32002D0657

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Awissu 2002 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta' metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (notifikata taħt dokument numru K(2002) 3044)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 221 , 17/08/2002 P. 0008 - 0036
CS.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
ET.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
HU.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
LT.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
LV.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
MT.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
PL.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
SK.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521
SL.ES Chapter 3 Volume 36 P. 493 - 521


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat- 12 ta' Awissu 2002

li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta' metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati

(notifikata taħt dokument numru K(2002) 3044)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/657/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 t' April 1996 dwar il-miżuri għas-sorveljanza ta' xi sostanzi u r-residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti mill-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE [1], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1) Il-preżenza tar-residwi fil-prodotti ta' oriġini mill-annimali hija kwistjoni ta' tħassib għas-saħħa tal-pubbliku.

(2) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE tat-23 ta' Frar 1998 li tistabbilixxi regoli dettaljati dwar it-teħid uffiċjali tal-kampjuni, is-sorveljanza ta' xi sostanzi u r-residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti mill-annimali [2] tipprovdi li l-analiżi tal-kampjuni għandha ssir esklussivament mil-laboratorji approvati għall-kontroll uffiċjali tar-residwi mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

(3) Huwa meħtieġ li tiġi aċċertata l-kwalità u l-paragunabbilità tar-riżultati analitiċi iġġenerata mil-laboratorji approvati għall-kontroll uffiċjali tar-residwi. Dan għandu jintlaħaq billi jintużaw sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità u speċifikament billi jiġu applikati metodi validati skond proċeduri u kriterji ta' ħidma komuni u billi tkun aċċertata t-traċċabilità lejn standards komuni jew standards li hemm ftehim komuni dwarhom.

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 t' Ottubru 1993 dwar (8) is-suġġett ta' miżuri addizzjonali rigward il-kontroll uffiċjali ta' l-ikel u d-Deċiżjoni 98/179/KE [3] jirrikjedu illi l-laboratorji tal-kontroll uffiċjali jiġu akkreditati skond l-ISO 17025 (1) minn Jannar 2002 'l quddiem. Skond id-Deċiżjoni 98/179/KE, il-parteċipazzjoni fi skema ta' stima u akkreditazzjoni tal-kontroll tal-kwalità esterna magħrufa internazzjonalment hija meħtieġa għal-laboratorji approvati. Kif ukoll, il-laboratorji approvati għandhom jipprovaw il-kompetenza tagħhom b'parteċipazzjoni regolari u b'suċċess f'skemi adegwati għall-ittestjar tal-profiċjenza magħrufin jew organizzati mil-laboratorji nazzjonali jew Komunitarji ta' riferenza.

(5) Xibka ta' laboratorji ta' riferenza Komunitarji, laboratorji ta' riferenza nazzjonali u laboratorji ta' kontroll nazzjonali topera taħt id-Direttiva 96/23/KE sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni.

(6) B'riżultat ta' l-avvanzi fil-kimika analitika mill-adozzjoni tad-Direttiva 96/23/KE il-kunċett ta' metodi ta' rutina u metodi ta' riferenza ġiet mgħoddija b'sistema ta' kriterji, li fihom il-kriterji tal-ħidma u l-proċeduri għall-validazzjoni ta' metodi ta' screening u ta' konferma għandhom jitwaqqfu.

(7) Huwa meħtieġ illi jiġu determinati kriterji komuni għall-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-laboratorji tal-kontroll uffiċjali sabiex tiġi aċċertata implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva 96/23/KE.

(8) Huwa meħtieġ li ssir disposizzjoni għall-istabbiliment progressiv ta' limiti minimi meħtieġa għall-ħidma (MRPL) ta' metodi analitiċi għal sostanzi li għalihom ma ġie dderminat l-ebda limitu permess u partikolarment għal dawk is-sostanzi li l-użu tagħhom m'huwiex awtorizzat, jew huwa speċifikament ipprojbit fil-Komunita' sabiex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva 96/23/KE.

(9) 9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/515/KEE tas-26 ta' Settembru 1990 li twaqqaf il-metodi ta' riferenza ghall-iskoperta ta' residwi ta' metalliċi tqal u l-arseniku [4], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/256/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1993 li jwaqqaf il-metodi li għandhom jintużaw ghall-iskoperta ta' residwi ta' sostanzi li fihom azzjoni ormonali jew tirostatika [5], u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/257/KEE tal-15 t' April 1993 li twaqqaf il-metodi ta' riferenza u l-lista tal-laboratorji nazzjonali ta' riferenza għall-iskoperta tar-residwi [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/536/KE [7] ġew eżaminati mill-ġdid qabel sabiex jitqiesu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, instabu li m' għadhomx applikabbli fl-iskop u d-disposizzjonijiet tagħhom u għandhom għalhekk jiġu mħassra b' din id-Deċiżjoni.

(10) Sabiex ikun possibbli li l-metodi għall-analiżi tal-kampjuni uffiċjali jiġu adattati għad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. Għandu jitwaqqaf terminu ta' transizzjoni

(11) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tema u għan

Din id-Deċiżjoni tipprovdi regoli biex jintużaw il-metodi analitiċi fl-ittestjar ta' kampjuni uffiċjali meħuda skond l-Artikolu 15(1), tieni sentenza, tad-Direttiva 96/23/KE u tispeċifika kriterji komuni ghall-interpretazzjoni ta' riżultati analitiċi ta' laboratorji tal-kontroll uffiċjali għal dawn il-kampjuni.

Din id-Deċiżjoni m' għandhiex tgħodd għal sostanzi li għalihom twaqqfu regoli aktar speċifiċi f'leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet fid-Diretttiva 96/23/KE u fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jgħoddu.

Artikolu 3

Metodi analitiċi

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-kampjuni uffiċjali meħuda skond id-Direttiva 96/23/KE jiġu analizzati bl-użu ta' metodi li:

(a) huma dokumentati fl-istruzzjonijiet tat-test, preferibbilment skond l-ISO 78-2 (6);

(b) jikkonformaw mal-Part 2 ta' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni

(c) ġew validati skond il-proċedura deskritta fil-Parti 3 ta' l-Anness;

(d) jikkonformaw mal-limiti tal-ħidma minimi rekwiżiti (MRPL) rilevanti li għandhom jiġu determinati skond l-Artikolu 4.

Artikolu 4

Limiti tal-ħidma mimimi rekwiżiti

Id-Deċiżjoni preżenti għandha tiġi riveduta biex jiġi stabbilit progressivament (MRPL) ta' metodi analitiċi li għandhom jintużaw għal sostanzi li għalihom l-ebda limitu permess ma' ġie stabbilit.

Artikolu 5

Kontroll tal-Kwalità

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw il-kwalità tar-riżultati ta' l-analiżi tal-kampjuni li jittieħdu skond id-Direttiva 96/23/KE, partikolarment billi jsiru testijiet ta' sorveljanza u/jew riżultati ta' kalibratura skond il-Kapitolu 5.9 ta' l-ISO 17025 (1).

Artikolu 6

Interpretazzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultat ta' analiżi għandu jitqies mhux konformi jekk il-limitu tad-deċiżjoni tal-metodu konfermatoru għall-analite jinqabeż.

2. Jekk twaqqaf limitu permess ghal sostanza, il-limitu tad-deċiżjoni huwa l-konċentrazzjoni li fuqha jista' jiġi deċiż b; ċertezza statistika ta' 1 - α li l-limitu permess verament inqabeż.

3. Jekk ma twaqqaf l-ebda limitu permess għal sostanza, dak il-limitu ta' deċiżjoni huwa l-konċentrazzjoni l-aktar baxxa li fiha metodu jista' jiddiskrimina b'ċertezza statistika ta' 1 - α li l-analite partikolari huwa preżenti.

