn produzzjoni ta’ polpa Grad ta’ polpa/karta | Emissjonijiet (kg/ADT) | CODreferenza | Sreferenza | NO referenz | Polpa kimika (kraft u l-oħrajn kollha ħlief sulfit) | 18,0 | 0,6 | 1,6 | Polpa kimika (sulfit) | 25,0 | 0,6 | 1,6 | CTMP | 15,0 | 0,2 | 0,3 | TMP/polpa ta’ njam mitħun | 3,0 | 0,2 | 0,3 | Fibra ta’ polpa rriċiklata | 2,0 | 0,2 | 0,3 | Karta (fabbriki mhux integrati fejn il-polpi kollha jinbiegħu polpi tas-suq) | 1,0 | 0,3 | 0,8 | Karta (fabbriki oħra) | 1,0 | 0,3 | 0,7 | Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn konness li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi ta’ test li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(oxid.): EPA nru.8; S(red.): EPA no 16A; S kontenut ta’ żejt: ISO 8754:1995; S kontenut ta’ faħam: ISO 351. Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Hija għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jiġru matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inkluż fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet konnessi mal-produzzjoni ta’ elettriċità. Kejlijiet (Qisien) għandhom jinkludu bajli ta’ rkupru, kalkari tal-ġir, bajli tal-fwar u fran għal qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. Emissjonijiet diffużi (li jixterrdu) għandhom jiqiesu. Valuri ta’ emissjonijiet irrapportati għal S fl-arja għandhom jinkludu kemm emissjonijiet ossidizzati u kemm imnaqqsa ta’ S (sulfid ta’ dimetil, merkaptan ta’ metil, sulfid ta’ idroġenu u simili). L-emissjonijiet S konnessi mal-ġenerazzjoni ta’ enerġija bi sħana taż-żejt, faħam u karburanti esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jkunu kkalkolati minflok imkejla (meqjusa), u għandhom jitqiesu (jittieħdu in konsiderazzjoni). Kejlijiet (Qisien) ta’ emissjonijiet fl-ilma għandhom jittieħdu fuq kampjuni mhux filtrati u mhux qiegħda jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant pubbliku ta’ trattament. Il-perjodu għall-kejlijiet (qisien) għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejlijiet (qisien) għandhom ikunu bbażati għall-inqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli ta’ l-impjant. Il-kejl (qies) għandu jkun rappreżentattiv tal-kampnja rispettiva. (b) AOX: L-emissjonijiet AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa użata m’għandhom ikunu iktar minn 0,25 kg/ADT. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti rapporti ta’ testijiet billi juża l-metodu ta’ test li ġej: AOX ISO 9562 (1989). Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl (qies). AOX għandu jkun imkejjel biss fi proċessi fejn komposti tal-kloru jintużaw għall-bleaching (tibjid) tal-polpa. AOX m’għandux għalfejn ikun imkejjel (meqjus) fl-effluent minn produzzjoni ta’ karta mhux integrata jew fl-effluent minn produzzjoni ta’ polpa mingħajr bleaching jew fejn il-bleaching huwa magħmul b’sustanzi bla kloru. Kejlijiet (Qisien) għandhom jittieħdu fuq kampjuni mhux filtrati u mhux qiegħda jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament b’impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejlijiet (qisien) għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni ta’ matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ġdid jew impjant ta’ produzzjoni mibni mill-ġdid, il-kejlijiet (qisien) għandhom ikunu ibbażati fuq għall-inqas 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli ta’ l-impjant. Il-kejl (qies) għandu jkun rappreżentattiv għall-kampanja ripettiva. (ċ) CO2: L-emissjonijiet ta’ dijossidu minn sorsi li ma jiġġeddux m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 1000 kg kull tunnellata metrika ta’ karta prodotta, inklużi emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettriċità (kemm fil-post kemm barra l-post). Għal fabbriki mhux integrati (fejn il-polpi kollha użati huma polpi tas-suq mixtrija) l-emissjonijiet m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 1100 kg kull tunnellata metrika. L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkolati bħala s-somma ta’ l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ polpa u karta. