32002D0668



Official Journal L 232 , 29/08/2002 P. 0034 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-3 ta’ Ġunju 2002

dwar is-sitt programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom), għal riċerka fuq l-enerġija nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ, u għal kontribuzzjoni fil-kreazzjoni ta’

"Żona ta’ Riċerka Europea"

(2002 to 2006)

(2002/668/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Programm kwadru li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ riċerka, inklużi attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u taħriġ fl-oqsma ta’ l-enerġija nukleari, għandu jiġi implimentat permezz ta’ programm kwadru ta’ riċerka u taħriġ, jistá jiġi addottat skond l-Artikolu 7 tat-Trattat.

(2) Fis-sena’2000 il-Kummisjoni ukoll komunikat

(3) Il-Kunsill Ewropew f’Lisbona f’Marzu 2000, f’Santa Maria de Feira f’Ġunju 2000 u fi Stokkolma f’Marzu 2001 addotta konklużjonijiet bil-għan li tiġi stabbilita mill-aktar fiss possibli zona Ewropea ta’ riċerka u innovazzjoni b’attenzjoni għal żvillup ekonomiku sostenibli, aktar impiegi u koezjoni soċjali. Il-Kunsill Ewropew ta’Gáteborg f’Ġunju 2001 qabel fuq strateġija għal żvillup sostenibli u żid it-tielet dimensjoni ambjentali għall-istrateġija ta’ Lisbona.

(4) Il-Parlament Ewropew [4] [5], il-Kunsill [6] [7], il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [8] u l-Kumitat tar-Reġjuni [9] appoġġjaw ukoll it-twaqqif ta’ Żona ta’ Riċerka Europea.

(5) Fid-19 ta’ Ottubru 2000 il-Kummisjoni ssottomettiet il-konklużjonijiet ta’ stima esterna ta’ l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ l-attivitajiet tal-Komunitá magħmula fil-ħames snin ta’ qabel l-istima, flimkien ma l-osservazzjonijiet tagħha.

(6) Għalhekk huwa importanti li jiġi addottat ta’ programm kwadru għal perijodu bejn l-2002 ul-2006, li jikkontribuixxi wkoll biex tiġi stabbilita Żona ta’ Riċerka Europea u li tinkoraġġixxi innovazzjoni.

(7) Is-sitt programm kwadru jwaqqaf l-għanijiet xjentifiċi u teknoloġiċI u l-prioritajiet ta’ l-attivitajiet imfassla, u jindika b’mod estensiv il-linji generali ta’ l-attivitajiet li ħa jiġu implimentati konformement ma’ l-għan li jkunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità.. Huwa importanti li jkun hemm ċertezza fl-amministrazzjoni finanzjarja tas-sitt programm kwadru.

(8) Ammont finanzjarju referenzali fi ħdan punt 34 tal-Ftehim Interistituzjonali tas-6 ta’Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq dixxiplina finanzjarja u żvillup tal-proċeduri finanzjarji [10] huwa inkluż f’din id-Deċiżjoni għal waqt il-ta’ programm kwadru kollu, mingħajr ma jaffetwa bl-ebda mod il-poteri awtoritarji tal-budget kif inhuma definiti fit-Trattat.

(9) Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt għandu jgħin fl-implimentazzjoni programm kwadru, fejn ikun jista’jipprovdi għajnuna, b’mod indipendenti u immirata lejn il-konsumatur; biex tiġi fformulata u implimentata il-polika tal-Komunitá, inkluż kontroll fuq l-implimentazzjoni ta’din il-politika, fl-oqsma li huma kompetenza tiegħu.

(10) L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan is-sitt programm kwadru għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk riflettuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Dtittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-bżonn li jiġi mogħti l-importanza tiegħu l-aċċetazzjoni ta’dawn l-attivitajiet mill-pubbliku.

(11) Wara li il-Kummisjoni ħarġet il-Komunikat "In-Nisa u x-Xjenza", u r-Risoluzzjonijiet tal-Kunsill ta’ 20 ta’ Mejju 1999 [11] u 26 ta’Ġunju 2001 [12] u r-Risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’3 ta’Frar 2000 [13] fuq din it-tema, pjan ta’azzjoni qed jiġi implimentat bl-iskop li tinghata spinta u tiżdied il-presenza u l-irwol tan-nisa fix-xjenzi u fir-riċerka fl-Ewropa, biex b’hekk irrespettivament mis-sess tiġi rispettata l-ugwaljanza fl-opportunitajiet,.