4. Għal sostanzi elenkati fil-Grupp A ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, l-iżball ta' α għandu jkun 1 % jew inqas. Għas-sostanzi kollha l-oħrajn, l-iżball għandu jkun 1 % jew inqas.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet 90/515/KEE, 93/256/KEE u 93/257KEE huma mħassra.

Artikolu 8

Disposizzjonijiet Transitorji

Il-metodi għall-analiżi tal-kampjuni uffiċjali tas-sostanzi elenkati fil-Grupp A ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, li jissoddisfaw il-kriterji stabbiliti fid--Deċiżjonijiet 90/515/KEE, 93/256/KEE u 93/257/KEE jistgħu jintużaw sa sentejn wara li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni. Il-metodi li bħalissa jiġu applikati għas-sostanzi elenkati fil-Grupp B ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE għandhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar minn ħames snin wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' din -Deċiżjoni.

Artikolu 9

Data ta' l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Settembru 2002.

Artikolu 10

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul f'Brussel, 12 t' Awissu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.

[2] ĠU L 65, tal-5.3.1998, p. 31.

[3] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 14.

[4] ĠU L 286, tat-18.10.1990, p. 33.

[5] ĠU L 118, ta' l-14.5.1993, p. 64.

[6] ĠU L 118, ta' l-14.5.1993, p. 75.

[7] ĠU L 251, tal-11.9.1998, p. 39.

--------------------------------------------------

ANNESS

KRITERJI TAL-ĦIDMA, REKWIŻITI OĦRAJN U PROĊEDURI GĦALL-METODI ANALITIĊI

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. Eżattezza tfisser il-viċinanza ta' qbil bejn riżultat tat-test u l-valur ta' riferenza aċċettat (2). Hija ddeterminata billi tiġi ddeterminata l-verita' u l-preċiżjoni

1.2. Żball alpha (α) tfisser il-probabilità illi l-kampjun ittestjat huwa konformi, minkejja l- fatt ġie akkwistat kejl mhux konformi (deċiżjoni falza mhux konformi).

1.3. Analite tfisser is-sostanza li trid tiġi skoperta, identifikta u/jew ikkwantifikata u derivativi li joħorġu matul l-analiżi tagħha

1.4. Żball Beta (β) tfisser il-probabilità li l-kampjun ittestjat huwa verament mhux konformi, minkejja l-fatt li ġie akkwistat kejl mhux konformi (deċiżjoni falza mhux konformi).

1.5. Bias tfisser id-differenza bejn l-aspettazzjoni tar-riżultat tat-test u valur ta' riferenza aċċettat (2).

1.6. Standard tal-kalibratura tfisser tagħmir għall-kejl li jirrappreżenta l-kwantità ta' sostanza ta' interess b'mod li jorbot il-valur tagħha ma' bażi ta' riferenza

1.7. Materjal ta' riferenza ċċertifikat (CRM) tfisser materjal li kellu materjal speċifikat ta' l-analite assenjat lilu.

1.8. Ko-kromatografija tfisser proċedura li fiha l-estratt qabel il-pass(i) kromatografiku/ċi jinqasam f'żewġ partijiet. L:-ewwel parti hija kromatografata kif inhi. It-tieni parti titħallat ma' l-analite standard li għandha titkejjel. Imbagħad din it-taħlita tiġi kromatografata wkoll. L-ammont ta' analite standard miżjud għandu jkun simili għall-ammont stmat ta' analite fl-estratt. Dan il-metodu huwa ddiżinjat illi jtejjeb l-identifikazzjoni ta' analite meta jintużaw metodi kromatografiċi, speċjalment meta ma jista' jintuża l-ebda standard intern xieraq

1.9. Studju kollaborattiv tfisser analiżi ta' l-istess kampjun bl-istess metodu sabiex jiġu determinati l-karatteristiċi tal-ħidma tal-metodu, L-istudju jkopri żball każwali tal-kejl u bias tal-laboratorju.

1.10. Metodu konfermatorju tfisser metodi li jipprovdu informazzjoni sħiħa jew komplementarja li jippermetti li s-sustanza tiġi identifikata b'mod mhux ekwivoku u fejn neċessarju li tiġi kkwantifikata fil-livell ta' l-interess.

1.11. Limitu tad-deċiżjoni (CCa) tfisser il-limitu li fih u li aktar minnu jista' jiġi konkluż bi probabilità ta' żball ta' α li kampjun m' huwiex konformi.

1.12. Kapaċità ta'l-iskoperta(CCP) tfisser l-iżgħar kontenut tas-sostanza li jista' jiġi skopert, identifikat u/jew ikkwantifiat f'kampjun bi probabilità ta' żball ta' β. Fil-każ ta' sostanzi li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda limitu permess, il-kapaċità' ta' l-iskoperta hija l-konċentrazzjoni l-aktar baxxa li fiha l-metodu jista' jiskopri kampjuni verament ikkontaminati b'ċertezza statistika ta' 1 - β. Fil-każ ta' sostanzi b'limitu permess stabbilit, dan ifisser li l-kapaċità ta' l-iskoperta hija l-konċentrazzjoni li fiha l-metodu jista' jiskopri konċentrazzjonijiet ta' limitu permess b'ċertezza statistika ta' 1 - β.

1.13. Materjal ta' kampjun rinforzat tfisser kampjun arrikkit b'ammont magħruf ta' l-analite li għandu jiġi skopert.

1.14. Studju interlaboratorju (tqabbil) tfisser organizzazzjoni, tħaddim u valutazzjoni tat-testijiet dwar l-istess kampjun bejn żewġ laboratorji jew aktar skond kondizzjonijiet predeterminati biex tiġi determinate l-ħidma tat-testijiet. Skond l-iskop, l-istudju jista' jiġi kklassifikata bħala studju kollaborattiv jew studju ta' profiċjenza.

1.15. Standard Intern (IS) tfisser sostanza li ma tinsabx fil-kampjun b'proprjetajiet fiżiċi-kimiċi simili kemm jista' jkun bħal dawk ta' l-analiti li għandu jiġi identifikat u li jiżdied ma' kull kampjun kif ukoll għal kull standard tal-kalibratura.

1.16. Kampjun tal-laboratorju tfisser kampjun ippreparat biex jintbagħat lejn laboratorju u meħtieġ għall-ispezzjoni jew ittestjar.

1.17. Livell ta' interess tfisser il-konċentrazzjoni ta' sostanza jew analite fil-kampjun li huwa sinifikanti biex tiġi ddeterminata l-konformita' mal-leġiżlazzjoni

1.18. Limitu ta' ħidma rekwiżit minimu (LĦRM) tfisser il-kontenut minimu ta' analite f'kampjun, li għall-inqas għandu jiġi skopert u jiġi kkonfermat. Huwa maħsub li tiġi armonizzata l-ħidma analitika tal-metodi ghas-sostanzi li għalihom ma ġie mwaqqaf l-ebda limitu permess

1.19. Karatteristiċi tal-ħidma tfisser il-kwalità funzjonali li tista' tiġi attribwita għall-metodu analitiku. Dan jista' jkun per eżempju l-ispeċifiċita', l-eżattezza, il-verità, il-preċiżjoni, ir-repetibilità, l-irkupru, l-kapaċità ta' l-iskoperta u saħħa.

1.20. Il-kriterji tal-ħidma tfisser rekwiżiti għal karatteristika ta' ħidma li skond din jista' jiġi ġġudikat illi l-metodu analitiku huwa xieraq għall-iskop u jiġġenera riżultati li wieħed jista' jiddependi fuqhom.