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn konnessa. L-applikant għandu jagħti data ta’ l-emissjonijiet fl-arja tad-dijossidu karboniku. Dan għandu jinkludi s-sorsi kollha ta’ karburanti li ma jiġġeddux matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettriċità (kemm fuq il-post kemm barra l-post). Il-fatturi ta’ emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu ta’ l-emissjonijiet tas-CO 2 minn karburanti: Faħam | CO2, emissjoni fossili | Unità | KK Karburant | 95 | g CO2, fossili/MJ | Żejt mhux maħdum (krud) | 73 | g CO2, fossili/MJ | Żejt għal fuel 1 | 74 | g CO2, fossili/MJ | Żejt tal-fuel 2 5 | 77 | g CO2, fossili/MJ | LPG | 69 | g CO2, fossili/MJ | Gass naturali | 56 | g CO2, fossili/MJ | Grid electricity | 400 | g CO2, fossili/KWh | Għal grid electricity, il-valur imsemmi fit-tabella hawn iktar ’il fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi valur medju għall-fornitur(i) tiegħu ta’ elettriċità, f’liema każ l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi fit-tabella. Il-perjodu għall-kalkoli jew bilanċji tal-massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni ta’ matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq għall-inqas 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli ta’ l-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi għall-kampanja rispettiva. 2. Użu ta’ enerġija (a) Elettriċità: Il-konsum ta’ elettriċità konnessa mal-produzzjoni ta’ polpa u karta għandha tkun espressa f’termini ta’ punti (PE) kif dettaljat hawn iktar ’l isfel. In-numru ta’ punti, PE, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5. Il-kalkolu ta’ PE għandu jsir kif ġej Kalkolu għal produzzjoni ta’ polpa: Għal kull polpa i wżata, il-konsum ta’ elettriċita konness (Epolpa, i espressa f’kWh/ADT) għandu jkun ikkalkolat: Epolpa, i = Elettriċità prodotta internament + elettriċità – elettriċità minbjugħa Dan il-valur għandu jkun diviż bil-valur ta’ referenza għal dak it-tip ta’ polpa (Ereferenza, polpa) mogħti fit-tabella hawn taħt iktar ’l isfel. Dawn il-kwożjenti għandhom ikunu peżati skond il-proporzjoni ta’ kull polpa użata (pi fir-rigward ta’ karta mniddija) u magħduda flimkien biex jagħtu n-numru ta’ punti għall-konsum ta’ elettriċita wżata fil-produzzjoni ta’ polpa (PE, polpa). Għalhekk: E, polpa = (pi × Epolpa, i/Ereferenza, polpa) Kalkolu għal produzzjoni ta’ karta B’mod simili, il-konsum ta’ elettriċità konnes mal-produzzjoni ta’ karta (Ekarta) għandu jkun ikkalkolat bil-valur ta’ referenza għal dak it-tip ta’ karta (Ereferenza, karta) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel,: Epaper = Elettriċita prodotta internament + elettriċità - elettriċità mibjugħa PE, karta = Ekarta/Ereferenza, karta Kalkolu komplessiv ta’ punti PE: Valur ta’ referenza peżata komplessiv għal polpa (referenza Epeżata, polpa), għandu jkun ikkalkolat kif ġej: referenza Epeżata, polpa = (pi Ereferenza, polpa) Fl-aħħar, il-punti għal produzzjoni ta’ polpa u karta għandhom jingħaqdu biex jagħtu n-numru komplessiv ta’ punti (PE) kif ġej: E = PE, polpa referenza Epeżata, polpa/(Epeżat referenza, polpa + Ereferenza, karta) + PE, karta Ereferenza, karta/(Epeżat referenza, polpa + Ereferenza, karta) (b) Karburanti (sħana): Il-konsum ta’ karburanti konnessi mal-produzzjoni ta’ polpa u karta għandu jkun espress f’termini ta’ punti (PF) kif dettaljat hawn iktar ‘l isfel. In-numru ta’ punti, PF, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5. Il-kalkolu ta’ PF għandu jsir kif ġej. Kalkolu għal produzzjoni ta’ polpa: Għal kull polpa i użata, il-konsum ta’ karburanti konness (Fpolpa, i espressa f’kWh/ADT) għandu jkun ikkalkolat: Fpolpa, i = karburanti prodotti internament + - karburanti mixtrija - karburanti mibjugħa - 1,25 × elettriċita prodotta internament Nota: Fpolpa, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, polpa) m’għandux għalfejn ikun ikun ikkalkolat għal polpa mekkanika ħlief jekk hija polpa mekkanika fis-suq imnixxfa bl-arja li fiha għall-inqas 90 % materja niexfa. Fpolpa, i għandu jkun diviż bil-valur ta’ referenza għat-tip rispettiv ta’ polpa (Freferenza, polpa) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel. Dawn il-kwożjenti għandhom