(12) Il-Green Paper tal-Kummisjoni "Lejn Strateġija Ewropea għal sigurtà fil-fornitura ta’l-enerġija" tikkostituwixxi element fid-dibattitu fuq il-mezzi biex jiġu mħarsa minn kambjamenti fil-klima u biex tiġi mnaqqsa d-dipendenza ta’l-Ewropa fuq enerġija importata.

(13) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tissottometti rapporti ta’progress b’mod regolari lill-Parlament Ewropew u lil Kunsill dwar l-implimentazzjoni tas-sitt ta’ programm kwadru u li jkun hemm stima indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’dawn l-attivitajiet fiż-zmien prestabbilit qabel ma jiġu sottomessi l-proposti tagħha għal programm kwadru l-ġdid. Din l-istima għandha tiġi mwetqqa fil-miftuħ u b’rispett lejn il-partijiet kollha konċernanti.

(14) Id-dimensjoni internazzjonali u globali fl-attivitajiet ta’riċerka ta’l-unjoni Ewropa hija importanti fl-interess li jinkisbu benerfiċji reċiproċi. Is-sitt ftehim kwadru huwa miftuħ għal parteċipazzjoni mill-pajjiżi kollha li kkonkludew il-ftehim neċċessarju preżenti, huwa miftuħ ukoll fuq livell ta’proġetti, huwa bbażżat fuq benefiċji reċiproċi, u huwa miftuħ ukoll għal parteċipazzjoni ta’pajjiżi terzi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali għal koperazzjoni xjentifika.

(15) Is-sitt programm kwadru għandu jikkontribwixxi għal tkabbir billi jwassal żvillupi xjentifiċi u teknoloġiċi fil-pajjiżi kandidati għall-implimentazzjoni ta’l-"acquis" tal-Komunitá u billi jgħinhom jintegraw fiż-Żona ta’Riċerka Ewropea. Ghandha tinghata informazzjoni dwar l-opportunitajiet biex wiehed jipparteċipa fil-programm lill-parteċipanti potenzali fil-ħin u b’mod komplet.

(16) Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku ġie kkonsultat mill-Kummissjoni u għadda l-opinjoni tiegħu,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-programm kwadru multiannwali għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’taħriġ, ta’ kull sena, hawnhekk iżjed -il quddiem msejjaħ is-"sitt programm kwadru", huwa hawnhekk adottat għal perjodu 2002 sal-2006.

2. Is-sitt programm kwadru ghandu jinkludi riċerka tal-Komunitá, żvillup teknoloġiku, koperazzjoni internazzjonali attivitajiet ta’ tixrid u ta’użu, kif ukoll taħriġ skond l-Intestaturi li ġejjin:

- fużjoni termonukleari kontrollata,

- amministrazzjoni ta’ skart radjoattiv,

- protettezzjoni mir-radjoattivitá,

- attivitajiet oħra fl-oqsma tat-teknoloġija nukleari u protezzjoni,

- attivitajiet nukleari taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt.

3. L-Anness I iwaqqaf l-għanijiet xjentifiċi u teknoloġiċi u l-prijoritajiet relatati, u jindika b’mod espansiv l’attivitajiet programmati.

Artikolu 2

1. L-ammont finanzjarju referenzali għall-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru għal perjodu bejn l-2002 sal-2006 ħa jkun 1230 miljun Euro. L-ammont allokat lil kull waħda mill-attivitajiet huwa ffissat fl-Anness II.

2. Ir-regoli dettaljati għal parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunitá ghandhom jiġu regolati mir-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għal Budget Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ikkumplimentati bl-Anness III, u, fejn approprjat, mir-riċerka u programm(i) ta’taħriġ li l-Kunsill ħa juża biex jimplementa din id-deċiżjoni.

Artikolu 3

L-attivitajiet kollha ta’riċerka mwettqa taħt is-sitt programm kwadru għandhom jiġu mwettqa konformi mal-prinċipji etiċi fundamentali.