1.21. Limitu permess tfisser limitu massimu tar-residiwi, livell massimu jew tolleranza oħra massima għas-sostanzi stabbiliti band' oħra fil-leġislazzjoni Komunitarja.

1.22. Il-preċiżjoni tfisser viċinanza tal-ftehim bejn ir-riżultati tat-provi indipendenti akkwistati taħt kondizzjonijiet stipulati (predetermnati). Il-miżura tal-preċiżjoni normalment tiġi espressa f'termini ta' nuqqas ta' preċiżjoni u maħduma bhala devjazzjoni standard tar-riżultat tal-prova. Inqas preċiżjoni tiġi determinat b'devjazzjoni standard ikbar (2).

1.23. Studju dwar profiċjenza tfisser analiżi ta' l-istess kampjun billi l-laboratorji jitħallew jagħżlu l-metodi proprji, sakemm dawn il-metodi jintużaw taħt kondizzjonijiet ta' rutina. L-istudju għandu jsir skond il-gwida ta' l-ISO 43-1 (3) u 43-2 (4) u jista' jintuża biex ir-riproduċibilità tal-metodi tiġi stmata.

1.24. Metodu kwalitattiv tfisser metodu analitiku li jidentifika sostanza fuq il-bażi tal-propjetajiet kimiċi, bijoloġiċi jew fiżiċi tagħha.

1.25. Metodu kwanititattiv tfisser il-metodu analitiku li jiddetermina l-ammont jew sehem mill-piż ta' sostanza sabiex jista' jiġi espress bħala valur numeriku tal-kejl xieraq.

1.26. Determinazzjoni vojta tar-reaġent tfisser il-proċedura analitika sħiħa applikata mingħajr il-parti tat-test jew bl-użu ta' ammont ekwivalenti ta' solvent xieraq minflok il-parti tat-test.

1.27. Irkupru tfisser il-perċentwal tal-konċentrazzjoni vera ta' sostanza rikoverata waqt il-proċedura analitika. Huwa determinat waqt il-validazzjoni, jekk m' hu disponibbli l-ebda materjal ta' riferenza attestat.

1.28. Materjal ta' riferenza tfisser materjal li minnu ġew ikkonfermati proprjetà waħda jew aktar b'metodu validat, sabiex jista' jintuża biex apparat jiġi kalibratjew għall-verifika ta' metodu ta' kejl.

1.29. Repetibilità' tfisser preċiżjoni taħt kondizzjonijiet ta' repetibilità (2).

1.30. Kondizzjonijiet ta' repetibilità tfisser kondizzjonijiet fejn jiġu akkwistati riżultati ta' testijiet indipendenti bl-istess metodu fuq oġġetti tat-test identiċi fl-istess laboratorju mill-istess operator bl-użu ta' l-istess tagħmir (2).

1.31. Reproduċibilità tfisser preċiżjoni taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità (2)(4).

1.32. Kondizzjonijiet ta' riproduċibilità ser kondizzjonijiet fejn jiġu akkwistati riżultati ta' testijiet indipendenti bl-istess metodu fuq oġġetti tat-test identiċi f'laboratorji differenti, minn operaturi differenti u bl-użu ta' tagħmir differenti (2)(4).

1.33. Saħħa tfisser is-suxxettibilità ta' metodu analitiku għal tibdil f'kondizzjonijiet esperimentali li jista' jiġi espress bħala lista ta' materjali tal-kammjun, analiti, kondizzjonijiet tal-ħażna, kondizzjonijiet ambjentali u/jew tal-preparazzjoni tal-kampjun li taħthom il-metodu jista' jiġi applikat bħala ppreżentat jew b'modifiki minimi speċifikati. Għall-kondizzjonijiet esperimentali kollha li jistgħu fil-prattika jkunu soġġetti għal-tibdil 'l hawn u 'l himm (eż., stabbilità tar-reaġenti, komposizzjoni tal-kampjun, pH, temperatura) kwalunkwe varjazzjoni li tista' taffettwa r-riżultat analitiku għandha tiġi indikata.

1.34. Determinazzjoni vojta tal-kampjun tfisser il-proċedura analitika sħiħa applikata għal parti tat-test meħuda minn kampjun li fih huwa assenti l-analite.

1.35. Metodu ta' screening tfisser metodi użati għall-iskoperta tal-preżenza ta' sostanza jew klassi ta' sostanzi fil-livell ta' l-interess, Dawn il-metodi għandhom il-kapaċità għal throughput qawwi tal-kampjun u jintużaw biex jiġu ffiltrati numri kbarta' kampjuni għal riżultati potenzjalment mhux konformi. Huma speċifikament iddiżinjati li jevitaw riżulatit konformi foloz.

1.36. Studju f'laboratorju wieħed (validazzjoni interna) tfisser studju analitku li jinvolvi laboratorju wieħed bl-użu ta' metodu wieħed għall-analiżi ta' l-istess materjal jew materjali differenti tat-test taħt l-istess kondizzjonijiet jew kondizzjonijiet differenti fuq intervalli ta' żmien twal ġustifikati.

1.37. Speċifiċita' tfisser l-abilita' ta' metodu li jiddistingwi bejn l-analite li qed jitkejjel u sostanzi oħrajn. Din il-karatteristika hija predominantement funzjoni tat-teknika tal-kejl deskritta, iżda tista' tvarja skond il-klassi jew tal-kompost jew tal-matrix.

1.38. Addizzjoni standard tfisser proċedura li fiha l-kampjun ta' prova huwa maqsum f'porzjoni waħda jew aktar ta' prova. Porzjoni waħda tiġi analizzata u ammonti magħrufa ta' l-analite standard huma mħallta mal-porzjonijiet l-oħra qabel l-analiżi. L-ammont ta' l-analite standard irid jiżdied bejn darbtejn u ħames drabi ta' l-ammont ta' l-analite fil-kampjun. Din il-proċedura hija disinjata biex tiddetermina l-kontenut ta' analite fil-kampjun, wara li jitqies l-irkupru tal-proċedura analitika.

1.39. Analite standard tfisser analite ta' kontenut u safa' magħrufin u ċċertifikati biex jintuża bħala riferenza f-l-analiżi.

1.40. Sostanza tfisser materja ta' kostituzzjoni kimika partikolari jew definit u l-metaboliti tagħha.

1.41. Parti tat-test tfisser il-kwantità ta' materjal meħuda mill-kampjun tat-test li fuqha jsiru t-test jew l-osservazzjoni.

1.42. Kampjun tat-test tfisser kampjun ippreparat minn kampjun tal-laboratorju u li minnu ser jittieħdu partijiet tat-test.

1.43. Verita' tfisser il-viċinanza ta' qbil bejn il-valur medju akkwistat minn serje kbira ta' riżultati tat-testijiet u valur ta' riverenza aċċettat. Il-verita' hija normalment espress bħala bias (2).

1.44. Kejl tfisser dak il-kejl espress fl-ISO 31 (20) u d-Direttiva 71/354/KE (19).

1.45. Validazzjoni tfisser il-konferma b'eżami u l-provvediment ta' evidenza effettiva li r-rekwiżiti partikolari ta' użu sp[eċifiku maħsub huma milħuqa (1).

1.46. Riproduċibilita' fil-laboratorju tfisser preċiżjoni akkwistata fl-istess laboratorju taħt kondizzjonijiet stipolati (predetermimati) )li jikkonċernaw eż., metodu, materjali tat-test) fuq intervalli ta' żmien twal iġġustifikati.