ikunu peżati skond il-proporzjon ta’ kull polpa użata (pi fir-rigward ta’ polpa mniddija) u magħduda flimkien biex jagħtu n-numru ta’ punti għall-karburanti fil-produzzjoni tal-polpa (PF, polpa). Għalhekk: Pf karta = Ó (pi × Fkarta, i/Friferenza, karta) Kalkolu għal produzzjoni ta’ karta: B’mod simili il-konsum ta’ karburanti konness mal-produzzjoni ta’ karta (Fkarta, espress f’kWh/ADT), għandu jkun ikkalkolat kif ġej: Fkarta = Karburanti prodotti internament + karburanti mixtrija - karburanti mibjugħa - 1,25 × elettriċità prodotta internament PF, karta = Fkarta/Freferenza, karta Kalkolu komplessiv ta’ punti PF: Valur ta’ referenza peżat komplessiv għal polpa (Freferenza peżata, polpa), għandu jkun ikkalkolat: Freferenza peżata, polpa = (pi Freferenza, polpa) Fl-aħħar, il-punti għal produzzjoni ta’ polpa u karta għandhom jingħaqdu biex jagħtu n-numru komplessiv ta’ punti (PF) kif ġej: PF = PF, polpa × Freferenza peżata, polpa/(Freferenza peżata, polpa + Freferenza, karta) + PF, karta × Freferenza, karta/(Freferenza peżata, polpa + Freferenza, karta) Tabella ta’ valuri ta’ referenza għal elettriċita u karburanti Grad ta’ polpa | Karburanti kWh/ADT Freferenza | Elettriċità kWh/ADT Ereferenza | Polpa kimika | 4000 ( Nota:għal polpa tas-suq imnixxfa bl-arja li fiha għall-inqas 90 % materja niexfa (admp), dan il-valur jista’ jogħla fil-grad b’25 % għat-tnixxif ) | 800 | Polpa mekkanika | 900 ( Nota:dan il-valur ikun applikabbli biss għal admp ) | 2500 | Polpa ta’ fibra rriċiklata | 1800 ( Nota:għal admp, dan il-valur jista’ jogħla fil-grad b’25 % għat-tnixxif ) | 800 | Grad ta’ karta | Karburanti kWh/ | Elettriċità kWh/ | Karta fina bla njam mhux miksija Karta għal perjodiċi (SC) | 1800 | 600 | Miksija Karta fina bla njam Karta miksija għal perjodiċi (LWC, MWC) | 1800 | 800 | Stima u verifikazzjoni (kemm għal (a) u kemm għal (b): L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad- dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha konnessi. Id-dettalji rrapportati għandhom għalhekk jinkludu l-konsum totali ta’ elettriċita u karburanti. L-applikant għandu jikkalkola l-inputs kollha ta’ enerġija, diviżi fi sħana/karburanti u elettriċità użati matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inkluża l-enerġija wżata fit-tneħħija tal-linka fi skart ta’ karti għall-produzzjoni ta’ karta rriċiklata. Enerġija użata fit-trasport ta’ materji primi, kif ukoll konverżjoni u ppakkjar, mhix inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta’ enerġija. L-enerġija totali ta’ sħana tinkludi l-karburanti kollha mixtrija. Tinkludi wkoll l-enerġija ta’ sħana rkuprata minn liquors (likwidi, likuri) u skartijiet inċinerattivi minn proċessi fuq il-post (e.g. skart ta’ l-injam, serratura, liquors (likwidi, likuri) skart tal-karta, taqtigħ ta’ karta), kif ukoll sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna ta’ elettriċità - b’danakollu, l-applikant jeħtieġ biss jgħodd 80 % ta’ l-enerġija ta’ sħana minn sorsi bħal dawn (tali) meta jikkalkola l-enerġija totali ta’ sħana. Enerġija elettrika tfisser elettriċita importata netta ġejja minn grid u ġenerazzjoni interna ta’ qawwa elettrika. Elettriċità użata għal trattament ta’ skart ta’ ilma m’hemmx għalfejn tkun inkluża. Fejn fwar huwa ġġenerat b’użu ta’ elettriċità bħala sors ta’ sħana, il-valur ta’ sħana tal-fwar għandu jkun ikkalkolat, imbagħad diviż b’0,8 u miżjud mat-total ta’ konsum. 3. Fibri - immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti Fibri jistgħu jkunu fibri ta’ l-injam, jew fibri rriċiklati minn karta rkuprata, jew fibri oħra ta’ ċelluloża. Fibri minn karti mqatta’ minn fabbriki tal-karti m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala fibri rriċiklati. Għall-inqas 10 % ta’ fibri ta’ njam verġni minn foresti għandu jiġi minn foresti li huma ċċertifikati bħala li humma mmaneġġjati biex jimplimentaw il-prinċipji u l-miżuri mmirati biex jiżguraw immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti. Il-fibri ta’ njam verġni minn foresti li jibqa’ għandhom jiġu minn foresti li huma mmaneġġjati biex jimplimentaw il-prinċipji u l-miżuri mmirati biex