Artikolu 4

Is-sitt programm kwadru għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ riċerka u taħriġ. Dawn il-programmi għandhom jistabbilixxu għanijiet preċisi u regoli dettaljati għall-implimentazzjoni.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha kontinwament u sistematikament tħares bl-għajnuna ta’ esperti kwalifikati, l-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru u l-programmi ta’riċerka u taħriġ.

2. Il-progress għall-implimentazzjoni tas-sitt programm kwadru, u b’mod partikolari il-progress biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu u jintlaħqu il-prioritajiet, inkluzi l-aspetti finanzjarji, għandu jiġi ppreżentat fid-dettal fir-rapport li ħa jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni kull sena skond l-Artikolu 7 tat-Trattat.

Artikolu 6

Qabel jiġu sottomessi il-proposti għal programm kwadru li jmiss, il-Kummissjoni għandha jkollha stima esterna mwettaqa minn esperti kwalifikati indipendenti ta’l-implimentazzjoni u l-progress ta’l-attivitajiet tal-Komunitá waqt il-ħames snin preħedenti għal dik l-istima.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika il-konklużjonijiet, flimkien ma’l-osservazzjonijiet tagħha, lil Parlament Ewropew, lil Kunsill, lil Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lil Kumitat tar-Reġjuni.

Magħmula fil-Lussemburgu, 3 ta’ Ġunju 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

J. C. Aparicio Pérez

[1] ĠU C 180 E, 26.6.2001, p. 177.

[2] ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 371.

[3] ĠU C 260, 17.9.2001, p. 3.

[4] Risoluzzjoni tat-18 ta’Mejju 2000 (ĠU C 59, tat-23.2.2001, p. 250).

[5] Risoluzzjoni tal-15 ta’Frar 2001 (C 276, ta’ l- 1.10.2001, p. 271).

[6] Risoluzzjoni tal-15 ta’Ġunju 2000 (ĠU C 205, tad-19.7.2000, p. 1).

[7] Risoluzzjoni tas-16 ta’Novembru 2000 (ĠU C 374, tat-28.12.2000, p. 1).

[8] Opinjoni tal-24 ta’Mejju 2000 (ĠU C 204, tat-18.7.2000, p. 70).

[9] Opinjoni tat-12 ta’April 2000 (ĠU C 226, tat-8.8.2000, p. 18).

[10] ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.

[11] ĠU C 201, 16.7.1999, p. 1.

[12] ĠU C 199, 14.7.2001, p. 1.

[13] ĠU C 309, 27.10.2000, p. 57.

--------------------------------------------------

ANNESS I

GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, LINJI ESTENSIVI TAL-PRODOTTI U TAL-PRIJORITAJIET

Biex jiġu milħuqa l-għanijiet tar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta'taħriġ kif imfassla fit-Trattat ta'l-Euratom, u biex ikun hemm kontribut għal twaqqif ta'Żona ta' Riċerka Europea, is-sitt programm kwadru (Euratom), minn issa -il quddiem msejjaħ bħala "dan il-programm" ħa jkun strutturat kif spjegat hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni f'dan il-programm fit-totalitá kollha tiegħu hija miftuħa għal dawk il-pajjiżi kollha li kkonkludew il-ftehim ta'assoċċjazzjoni mal-Komunitá ghal dan il-ghan. Pajjiżi terzi oħra jistgħu jipparteċipaw fil-programm grazzi għal ftehim bilaterali koperattiv. Riċerkaturi u organizzazzjonijiet minn terzi pajjiżi jistgħu jipparteċipaw wkoll fuq xi każ, fuq il-bażi ta'sistema sitwazzjonali fil-proġetti.

1. SETTURI TA' RIĊERKA TEMATIKA PRIJORITARJI

1.1. Fużjoni termonukleari kontrollata

Il-fużjoni termonukleari kontrollatatista' tikkontribuwixxi għal provvista fit-tul ta'l-enerġija u għalhekk għal ħtiġijiet ta'żvillupp sostenibli għal fornitura konsistenti ċentralizzata ta' elettriku.