2. KRITERJI TAL-ĦIDMA U REKWIŻITI OĦRAJN GĦAL METODI ANALITIĊI

Metodi analitiċi jew kombinazzjonijiet ta' metodi minbarra dawk deskritti hawn taħt jistgħu jintużaw biss għal screening jew għal skopijiet konfermatorji jekk jista' jiġi ppruvat illi jilħqu r-rekwiżiti rilevanti mwaqqfa f'din id-Deċiżjoni.

2.1. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1.1. Maniġġjar tal-kampjuni

Il-kampjuni għandhom jiġi maniġġjati u pproċessati b'tali mod li hemm ċans massimu ta' skoperta tas-sostanza. Il-proċeduri ta' l-immaniġġjar tal-kampjuni għandhom jipprevjenu l-possibilità tal-kontaminazzjoni aċċidentali jew telf ta' l-analiti.

2.1.2. Tweetiq tat-testijiet

2.1.2.1. L-irkupru

Waqt l-analiżi tal-kampjuni l-irkupru għandu jiġi ddeterminat f'kull lott ta' kampjuni, jekk jintuża fattur tal-korrezzjoni ta' l-irkupru fiss. Jekk l-irkupru huwa limitat, il-fattur fiss tal-korrezzjoni jista' għalhekk jintuża. Inkella il-fatturi ta' l-irkupru akkwistat għal dak il-lott speċifiku għandu jintuża, sakemm il-fattur speċifiku ta' l-irkupru ta' l-analite fil-kampjun għandu jiġi applikat f'liema każ għandha tintuża l-proċedura standard ta' l-addizzjoni (ara 3.5) jew standard intern għad-determinazzjoni kwantitattiva ta' analite fil-kampjun.

2.1.2.2. Speċifiċita'

Metodu għandu jkun jista' jiddistingwi bejn l-analite u sostanzi oħrajn taħt kondizzjonijiet esperimentali. Għandha tingħata stima dwar l-estent sa fejn dan huwa possibbli. Strateġiji biex tiġi kkumbattuta kwalunkwe interferenza ma' sostanzi meta tintuża t-teknika ta' kejl deskritta, eż., omologi, analogi, prodotti metaboliċi tar-residwu ta' interess għandhom jiġu wżati. Huwa ta' importanza prinċipali illi l-interferenza, li tista' ssir mill-komponenti tal-matriċi, tiġi investigata.

2.2. METODI TA' SCREENING

Għandhom jintużaw biss għal skopijiet ta' screening b'konformità mad-direttiva 96/23/KE dawk it-tekniċi analitiċi li għalihom jista' jintwera b'mod dokumentat u traċċabbli illi huma validati u għandhom rata ta' konformità falza ta' < 5 % ((1-żball) fil-livell ta' interess. Fil-każ ta' riżultat suspettat mhux konformi dan ir-riżultat għandu jiġi kkonfermat b'metodu konfermatorju.

2.3. METODI KONFERMATORJI GĦAL RESIDWI U KONTAMINANTI ORGANIĊI

Metodi konfermatorji għar-residwi jew il-kontaminanti organiċi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura kimika ta' l-analite. Konsegwentement metodi bbażati biss fuq analiżi kromatografika minghajr l-użu ta' skoperta spettrometrika m'humiex xierqa waħedhom għall-użu bħala metodi konfermatorji. Iżda, jekk teknika waħedha m' għandhiex biżżejjed speċifiċità l-ispeċifiċità mixtiqa għandha tiġi akkwistata bil-proċeduri analitiċi li jikkonsistu f'kombinazzjonijiet xierqa għat-tindif, separazzjoni(jiet) kromatografiċi u skoperta spettrometrika.

Dawn il-metodi jew kombinazzjonijiet ta' metodi li ġejjin huma kkunsidrati xierqa għall-identifikazzjoni ta' residwi jew kontaminanti organiċi tal-gruppi ta' sostanzi indikati

Tabella 1

Metodi konfermatorji xierqa għar-residwi jew kontaminanti organiċi

Teknika ta' kejl | SostanziAnness 1 96/23/KE | Limitazzjonijiet |

LC jew GC bi skoperta spettrometrika massa | Gruppi A u B | Biss jekk wara separazzjoni kromatografika on-line jew off-line Biss jekk tekniċi ta' skanjar sħaħ jintużaw jew bl-użu ta' mhux inqas minn 3 (grupp B) jew 4 (grupp A) punti ta' identifikazzjoni għal tekniċi li ma jirreġistrawx l-ispettri tal-massa sħaħ |

LC jew GC bi skoperta spettrometrika | Gruppi A u B | Għandhom jintlaħqu rekwiżiti speċifiċi għall-assorbiment fl-ispettrometrija ta' l-IR |

LC-full-scan DAD | Grupp B | Għandhom jintlaħqu rekwiżiti speċifiċi għall-assorbiment fl-ispettrometrija tal-UV |

LC -florexxenza | Grupp B | Biss għall-molekuli li juru florexxenza native u għal molekuli li juru florexxenza jew wara trasformazzjoni jew wara derivatizzazzjoni |

2-D TLC - full-scan UV/VIS | Grupp B | HPTLC bi-dimenzjonali u l-ko-kromatografija huma obbligatorji |

GC-Elektron capture detection | Grupp B | Biss jekk jintużaw żewġ kolonni ta' polarità differenti |

LC-immunogramma | Grupp B | Biss jekk jintużaw żewġ sistemi kromatografiċi differenti jew metodu ieħor ta' skoperta indipendenti |

LC-UV/VIS (tul ta' wave waħda) | Group B | Biss jekk jintużaw żewġ żewġ sistemi kromatografiċi differenti jew metodu ieħor ta' skoperta indipendenti. |

2.3.1. Kriterji u rekwiżiti ta' ħidma komuni

Il-metodi konfermatorji għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura kimika ta' l-analite. Meta aktar minn kompost wieħed jagħti l-istess risposta, allura l-metodu ma jistax jiddiskrimina bejn dawk il-komposti. Metodi bbażati biss fuq analiżi kromatografika mingħajr l-użu ta' skoperta spettrometrika mhumiex xierqa waħedhom għall-użu konfermatorju.

Fejn użat fil-metodu, għandu jiżdied standard intern xieraq għall-parti tat-test fil-bidu tal-proċedura ta' estrazzjoni. Skond id-disponibilita' għandhom jintużaw jew forom ittikkettjati bl-isotope ta' l-analite, li huma partikolarment xierqa għall-iskoperta spettrometrika massa, jew komposti li huma stutturalment relatati ma' l-analite.

Meta ma jista' jintuża l-ebda standard intern xieraq, l-identifikazzjoni ta' l-analite għandha tiġi kkonfermata bil-ko-kromatografija. F'dan il-każ għandu jiġi akkwistat punt ewlieni wieħed biss, fejn l-għoli tal-punt ewlieni mtejjeb (jew l-arja) għandha tkun ekwivalenti għall-ammont ta' analite miżjud. Bil-kromatografija bil-gass (GC) jew bil-kromatografija likwida (LC), il-wesgħa ewlenija f'nofs l-għoli massimu għandu jkun bejn 90 % u 110 % tal-wisgħa oriġinali, u l-ħijiniet ta' ritenzjoni għandhom ikunu identiċi f'; marġini ta' 5 %. Għal metodi ta' kromatografija fuq saff irqiq (TLC), għandha tiġi intensifikata biss it-tikka li hija maħsuba li hija l-analite; tikka ġdida m' għandhiex tidher u l-apparenza viżiva m' għandhiex tinbidel.