jiżguraw l-immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti. L-oriġini tal-fibri verġni kollha użati għandu jkun indikat. Fl-Ewropa, il-prinċipji u l-miżuri li hemm referenza għalihom hawn iktar ’il fuq għandhom għall-inqas jikkorrispondu ma’ dawk tal-Linji ta’ Gwida Pan-Ewropej dwar Livell ta’ Ħidma għal Immaneġġjar Sostenibbli ta’ Foresti, kif approvati mill-Konferenza Ministerjali ta’ Lisbona dwar il-Protezzjoni ta’ Foresti fl-Ewropa (2 sa 4 ta’ Ġuinju 1998). Barra l-Ewropa huma għandhom għall-inqas jikkorrispondu mal-Prinċipji dwar Foresti ta’ l-UNCED (Rio de Janeiro, Ġunju 1992) u, fejn applikabbli, mal-kriterji jew linji ta’ gwida għall-immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti kif addottati taħt l-inizzjattivi internazzjonali u reġjonali (ITTO, Proċess ta’ Montreal, Proċess ta’ Tarapoto, Inizjattiva ta’ UNEP/FAO Żona Niexfa ta’ l-Afrika). Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jindika t-tipi, kwantitajiet u oriġini taa’ fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u tal-karta. L-orġini ta’ fibri verġni għandha tkun indikata bi preċiżjoni suffiċjenti li tippermetti, fejn xieraq, li jsiru kontrolli li l-fibri verġni huma foresti mmaneġġjati b’mod sostenibbli. Fejn jintużaw fibri verġni minn foresti, l-applikant għandu jagħti ċertifikat(i) xierqa flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn li turi li l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tistma b’mod korrett il-prinċipji u miżuri ta’ mmaneġġjar sostenibbli ta’ foresti msemmi hawn iktar ’il fuq. Għal dawk il-fibri verġni ta’ l-injam minn foresti li mhumiex iċċertifikati bħala li ġejjin minn foresti mmaneġġjati b’mod sostenibbli, l-applikant għandu jagħti d-dikjarazzjonijiet xierqa, karta (charter), kodiċi ta’ kondotta jew stqarrija, li jivverifikazzjoniw li r-rekwiżiti ta’ hawn iktar ’il fuq huma sodisfatti. 4. Susutanzi kimiċi perikolużi Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jforni list ta’ prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni ta’ polpa u karta, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħal MSDSs). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, funzjoni u fornituri tal-kimiċi kollha tal-proċess użati. (a) Kloru: Gass tal-kloru m’għandux jintuża bżala aġent ta’ bleaching. Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għall-gass tal-kloru konness mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li gass tal-kloru ma ntużax bħala aġent ta’ bleaching. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-bleaching ta’ fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu preċedenti ta’ ħajjithom setgħu kienu bleached bil-gass tal-kloru. (b) APEOs: Alkylphenol ethoxylates jew derivattivi oħra ta’ alkylphenol m’għandhomx jiżdiedu kimiċi ta’ tindif, kimiċi li jneħħu l-linka, aġenti li jimpedixxu r-ragħwa, dispersanti jew kisi (kisjiet). Derivattivi ta’ l-alkylphenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara degradazzjoni jipproduċu l-alkyl phenols. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tal-kimika tagħhom li alkylphenol ethoxylates jew derivattivi oħra ta’ l-alkylphenol ma żdiedux ma’ dawn il-prodotti. (ċ) Monomeri residwi: Il-kwantità totali ta’ monomeri residwi (eskluż acrylamide) li huma assenjati jew jistgħu jkunu assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqdiet, taħlitiet tagħhom): R45 (jista’ jikkawża kanċer (kankru)) R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret) R49 (jista’ jikkawża kanċer (kankru) bin- (permezz tan-) nifs) R50/53 (tossiku ħafna għal organiżmi akkwatiċi u jista’ jikkawża fit-tul effetti avversi fl-ambjent akkwatiku) R51/53 (tossiku għal organiżmi akwatiċi u jista’ jikkawża fit-tul effetti avversi fl-ambjent akkwatiku) R52/53 (ta’ ħsara għal organiżmi akwatiċi u jista’ jikkawża fit-tul effetti avversi fl-ambjent akkwatiku) R60 (jista’ jħassar (ixellef, jagħmel ħsara) lill-fertilità)) R61 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf) kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi konnessi mal-klassifika, ippakkjar u ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1] u