Għal raġunijiet marbuta mal-kumplessità tal-konoxxenza fundamentali fil-fiżika u tal-problemi teknoloġiċi li għandhom jiġu solvuti, l-iżvilluppi neċċessarji għall-applikazzjonijiet possibli tal-fużjoni għal enerġija bil-fors ħa tieħu l-forma ta'proċess b'ħafna fażijiet, b'kull waħda tħalli impatt fuq dik li ġejja warajha. Izda, fi żmien iktar qarib ir-riċerka fit-teknoloġiji ta'fużjoni tistá tagħti l-lok għal żvillupi tekonoloġiċi bżonnjużi żvillupati minnhom.

L-isforzi magħmula fil-kuntest tal-programm ta' riċerka Ewropew integrat fuq il-fużjoni termonukleari kontrollata ippermetiet li l-Ewropa issir l-ewwel fid-dinja fil-qasam tar-riċerka tal-fużjoni permess tal-konfinament manjetiku.

il-progress li sar fuq ir-riċerka u r-riżultati milħuqa, b'mod partikolari bil-JET Ewropew Tokamak, issa jippermetti li jsir "il-Pass li Jmiss", li għandu jipproduċi makna kapaċi tiġġenera reazzjonijiet fużjonali f'kondizzjonijiet paragunabli ma'dawk ta'rejattur tal-produzzjoni ta'l-enerġija.

It-tmiem tax-xogħol ta'preparazzjoni fuq id-disinn dettaljat tal-"Pass li Jmiss" fil-kuntest ta'l-ITER; proġett internazzjonali ta'koperazzjoni, ħa tagħmilha possibli li tittieħed deċizjoni dwar il-bidu ta'dan il-proġett u l-bini ta'din il-makna.

L-għan ta'dan hu li tiġi murija l-vijabilità xjentifika u teknoloġika tal-produzzjoni ta' l-enerġija ta'fużjoni, b'attenzjoni għall-aspetti soċjo-ekonomiċi. L'arranġamenti preċisi għall-implimentazzjoni tal-proġett ħa tiddependi fuq in-negozjati li għaddejin fil-preżent fil-kwadru tal-koperazzjoni internazzjonali u żvillupi suċċessivi, b'mod partikolari id-deċiżjonijiet meħuda dwar il-kontribuzzjoni Ewropea fil-proġett ITER u l-post fejn il-makna sa tiġi installata. hemm bzonn li jigi stabbilit qafas legali xieraq.

Parteċipazzjoni fl-inizjattiva ta'l-ITER għandha bżonn ta'l-implimentazzjoni ta'programm kumplimentari inklużi l-elementi li ġejjin:

- It-tħaddim tal-makna "JET" b'mod li jinkiseb benefiċju mill-iżviluppi li qed issiru fil-preżent.. Possibiltá ta' parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta'riċerka bżonnjużi għad-dekomissjonament tal-faċilitajiet ta'fużjoni.,

- il-kontinwazzjoni tar-riċerka tal-fiżika tal-fużjoni u teknoloġija, inklużi:, b'mod partikolari t-tkomplija tal-kostruzzjoni tal-Wendelstein 7-X "stellarator" u tħaddim tal-istallazzjonijiet eżistenti fl-assoċċazzjonijiet ta'l-Euratom; attivitajiet kordinati dwar riċerka teknoloġika, u b'mod partikolari riċerka għal materjali għal fużjoni.

1.2. Gestjoni ta'l-iskart radjoattiv

L-enerġija ta'fiżjoni nukleari illumi tipprovdi 35 % tal-elettriku fil-komunitá.

Din tikostituwixxi element fid-dibattitu fuq il-mezzi biex ikun hemm ħarsien minn kambjamenti klimatiċi u titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq l-Enerġija importata. Xi uħud mill-impjanti ta'enerġija tal-Ġenerazzjoni preżenti ħa jibqgħu joperaw għal ta'l-inqas għoxrin sena.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-isfruttament ta'l-enerġija nukleari ta'fiżjoni għal produzzjoni ta'l-enerġija, tirikjedi żvillupi fil-problema ta'l-iskart, u b'mod partikolari fl-implimentazzjoni industrijali ta' soluzzjonijiet tekniċi għall-immaniġjar ta'skart dewwiemi.

L-isforzi fir-riċerka tas-settur pubbliku u privat Ewropew b'kunsiderazzjoni għal trattament ta'skart nukleari u ta' teknoloġija għal ħażna huma sinnifikattivi.. Grazzi għal effetti kordinanti tagħha, l-azzjoni Kommunitarja f'dan is-settur tagħmilha possibli biex jiġu assemblati f'massa kritika u tiżgura konsistenza mal-linji Ġenerali addottati mill-organizzazzjonijiet li jimmaniġjaw l-iskart u mill-industriji konċernati.