Materjal ta' riferenza jew materjal iffortifikat li fih ammont magħruf ta' analite, fil-limitu permess jew il-limitu tad-deċiżjoni jew qrib (kampjun ta' kontroll mhux konformi) kif ukoll materjali ta' kontroll konformi kif ukoll reaġent vojta għandhom preferibbilment jintużaw fil-proċedura sħiħa fl-istess ħin ma' kull lott ta' kampjuni tat-testijiet analizzati. L-ordni għall-injezzjoni ta' l-estratti fl-istrument analitiku huwa kif ġej: reaġent vojt, kampjun tal-kontroll konformi, kampjun(i) li għandu/hom jiġu/I kkonfermat(i), kampjun għall-kontroll konformi għal darb'oħra u fl-aħħar kampjun għall-kontroll mhux konformi. Varjazzjonijiet minn din is-sekwenza għandhom jiġu ġġustifikati

2.3.2. Kriterji ta' ħidma addizzjonali u rekwiżiti oħrajn għal metodi ta' analiżi kwantitattivi

2.3.2.1. Verita' tal-metodi kwantitattivi

Fil-każ ta' analiżi ripetuti ta' materjal ta' riferenza ċċertifikat, il-gradi ta' gwidi għad-devjazzjoni tal-medja korretta bl-irkupru ddeterminat bl-esperimenti tas-sehem tal-piż mil-valur iċċertifikat huma kif ġej:

Tabella 2

Verita' minima tal-metodi kwantitattivi

Sehem tal-piż | Skala |

≤ 1 jig/kg | 50 % sa + 20 |

> 1 jig/kg to 10 jig/kg | 30 % sa + 10 |

≥ 10 jig/kg | 20 % sa + 10 |

Meta mhumiex disponibbli tali CRMs, huwa aċċettabbli illi l-verita' tal-kejl tiġi stmata permezz ta' l-irkupru ta' addizzjonijiet ta' ammonti magħrufa ta' l-analite/i għal matriċi vojta. Data korretta bil-medja ta' l-irkupru huma aċċettabbli biss meta jaqgħu fil-meded li jidhru fit-Tabella 2.

2.3.2.2. Preċiżjoni tal-metodi kwantitattivi

Il-koeffiċjenti inter-laboratorju tal-varjazzjoni (CV) għall-analiżi ripetuta ta' materjal ta' riferenza jew materjal fortifikat, taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilita' m'għandux jeċċedi l-livell ikkalkolat bl-Ekwazzjoni ta' Horwitz. L-ekwazzjoni hija

CV = 2

1 - 0,5 log C

fejn C hija s-sehem tal-piż espress bħala potenza (esponent) ta' 10 (e.g. 1 mg/g = 103). L-eżempji jintwerew fit-Tabella 3.

Tabella 3

eżempji għaċ-CV tar-riproduċibilita' ta' metodi kwantitativi fi skala ta' ishma tal-piż ta' l-analite

Sehem tal-Piż | CVs tar-Riproduċibilita' CV(%) |

1 jig/kg | [1] |

10 jig/kg | [1] |

100 jig/kg | 23 |

1000 jig/kg (1 jig/kg) | 16 |

Għall-analiżi mwettqa taħt kondizzjonijiet ta' repetibilità, is-CV inter-laboratorju tipikament ikun bejn nofs u żewġ terzi tal-valuri msemmija fuq. Għal analiżi mwettqa taħt kondizzjonijiet ta' repetibilità fil-laboratorju, is-CV fil-laboratorju m'għandux ikun akbar mis-CV tar-riproduċibilità.

F'każ ta' sostanzi f'limitu permess stabbilit, il-metodu għandu jilħaq ir-riproiduċibilità fil-laboratorju mhux akbar mis-CV tar-riproduċibilità korrispondenti f'konċentrazzjoni ta' 0,5 x il-limitu permess.

2.3.3. Kriterji ta' ħidma u rekwiżiti oħrajn għal skoperta massa spettrometrika

Metodi massi spettrometriċi huma xierqa għal konsiderazzjoni bħala metodi konfermatorji biss wara separazzjoni kromatografika on-line jew off-line.

2.3.3.1. Separazzjoni kromatografika

Għal proċeduri GC-MS, is-separazzjoni kromatografika bil-gass għandha ssir bl-użu ta' kolonni kapillari. Għall-proċeduri LC-MS, is-separazzjoni kromatografika għandha ssir bl-użu ta' kolonni LC xierqa. F'kwalunkwe każ, il-ħin minimu ta' ritenzjoni aċċettabbli għall-analite li qed tiġi eżaminata hija darbtejn daqs il-ħin ta' ritenzjoni li jikkorrispondi għall-volum vojt tal-kolonna. Il-ħin ta' ritenzjoni (jew il-ħin ta' ritenzjoni relattiv) ta' l-analite fil-parti tat-test għandu jaqbel ma' dak ta' l-istandard tal-kalibratura fi żmien ta' ritenzjoni speċifikat. Iż-żmien ta' ritenzjoni għandu jkun kommensurat mal-qawwa tar-riżoluzzjoni tas-sistema kromatografika. Is-sehem tal-ħin tar-ritenzjoni kromatografika ta' l-analite għal dak ta' l-instandard inter, i.e., il-ħin ta' ritenzjoni relattiv ta' l-analite, għandu jikkorrespondi ma' dak tas-soluzzjoni tal-kalibratura b'tolleranza ta' ± 0,5 % għal GC u ± 2,5 % għal LC.

2.3.3.2. Skoperta spettrometrika tal-piż

L-iskoperta spettrometrika tal-piż għandha titwettaq billi jintużaw metodi ta' MS bħal reġistrazzjoni ta' spettri ta' piż sħiħ (sc ans sħaħ) jew sorveljanza ta' l-ions magħżula (SIM), kif ukoll metodi MS-MS bħal Sorveljanza ta' Reazzjonijiet Magħżula (SRM), jew metodi oħrajn xierqa ta' MS jew MS-MS flimkien ma' modi ta' jonizzazzjoni xierqa. Fl-ispettrometrija massa ta' riżoluzzjoni għolja (FIRMS), ir-riżoluzzjoni tipikament tkun akbar minn 10,000 għall-iskala sħiħa tal-piż f'wied ta' 10 %.

Scan sħiħa: meta d-determinazzjoni spettrometrika tal-piż issir bi twettiq ta' spettra ta' scan sħiħa, il-preżenza tal-joni djanjostiċi mkejla kollha (l-jone molekulari, addutti karatteristiċi ta' l-jone molekulari, joni karatteristiċi tas-sehem u joni ta' l-iżotopi) b'intensita' relattiva ta' aktar minn 10 % fl-ispettru ta' riferenza ta' l-istandard tal-kalibratura hija obbligatorja.

SIM: meta d-determinazzjoni spettrometrika tal-piż issir bil-frammentografija, il-jone molekulari għandu preferibbilment ikun wieħed mill-joni djanjostiċi magħżula (l-jone molekulari, addutti karatteristiċi ta' l-jone molekulari, joni karatteristiċi tas-sehem u joni ta' l-iżotopi). L-joni djanjostiċi magħżula m'għandhomx joriġinaw esklussivament mill-istess parti tal-molekula Il-grad tas-sinjal għall-ħoss għal kull jone djanjostiku għandha tkun >_ 3:1.