l-emendi sussegwenti tagħha, f’kisi, retention aids, fursetti (strengtheners), sustanzi li jbarru l-ilma jew kimiċi użati fi trattament intern jew estern ta’ l-ilma m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 100 ppm (ikkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom). Acrylamide m’għandux ikun preżenti f’kisi, retention aids, fursetti (strengtheners), sustanzi li jbarru l-ilma jew kimiċi użati fi trattament intern jew estern ta’ l-ilma f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 1000 ppm (ikkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom). Il-korp kompetenti jista’ jeżenta lill-applikant minn dawn ir-rekwiżiti in konnessjoni ma’ kimiċi użati fi trattament intern jew estern ta’ l-ilma. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformita ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħala MSDSs). (d) Surfactants fil-formuli għat-tneħħija tal-linka għal fibri mreġġgħin lura: Fejn surfactants jintużaw fi kwantitajiet ta’ lanqas ta’ 100 g/ADT (magħduda fuq is-surfactants kolha użati fil-formuli differenti kollha użati għat-tneħħija tal-linka fil-fibri mreġġgħin lura), kull surfactant għandu jkun bijodegradabbli fil-pront. Fejn surfactants jintużaw fi kwantitajiet ta’ inqas minn 100 g/ADT, kull surfactant għandu jkun jew bijodegradabbli fil-pront jew bijodegradibbli fl-aħħarnett (aħħarija) (ara metodu ta’ test u livelli ta’ pass hawn iktar ’l isfel). Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-folji bid-data dwar is-sigurta tal-materjal relevanti jew rapporti ta’ testijiet għal kull surfactant li għandhom juru l-metodu ta’ test, il-limitu u konklużjoni ddikjarati, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ testijiet u livelli ta’ pass li ġejjin: għal bijodegradibilità fil-pront OECD 301 A-F (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwal ta’ degradazzjoni fi 28 jum ta’ għall-inqas 70 % għal 301 A u E, u ta’ għall-inqas 60 % għal 301 B, C, D u F; għal bijodegradibilità fl-aħħarnett (aħħarija) OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwal ta’ degradazzjoni (inkluż assorbiment) fi 28 jum ta’ għall-inqas 70 % għal 302 A u B, u ta’ għall-inqas 60 % għal 302 C. (e) Bijoċidi: Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew aġenti bijostatiċi użati biex joppponu organiżmi li jifformaw tajn (lgħab) f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni ta’ l-ilma li fihom fibri m’għandhomx ikunu potenzjalment bijo-kumulattivi. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-folji bid-data dwar is-sigurtà tal-materjal relevanti jew rapporti ta’ testijiet li għandhom juru l-metodu ta’ test, limitu u konklużjoni ddikjarati, billi jintużaw il-metodi ta’ testijiet li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E. (f) Kuluri azo : Ebda kuluri azo m’għandhom jintużaw li jistgħu jaqbdu ma’ xi ammini aromatiċi li ġejjin: 4-aminobifenill | (92-67-1) | benzidine | (92-87-5) | 4-chloro-o-toluidine | (95-69-2) | 2-naphthylamine | (91-59-8) | o-aminoazotoluene | (97-56-3) | 2-amino-4 -nitrotoluene | (99-55-8) | 4-chloroaniline | (106-47-8) | 2,4-diaminoanisol | (615-05-4) | 4,4_-diaminodiphenylmethane | (101-77-9) | 3,3_-dichlorobenzidine | (91-94-1) | 3,3_-dimethoxybenzidine | (119-90-4) | 3,3_-dimethylbenzidine | (119-93-7) | 3,3_-dimethyl-4,4_-diaminodiphenylmethane | (838-88-0) | p-cresidine | (120-71-8) | 4,4_-methylene-bis-(2-choroaniline) | (101-14-4) | 4,4_-oxydianiline | (101-80-4) | 4,4_-thiodianiline | (139-65-1) | o-toluidine | (95-53-4) | 2,4-diaminotoluene | (95-80-7) | 2,4,5-trimethylaniline | (137-17-7) | o-anisidine | (90-04-0) | 4-aminoazobenzene | (60-09-3) | Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. (g) Materjali (Sustanzi) għal kuluri: Ebda formula kummerċjali ta’ kuluri m’għandha tintuża fuq polpa jew karta li hija assenjata jew tista’ tkun assenjata fil-ħin ta’ l-applikazzjoni xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqdiet, taħlitiet tagħhom): R50 (tossiċi ħafna għal organiżmi akwatiċi), R51 (tossiċi għal organiżmi akwatiċi), R52 (ta’ ħsara għal organiżmi akwatiċi), R53 (jistgħu jikawżaw effetti