L-azzjonijiet ħa jkopru kemm il-problema tal-gestjoni ta'l-iskart kif ukoll il-kwistjoni ta'kif ħa jitnaqqas l-impatt tiegħu. Dwar dan huma ħa jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:

- riċerka dwar proċessi għal ħażna fit-tul fi strati ġeoloġiċi fil-fond, ma'networks ta' l-attivitajiet mwettqa fis-siti differenti fit-tliet tipi prinċipali ta' formazzjonijiet ġeoloġiċi mfassla.,

- riċerka mmirata biex jitnaqqas l-impatt ta'l-iskart, b'mod partikolari grazzi għall-iżvillup ta'teknoloġiji ġodda biex jitnaqqas il-periklu assoċjat ma'l-iskart permezz ta' teknika ta' partizzjoni u transmutazzjoni, kif ukoll esplorazzjoni ta' metodi ta' teknika potenzali biex titnaqqas il-produzzjoni ta'skart fil-ġenerazzjoni ta'l-enerġija nukleari.

1.3. Protezzjoni mir-Radjuattività

Għad hemm bżonn ta'viġilanza biex tiżgura tkomplija tal-passat ta' sigurtà eccezzjonali tal-Komunità. It-Tkabbir ta'l-Unjoni qed idaħħal ukoll rikużi ġodda.. It-titjib ta' protezzjoni mir-radjazzjoni tkompli tkun prijoritá f'dan is-settur. F'dan il-programm dawn l-attivitajiet ħa jkunu mwettqa prinċipalment f'dawn is-setturi li ġejjin.:

- il-kwantifiazzjoni tar-riskji assoċjti ma'livelli baxxi ta'esposizzjoni.,

- esposizzjoni medika u esposizzjoni għal egħjun naturali,

- radjo-ekoloġija,

- il-gestjoni tar-riskji u l-emerġenzi,

- protezzjoni tal-post tax-xogħol u ta'l-ambjent.

2. ATTIVITAJIET OHRA FL-OQSMA TAT-TEKNOLOGIJI NUKLEARI U S-SIGURTA'

L-attivitajiet mwettqa taħt din l-intestatura huma maħsuba biex:

- Komunitá fl-oqsma tas-saħħa, enerġija u l-ambjent,

- jiżguraw li l-kapaċitá Ewropea tkun miżmum f'livell għoli fl-oqsma relevanti mhux mħarsa mis-setturi tematiċi prioritarji,

- jikkontribuwixxu għal ħolqien ta'Żona ta'Riċerka Ewropea.

Dawn l-attivitajiet ħa jiġu mwettqa prinċipalment fis-setturi li ġejjin:

- kunċetti innovattivi: evalwazzjoni tal-potenzal ta'kunċetti innovattivi li joffru vantaġġi f'dawk li huma; sigurtá, impatt ambjentali, utilizzu ta'riżorsi, resistenza għal proliferazzjoni, zvilupp ta' processi mtejba u b'anqas periklu fil-qasam ta'l-enerġija nukleari.,

- Edukazzjoni u taħriġ dwar is-sigurtà nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni mmirata għall-integrazzjoni u konsolidament ta' l-isforzi nazzjonali biex jintlaħaq ekonomija fuq skala kbira u li jkunu koperti wkoll dawk is-setturi bħall-mobilitá u riżorsi umani, aċċess transnazzjonali għall-infrastruttura u l-attivitjiet ta' kordinazzjoni,

- miżuri għal sigurtà fl-installazzjonijiet nukleari eżistenti.