Scan sħiħa u SIM: L-intensitajiet relattivi tal-joni skoperti, espress bħala perċentwal ta' l-intensità ta' l-jone l-aktar intens jew tranżizzjoni, għandhom jikkorrispondu għal dawk ta' l-istandard tal-kalibratura, jew minn taħlitiet standard għall-kalibratura jew minn kampjuni spiked, imkejla taħt l-istess kondizzjonijiet, fit-tolleranzi li ġejjin:

Tabella 4

Tolleranzi massimi permessi għal intensitajiet relativi ta l-joni bl-użu ta' skala ta' tekniċi spettrometriċi dwar il-piż

Intensità relattiva (% tal-base peak) | EI-GC-MS (relattiv) | CI-GC-MS, GC-MS "LC-MS, LC-MS"(relattiv) |

> 50 % | ± 10 % | ± 20 % |

> 20 % 50 % | ± 15 % | ± 25 % |

> 10 % 20 % | ± 20 % | ± 30 % |

≤ 10 % | ± 50 % | ± 50 % |

Interpretazzjoni tad-data spettrali dwar il-piż: L-intensitajiet relattivi ta' l-joni relattivi u/jew pari tal-jone tal-prodott prekursur għandhom jiġu identifikati billi jitqabblu l-ispettri jew bl-integrazzjoni tas-sinjali tat-traċċi tal-piż wieħed. Meta jiġi applikat korrezzjoni fi sfond, dan għandu jiġi applikat uniformament fil-lott kollu (ara 2.3.1, paragrafu 4) u għandu jiġi indikat b'mod ċar.

Scan sħiħa: Meta jiġu rreġistrati spettri ta' scan sħiħa fl-ispettrometrija ta'piż wieħed, għandhom ikunu preżenti minimu ta' erba' joni b'intensità relattiva ta' > = 10 % tal-base peak. L-jone molekulari għandu jiġi inkluż jekk huwa preżenti fl-ispettru ta' riferenza b'intensità ta' >_ 10 %, Għall-inqas erba' joni għandhom ikunu fit-tolleranzi massimi permessi għal intensijtajiet ta' l-joni rispettivi (Tabella 5). Tiftix fil-libreriji megħjun mill-kompjuter jista' jintuża. F'dan il-każ, it-tqabbil tad-data spettrali dwar il-piż fil-kampjuni tat-test ma' dak tat-taħlita tal-kalibratura għandha teċċedi fattur ta' qbil kritiku. Dan il-fattur għandu jiġi ddeterminat waqt il-proċess tal-validazzjoni għal kull analite a bażi ta' spettri li għalihom il-kriterji deskritti taħt ikunu ntlaħqu. Il-varjabilità fl-ispettri kkaważa mill-matriċi tal-kampjuni u ħidma tad-indikatur għandhom jiġu vverifikati.

SIM: Meta l-ishma tal-piż jitkejlu bl-użu ta' tekniċi mhux ta' scan sħiħa, sistema ta' punti ta' identifikazzjoni għandha tintuża sabiex id-data tiġi interpretata. Għall-konferma ta' sostanzi elenkati fil-Grupp A ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, għandu jkun meħtieġ minimu ta' 4 punti ta' identifikazzjoni. Għall-konferma ta' sostanzi elenkati fil-Grupp B ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, huwa meħtieġ minimu ta' 3 punti ta' identifikazzjoni. It-tabella taħt turi n-numru ta' punti ta' identifikazzjoni li jista' jiggwadanja kull wieħed mill-metodi bażiċi spettrometriċi tal-piż. Iżda, sabiex ikun hemm kwalifika għall-punti ta' identifikazzjoni meħtieġa ghall-konferma u s-somma tal-punti ta' identifikazzjoni li għandhom jiġu kkalkolati:

(a) għandu jitkejjel minimu ta' mhux inqas minn skala waħda ta' jone, u

(b) l-iskali kollha mkejla rilevanti ta' l-joni għandhom jilħqu l-kriterji deskritti fuq, u

(ċ) jistgħu jiġu kkombinati massimu ta' tliet metodi separati biex jiġi akkwistat in-numru minimu ta' punti ta' identifikazzjoni.

Tabella 5

Ir-relazzjoni bejn skala ta' klassijiet ta' ishma tal-piż u l-punti ta' identifikazzjoni gwadanjati

Noti:

(1) Kull jone jista' jingħadd darba biss.

(2) GC-MS bl-użu ta' jonizzazzjoni ta' l-impatt ta' l-elettroni jitqies bħala metodu differenti minn GC-MS bl-użu ta'ionisation kimika

(3) L-analite differenti tista' tintuża biex jiżdied in-numru ta' punti ta' identifikazzjoni biss jekk id-derivativi jużaw kimiċi ta' reazzjoni differenti.

(4) Għal sostanzi fil-Grupp A ta' L-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, jekk waħda mit-tekniċi tintuża fil-proċedura analitika: HPLC flimkien ma' full-scan diode array spectrophotometry (DAD); HPLC flimkien ma' skoperta tal-florexxenza; HPLC flimkien ma' immunogramma; TLKC bi-dimensjonali flimkien ma' skoperta spettrometrika; jista' jiġiu kkontribwit massimu ta' punt wieħed ta' identifikazzjoni, kemm-il darba jintlaħqu l-kriterji rivelanti ghal dawn il-metodi.

(5) Il-prodotti ta' transizzjoni jistgħu jinkludi prodotti derivati kif ukoll derivati minn derivati.

Teknika ta' MS | Punti ta' identifikazzjoni ggwadanajti għal kull jone |

Spettrometrija tal-piż ta' riżoluzzjoni baxxa (LR) | 1,0 |

Jone tal-prekursur LR-MS | 1,0 |

Prodotti ta' tranżizzjoni LR-MS | 1,5 |

HRMS | 2,0 |

Jone tal-prekursur HR- MS | 2,0 |

Prodotti ta' tranżizzjoni HR-MS | 2,5 |

Tabella 6

Eżempji tan-numru ta' punti ta' identifikazzjoni ggwadanjati għal skala ta' metodi u kumbinazzjonijiet tagħhom (n = inteġer)

Metodu/i | Numru ta' joni | Punti ta' identifikazzjoni |

GC-MS (El jew CI) | N | n |

GC-MS (El u CI) | 2 (EI) + 2 (CI) | 4 |

GC-MS (El jew CI) 2 derivativi | 2 (Derivativ A) + 2 (Derivativ B) | 4 |

LC-MS | N | n |

GC-MS-MS | 1 prekursur u 2 derivattivi | 4 |

LC-MS-MS | 1 prekursur u 2 derivattivi | 4 |

GC-MS-MS | 2 joni prekursuri, kull wieħed b'derivattivi wieħed | 5 |

LC-MS-MS | 2 joni prekursuri, kull wieħed b'derivattivi wieħed | 5 |

LC-MS-MS-MS | 1 prekursur, 1 derivattiv u 2 derivattivi mid-derivattiv | 5,5 |

HRMS | N | 2 n |

GC-MS u LC-MS | 2 + 2 | 4 |

GC-MS u HRMS | 2 + 1 | 4 |

2.3.4. Kriterji tal-ħidma u rekwiżiti oħrajn għall-kromatografija flimkien ma' l-iskoperta bl-Infrared

Punti għoljin xierqa: Il-punti għolijin xierqa huma l-massimi ta' l-assorbiment fl-ispettru ta' l-infrared ta' standard tal-kalibratura li jilħaq dawn ir-rekwiżiti li ġejjin.

2.3.4.1. Skoperta bl-infra-red

Massimu ta' l-assorbiment: Dan għandu jkun skala tan-numru tal-mewġa 4000 - 500 cm-1.

Intensità ta' l-assorbiment: Dan m'għandux ikun inqas minn jew

(a) assorbenza speċifika molari ta' 40 rigward il-peak base line; jew

(b) assorbenza relattiva ta' 12,5 % ta' l-assorbenza tal-punt l-aktar għoli l-aktar intens fir-reġjun ta' 4000 - 5000 cm-1

fejn it-tnejn jitkejlu rigward assorbenza żero,u 5 % ta' l-assorbenza tal-punt l-aktar għoli l-aktar intens fir-reġjun ta' 4000 - 5000 cm-1 meta t-tnejn jitkejlu rigward il- peak base line tagħhom

Nota:

Għalkemm il-punti l-aktar għoljin adegwati skond (a) jistgħu jiġu preferuti minn perspettiva teoretika, dawk skond (b) huma aktar faċli biex jiġu determinati fil-prattika.