avversi fit-tul fl-ambjent akwatiku), skond id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri konnessi mal-klassifika, ippakkjar u ttikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi [2], u l-emendi sussegwenti. Ebda formula kummerċjali ta’ kuluri m’għandha tintuża fuq kemm polpa kemm karta li fiha iktar minn total ta’ 2 % bil-piż ta’ sustanzi li huma assenjati jew jistgħu jkunu assenjati fil-ħin ta’ l-applikazzjoni xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn iktar ‘il fuq (jew għaqdiet, taħlitiet tagħhom) skond id-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħhom. Dan il-kriterju ma japplikax għal formuli fejn il-klassifika hija biss dovuta għall-preżenza ta’ komponent(i) bi grad ta’ fixation ta’ mill-inqas ta’ 98 %. Il-grad ta’ fixation jittieħed bħala t-total ta’ retenzjoni ta’ kuluri fil-fibri fil-proċess. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa bħall-Folji bid-Data dwar Sigurtà tal-Materjal relevanti. (h) Materjali ta’ kumpless ta’ metall ta’ kuluri jew pigments: Kuluri jew pigments li huma bbażati fuq ċomb, ram, kromju, nikel jew aluminju m’għandhomx jintużaw. Kuluri jew pigments ta’ phthalocyanine tar-ram jistgħu, b’danakollu, jintużaw. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità. (i) Impuritajiet joniċi f’materjal ta’ kuluri: Il-livelli ta’ impuritajiet joniċi fil-materjal ta’ kuluri użati m’għandhomx ikunu iktar minn li ġej: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1500 ppm. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità. 5. Immaneġġjar ta’ skart I Il-postijiet kollha ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta għandu jkollhom sistema għall-kontroll ta’ skart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji relevanti tal-postijiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta in kwestjoni) u prodotti residwi kkawżati mill-produzzjoni tal-prodott ta’ l-eko-tikketta. Is-sistema għandha tkun iddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u għandha tinkludi informazzjoni għall-inqas dwar il-punti li ġejjin: - proċeduri għal separazzjoni u użu ta’ materjali rriċiklati mill-kurrent ta’ skart, - proċeduri għal rikupru ta’ materajli għal użijiet oħra, bħal inċinerazzjoni biex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu, - proċeduri għall-kontroll ta’ skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji relevanti tal-postijiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta in kwestjoni). Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti deskrizzjoni ta’ l-immaneġġjar ta’ skart għall-postijiet ikkonċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. 6. Iffittjar għal użu Il-prodott għandu jkun tajjeb għall-użu. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni xierqa u/jew riżultati ta’ testijiet. 7. Informazzjoni dwar l-ippakkjar Il-prodott għandu jġib it-test li ġej (jew test ekwivalenti) dwar ippakkjar primarju u sekondarju: "Dan il-prodott jikkwalifika għall-Fjura għax jissodisfa r-rekwiżiti li, fost oħrajn, jillimitaw emissjonijiet fl-ilma (COD, AOX), fl-arja (S, NOX, CO2), u jillimita l-użu ta’ enerġija, karburanti fossili u sustanzi perikolużi..""Għal iktar informazzjoni dwar il-Fjura, jekk jogħġbok żur il-web-site: http://europa.eu.int/ecolabel""Jekk jogħġbok iġbor karta użata għal irriċiklar". Barra dan, il-manifattur jista’ wkoll jagħti dikjarazzjoni li tindika l-perċentwal minimu tal-fibri rriċiklati. Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kampjun ta’ l-ippakkjar tal-prodott u ta’ l-informazzjoni fornita mal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. 8. Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta Il-kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta għandha jkollha t-test li ġej: "tniġġis baxx ta’ arja u ilma użu baxx ta’ enerġija sustanzi ta’ ħsara ristretti". Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kampjun ta’ l-ippakkjar tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. [1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, pġ. 1. [2] ĠU L 200, tal-31.05.99, pġ. 1. --------------------------------------------------