3. ATTIVITAJIET NUKLEARI TA'ĊENTRU TA'RIĊERKA KONĠUNT (ĊRK)

L-attivitajiet taċ-ĊRK huma mmirati biex jappoġġaw attivatijiet politiċi tal-Komunitá u obligazzjonijiet speċifiċi tat-Trattat. Billi tiffoka l-attivitajiet tagħha fis-setturi fejn involviment mill-Komunità huwa approprjat, il-JRK jopera fejn l-identità Ewropea tipprovdi valur mizjud u fejn l-azzjoni tagħha hija ġustifikata minn aspetti transkonfi ta'sigurtà nukleari jew mill-interess pubbliku. L-ghan prinċipali ħa jkun li tiġi żvillupata kollaborazzjoni akbar grazzi għal networks, li twassal għal konsensus wiesgħa fuq wesá ta' kwistjonijiet fuq livell Ewropew u dinji. Attenzjoni specjali sa tkun mogħtija lil koperazzjoni mal-pajjiżi kandidati. Attivitajiet ta'taħriġ ħa jkunu komponent importanti għal ĊRK biex jgħin lil-Komunitá tarma b'ġenerazzjoni futura ta'xjenzati bil-kompetenzi u ħiliet neċċessarji. Is-setturi prinċipali ta'l-attivitajiet ta'riċerka ħa jkun għalhekk dawn li ġejjin [1]:

3.1. Is-sigurtà nukleari

Riċerka fit-trattament ta'l-iskart u l-ħażna (b'mod partikolari t-teknici ta'separazzjoni u t-transmutazzjoni ta'aktinidi ta' hajja twila) u protezzjoni mir-radjazzjoni; sigurtà tat-tipi differenti ta'reatturi bi prioritá għal dawk ir-reatturi fil-pajjiżi kandidati, u l-iżvillup ta'metodi ta' teknika b'kunsiderazzjoni għal materjali fissili, kif ukoll appoġġ tekniku biex titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari. Sa jkun provdut persunal biex jikkontrollaw id-dekomissjonament ta'l-installazzjonijiet nukleari obsoleti.

3.2. Kejlijiet u materjali ta'referenza

Il-metroloġija radionuklide, b'mod partikolari fil-każ ta'attivitá baxxa u madwar testijiet ġodda fil-ta'networks ta'laboratorji ta'eċċellenza; interazzjoni bejn in-newtroni u l-materja għal ġenerazzjoni ta'data bażika għall-istudji dwar it-transmutazzjoni ta'l-iskart u l-iżvillup ta'sistemi ġodda. Din l-attivitá prinċipalment ħa tipprovdi appoġġ orizzontali għall-azzjonijiet taħt it-Titolu 3.1 hawn fuq.

[1] Barra minnhekk, il-JRC hija intitolata biex tipparteċipa fl-attivitajiet kollha ta'riċerka fuq l-istess bażi bħal l-entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri.

--------------------------------------------------

ANNESS II

AMMONT MASSIMU KOMPLESSIV, ISHMA RISPETTIVI U SKOMPOSIZZJONI INDIKATIVA

(EUR miljuni) |

1. | Setturi tematiċi prijoritrji ta'riċerka | | 890 |

1.1. Fużjoni termonukleari kontrollata | 750 | |

1.2. Amministrazzjoni ta' skart radjuattiv | 90 | |

1.3. Protezzjoni mir-radjazzjoni | 50 | |

2. | Attivitajiet oħra fl-oqsma tat-teknoloġiji nukleari u s-sigurtà | | 50 |

3. | Attivitajiet nukleari taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt (JRC) | | 290 |

Total | | 1230 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

STRUMENTI

Introduzzjoni

L-intervent ta' stimi finanzjarji tal-Komuniá f'azzjonijiet indiretti (i.e. dawk mhux marbuta li jsiru mill-JRC) huma mmirati għal ċentri ta' riċerka, universitajiet, negozji, u korpi nazzjonali u internazzjonali stabbiliti fl-istati membri u ma' l-istati assoċjati ma'l-Ewropa, li jwettqu attivitajiet ta' riċerka. Dawn ta' l-aħħar jistgħu wkoll jaġixxu ta' intermedjarji għall-interventi ta'stimi finanzjarji tal-Komunitá. Fejn ikun neċċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, il-korpi fl-istati indipendenti –l ġodda (SIĠ) u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu eċċezzjonalment jirċievu fondi mil-Komunitá.