In-numru ta' punti l-aktar għoljin fl-ispettru infrared ta' l-analite li l-frekwenzi tagħhom jikkorrispondu ma' punt l-aktar għoli fl-ispettru ta' l-istandard tal-kalibratura, f'marġini ta' ± 1 cm-1 jiġi ddeterminat.

2.3.4.2. Interpretazzjoni ta' data spettrali ta' l-infra-red

L-assorbiment għandu jkun preżenti fir-reġjuni kollha ta' l-ispettru ta' l-analite li jikkorrespondi ma' punt l-aktar għoli adegwat fl-ispettru ta' riferenza ta' l-istandard tal-kalibratura. Minimu ta' sitt punti l-aktar għoljin adegwati huwa meħtieġ fl-ispettru ta' l-infrared ta' l-istandard tal-kalibratura. Jekk hemm inqas minn sitt punti l-aktar għoljiin (7), l-ispettru in kwistjoni ma jistax jintuża bħala spettru ta' riferenza. Il-'marka', i.e., il-perċentwal tal-punti l-aktar għoljin adegwati misjuba fl-ispettru ta' l-infrared ta' l-analite, għandu jkun mhux inqas minn 50. Fejn m'hemmx qbil eżatt għal punt l-aktar għoli adegwat, ir-reġjun rilevanti ta' l-ispettru ta' l-analite għandhu jkun konsistenti mal-preżenza ta' punt l-aktar għoli li jaqbel. Il-proċedura tgħodd biss għal punti l-aktar għoljin ta' l-assorbiment fl-ispettru tal-kampjun n' intensità ta' għall-inqas tliet darbiet daqs il-peak noise.

2.3.5. Kriterji tal-ħidma u rekwiżiti ohrajn għad-determinazzjoni ta' analite bl-użu ta' LC ma' metodi oħrajn ta' skoperta

2.3.5.1. Separazzjoni kromatografika

Għandu jintuża standard intern jekk huwa disponibbli materjal xieraq għal dan l-iskop. Għandu preferibbilmenti ikun standard relatat b'ħin ta' ritenzjoni qrib dak ta' l-analite. L-analite għandu jeluta fil-ħin tar-ritenzjoni li huwa tipiku għall-istandard tal-kalibratura korrispondenti ta' l-istess kondizzjonijiet sperimentali. Il-ħin minimu ta' ritenzjoni aċċettabbli għal analite għandu jkun darbtejn daqs il-ħin ta' ritenzjoni li jikkorrispondi għall-volum vojt tal-kolonna. Il-proporzjon tal-ħin ta' ritenzjoni ta' l-analite għal dak ta' l-istandard intern, i.e., il-ħin ta' ritenzjoni relattiv ta' l-analite, għandu jkun l-istess bħal dak ta' l-istandard tal-kalibratura fil-matriċi xierqa, f'marġinu ta' ± 2,5 %.

2.3.5.2. Skoperta bl-iscan sħiħa UV/VIS

Għandhom jitlaħqu l-kriterji tal-ħidma għall-metodi ta' l-LC.

Il-massimi ta' l-assorbiment fl-ispettru ta' l-analite għandhom ikunu fl-istess wavelengths bħal dawk ta' l-istandard tal-kalibratura f'marġini ddeterminat bir-reżoluzzjoni tas-sistema ta' l-iskoperta. Ghall-iskoperta bid-diode array, dan huwa tipikament sa ± 2 nm. L-ispettru ta' l-analite 'l fuq minn 220 nm għandu, għal dawk il-partijiet taż-żewġ spettri b'assorbenza relattiva ≥10 %, ma jkunx viżibbilment differenti mill-ispettru ta' l-istandard tal-kalibratura. Dan il-kriterji jintlaħaq l-ewwel nett meta l-istess massimi jkunu preżenti u t-tieni meta d-differenza bejn iż-żewġ spettri ma tkun fl-ebda punt osservat aktar minn 10 % ta' l-assorbenza ta' l-istandard tal-kalibratura. Fil-każ li jintużaw tfittxija fil-libreri jew tqabbil bl-għajnuna tal-kompjuter, il-paragun bejn id-data spettrali fil-kampjuni tat-test ma' dak tat-taħlita tal-kalibratura għandha teċċedi fattur ta' tqabbil kritiku. Dan il-fattur għandu jiġi ddeterminat waqt il-proċess tal-validazzjoni għal kull analite fuq il-bażi ta' spettra li għalihom il-kriterji deskritti hawn fuq huma milħuqa. Il-varjabbilità fl-ispettri ikkawżata mill-matriċi tal-kampjuni u l-ħidma tad-indikatur għandhom jiġu vverifikati.

2.3.5.3. Kriterji ta' ħidma għall-iskoperta florimetrika

Għandhom jitlaħqu l-kriterji tal-ħidma ghall-metodi ta' l-LC.

Dan jgħodd għal molekuli li juru florexxenza nativa u għal molekuli li juru florexxenza wara trasformazzjoni jew derivatizzazzjoni. L-għażla tal-wavelengths ta' l-eċċitazzjoni u l-emissjoni flimkien mal-kondizzjonijiet kromatografiċi għandha ssir b'tali mod li l-okkorrenza ta' komponenti interferenti tiġi mminimizzata fl-estri vojta tal-kampjuni.

L-eqreb massimu ta' l-ogħla punt fil-kromatogramma għandu jiġi sseparat mill-ogħla punt indikat ta' l-analite b'għall-inqas wesgħa waħda sħiħa ta' l-ogħla punt f'10 % tal-għoli massimu ta' l-ogħla punt ta' l-analite.

2.3.5.4 2.3.5.4. Kriterji ta' ħidma għad-determinazzjoni ta' analite b'immunogramma LC

Immunogramma LC mhix xierqa waħedha għall-użu bħala metodu konfermatorju.

Għandhom jintlaħqu l-kriterji rilevanti għall-metodi LC

Il-parametri tal-kontroll tal-kwalità definiti minn qabel, eż., rbit mhux speċifiku, l-irbit relattiv tal-kampjuni tal-kontroll, il-valur ta' l-assorbenza tal-vojt għandhom ikunu fil-limiti milħuqa waqt il-validazzjoni ta' l-prova.

L-immunogramma għandu jkun mibni minn għall-inqas ħames ishma.

Kull sehem għandu jkun inqas minn nofs il-wesgħa ta' l-ogħla punt.

Is-sehem bil-kontenut massimu ta' l-analite għandu jkun l-istess għall-kampjun suspettat, il-kampjun tal-kontroll mhux konformi u l-istandard.

2.3.5.5. Determinazzjoni ta' analite bl-użu ta' LC bi skoperta bl-UV/VIS (wavelength waħda)

LC b'skoperta bl-UV/VIS (wavelength waħda) mhix xierqa waħedha għall-użu bħala metodu konfermatorju.

Il-massimu ta' l-eqreb ogħla punt fil-kromatogramma għandu jiġi sseparat mill-ogħla punt ta' l-analite indikat b'għall-inqas wesgħa waħda sħiħa ta' l-ogħla punt f'10 % ta' l-għoli massimu ta' l-ogħla punt ta' l-analite.

2.3.6. Kriterji ta' ħidma u rekwiżiti oħrajn għad-determinazzjoni ta' analite bl-użu ta' 2-D TLC flimkien ma' skoperta spettrometrika bl-UV/VIS bi scan sħiħa

HPTLC bi-dimensjonali u l-ko-kromatografija huma obbligatorji

Il-valur ta' RF ta' l-analite għandhom jaqblu mal-valuri RF ta' l-istandards sa ±5 %.