1. STRUMENTI FL-ENERĠIJA TA' FUŻJONI

Fl-oqsma ta' l-enerġija ta' fużjoni taħt l-Intestatura 1.1 ta' l-ANNESS I, in-natura partikolari ta' l-attivitajiet f'dan is-settur għandha bżonn l-implimentazzjoni ta' arranġamenti speċifiċi. Il-proġetti marbuta li jsiru ħa jkunu mwettqa skond il-proċeduri kif imfassla fl-:

- appalti ta' assoċjazzjoni,

- il-Ftehim ta' Żvillup ta' Fużjoni Ewropew (FŻFE),

- kull ftehim ieħor multilaterali konkluż bejn il-Komunità u l-organizzazzjonijiet assoċjati u/jew entitajiet legali li jistgħu jiġu mwaqqfa wara li l-kumitat konsultattiv kompetenti ta' l-opinjoni tiegħu,

- appalti oħra ta' dewmien limitat, b'mod partikolari ma korpi fl-istati memebri jew l-istati assoċjati mal-tal-programm ta' l-Euratom,

- ftehim internazzjonali li jkopri proġetti mwettqa fil-ta' koperazzjoni ma' stati terzi, bħal l-ITER.

l-attivitajiet biex tkun kordinata u sostnuta r-riċerka ta' l-enerġija ta' fużjoni jistghu jikkonċerna studji bħala appoġġ għal dawn l-attivitajiet, appoġġ għal skambji ta' informazzjoni, rikors għal kapaċitajiet ta' ħiliet esterni, inklużi l-evalwazzjoni indipendenti ta' l-attivitajiet, skemi ta' sħubija u taħriġ, pubblikazzjonijiet jew azzjonijiet oħra biex tiġi promossa t-trasferiment ta' teknoloġija.

2. STRUMENTI F'OQSMA OĦRA

Fl-oqsma ta' l-amministrazzjoni ta' skart radioattiv u protezzjoni ta' l-oqsma tematici prioritarji taħt l-Intestatura 1.2 u 1.3 ta' l-Anness I kif ukoll f'attivitajiet oħra taħt l-Intestatura 2, il-Komunià, bla hsara għall-programmi speċifiċi u r-regoli għal partċipazzjoni sa tikkontribuwixxi:

- għal networks ta' eċċellenza, mmirati biex isaħħu u jiżvillupaw eċċellenza xjentifika u teknoloġika tal-Komuniá permezz ta' l-integrazzjoni, fil-livell Ewropew, ta' kapaċitajiet ta' riċerka eżistenti jew emerġenti kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali,

- għal proġetti integrati maħluqa biex jaghtu spinta lill-kompettittività tal-Komuniá jew biex jindirizzaw il-bżonnijiet prinċipali tas-soċjetà billi tiġi mobilizzata massa kritika ta' riċerka u żvilupp ta' riżorsi teknoloġiċi u kompetenzi,

- proġetti speċifikament immirati, maħluqa biex jiġi akkwistat konoxxenza ġdid jew biex issir titjib konsiderevoli jew biex jiġu żviluppati prodotti ġodda, proċessi jew servizzi jew biex jiġu milħuqa bżonnijiet oħra tas-soċjetá jew tal-politika tal-Komunitá jew biex turi il-viabilità tat-teknoloġiji –l ġodda li joffru vantaġġ ekonomiku potenzali iżda li ma jistax jiġi kummerċjalizzat direttament,

- azzjonijiet biex jiġu promossi u żviluppati riżorsi umani u mobilitá,

- azzjonijiet ta' kordinamernt, intenzjonati biex jippromwovu u jappoġġaw inizjattivi ta' sensiela ta' operaturi ta' riċerka u innovazzjoni mmirata għal titjib fl-integrazzjoni,

- azzjonijiet ta' appoġġ speċifiċi bħal azzjonijiet immirati għall-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka u t-trasferiment ta' għarfien u azzjonijiet bħala appoġġ ta' l-infrastruttura tar-riċerka marbuta ma l-aċċess trans-konfinali jew xogħol tekniku ta' preparament (inklużi studji possibli),

- inizjattivi infrastrutturali integrati, li jagħaqqdu f'azzjoni waħda, ħafna attivitajiet essenzali, biex jiġu msaħħa u żvilluppati infrastrutturi ta' riċerka bil-għan li jipprovdu servizz fil-livell Ewropew.

3. AZZJONIJIET DIRETTI - ĊENTRU TA' RIĊERKA KONĠUNT

Azzjonijiet diretti ħa jkunu implementati miċ-ĊRK.

--------------------------------------------------