Id-dehra viżiva ta' l-analite għandha ma tkunx tista' tingħaraf minn dik ta' l-istandard.

Għal tikkek ta' l-istess kulur in-nofs ta' fejn għandha tkun l-eqreb tikka għandu jiġi sseparat min-nofs tat-tikka ta' l-analite b'mhux inqas minn nofs is-somma tad-djametri tat-tikek.

L-ispettru ta' l-analite m'għandux ikollu dehra differenti mill-ispettru ta' l-istandard, kif deskritt għall-iskoperta b'scan sħiħa bl-UV/VIS.

Fil-każ li jintużaw tfittixija u tqabbil bl-għajnuna tal-kompjuter, it-tqabbil tad-data spettrali fil-kampjuni tat-testijiet ma' dak tat-taħlita tal-kalibratura għandu jeċċedu fattur kritiku tal-qbil. Dan il-fattur għandu jiġi ddeterminat waqt il-proċess tal-validazzjoni għal kull analite fuq il-bażi ta' spettri li għalihom il-kriterji deskritti fuq huma milħuqa. Il-varjabbilità fl-ispettru kkawżata mill-matriċi tal-kampjuni u l-ħidma tad-indikatur għandhom jiġu vverifikati.

2.3.7. Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-ħidma għad-determinazzjoni ta' analite bil-GC flimkien ma' l-iskoperta bil-qbid ta' l-elettroni (ECD)

Għandu jintuża standard intern jekk huwa disponibbli materjal xieraq għal dan l-iskop. Għandu jkun preferibbilment sostanza b'ħin ta' ritenzjoni qrib dak ta' l-analite. L-analite għandu jeluta ħin ta' ritenzjoni li huwa tipiku għall-istandard tal-kalibratura korrispondenti taħt l-istess kondizzjonijiet esperimentali. Il-ħin ta' ritenzjoni minimu aċċettabbli għandu jkun darbtejn il-ħin ta' ritenzjoni li jikkorrispondi volum vojt tal-kolonna. Il-proporzjon tal-ħin ta' ritenzjoni ta' l-analite ma' dak ta' l-istandard internali, i.e., il-ħin ta' ritenzjoni relattiv ta' l-analite, għandu jkun l-istess bħal dak ta' l-istandard tal-kalibratura fil-matriċi xieraq, f'marġini ta' ± 0,5 %. Il-massimu ta' l-eqreb ogħla mpunt fil-kromatogramma għandu jiġi sseparat mill-ogħla punt ta' l-analite indikat b'b'għall-inqas wesgħa waħda sħiħa ta' l-ogħla punt f'10 % ta' l-għoli massimu ta' l-ogħla punt ta' l-analite. Għal aktar informazzjoni tista' tintuża l-ko-kromatografija.

2.4 METODI KONFERMATPORJI GĦALL-ELEMENTI

Il-metodi konfermatorji għall-elementi kimiċi għandhom ikunu bbażati fuq il-kunċett ta' identifikazzjoni mhux ekwivoka u kwantifikazzjoni akkurata kif ukoll preċiża permezz ta' proprjetajiet fiżiċi-kimiċi uniċi għall-element kimiku in kwistjoni (eż., wavelength karatteristika ta' l-element ta' radjazzjoni emessa jew assorbita, massa atomika) fil-livell ta' interess.

Dawn il-metodi jew kombinazzjonijiet ta' metodi li ġejjin jitqiesu xierqa għall-identifikazzjoni ta' elementi kimiċi:

Tabella 7

Metodi konfermatorji xierqa għall-elementi kimiċi

Teknika | Parametru mkejjel |

Differential pulse anodic stripping voltametry | Sinjal elettriku |

Spettrometrija ta' l-assorbiment atomiku

Fjamma | Wavelengthta' l-assorbiment |

Ġenerazzjoni tal-hydrides | Wavelengthta' l-assorbiment |

Fwar kiesaħ | Wavelengthta' l-assorbiment |

Atomizzazzjoni elettrotermali (forn tal-grafite) | Wavelengthta' l-assorbiment |

Spettrometrija ta' l-emissjoni atomika

plażma kkopjata b'mod induttiv | Wavelengthta' l-emissjoni |

Spettrometrija tal-piż

plażma kkopjata b'mod induttiv | Proporzjoni piż-kariga |

2.4.1. Kriterji komuni għall-ħidma u rekwiżiti oħrajn għall-metodi konfermatorji

Materjal ta' riferenza jew fortifikat li fiha ammonti magħrufa ta' analite, fi jew viċin il-limitu massimu permess jew il-limitu tad-deċiżjoni (kampjun tal-kontroll mhux konformi) kif ukoll materjali tal-kontroll konformi u reaġent vojts għandhom preferibbilment jintużaw matul il-proċedura kollha fl-istess ħin ma' kull lott ta' kampjuni tat-testijiet. Analizzati. Is-sekwenza rakkmandata għall-injezzjoni ta' l-estratti fl-istrument analitiku huwa kif ġej: reaġent vojt, kampjun tal-kontroll konformi, kampjun li jrid jiġi kkonfermat, kampjun tal-kontroll konformi u fl-aħħar kampjun tal-kontroll mhux konformi. Kull varjazzjoni minn dan għandha tiġi ġġustifikata.

Ġeneralment, il-parti l-kbira tal-metodi analitiċi jirrikjedu diġestjoni sħiħa tal-matriċi organiku sabiex jiġu akkwistati taħlitiet qabel id-determinazzjoni ta' l-analite. Dan jista' jsir bl-użu tal-proċedura tal-mineralizzazzjoni bil-microwaves, li timminimizza r-riskju ta' telf u/jew kontaminazzjoni ta' l-analiti ta' interess. Għandhom jintużaw kontenituri tat-Teflon dikontaminati ta' kwalità tajba. Jekk jintużaw metodi oħrajn ta' diġestjoni mxarrba jew niexfa, għandha tkun disponibbli evidenza dokumentata sabiex il-fenomeni ta' telf jew kontaminazzjoni potenzjali jistgħu jiġu esklużi. Bħala alternattiva għad-diġestjoni, proċeduri tas-separazzjoni (eż., estrazzjoni) jistgħu jingħażlu f'xi ċirkostanzi biex l-analiti jiġu sseparati mill-komponenti tal-matriċi u/jew biex l-analiti jiġu kkonċentrati sabiex jiġu introdotti fit-tagħmir analitiku.

Rigward il-kalibratura, kemm jekk esterna jew inkella bbażata fuq il-metodu standard taż-żieda, għandu jkun hemm attenzjoni sabiex l-iskala tal-ħidma stabbilita għall-analiżi ma tiġix eċċeduta. Fil-każ tal-kalibratura esterna, huwa obbligatorju li l-istandards tal-kalibratura huma ppreparati f'taħlita li taqbel kemm jista' jkun mal-kompożizzjoni tat-taħlita tal-kampjun. Il-korrezzjoni fl-isfond għandha tiġi applikata wkoll jekk meħtieġ, b'ċirkostanzi analitiċi speċifiċi.

2.4.2. Kriterji ta' ħidma addizzjonali u rekwiżiti oħrajn għall-metodi ta' analiżi kwantitattivi

2.4.2.1. Verità tal-metodi kwantitattivi

Fil-każ ta' analiżi ripetuti ta' materjal ta' riferenza ċċertifikat għall-elementi, id-devjazzjoni tal-medja tal-kontenut ddeterminata bl-esperimenti mill-valur iċċertifikat m'għandux jaqa' barra l-limitu ± 10 %. Meta m'humiex disponibbli tali CRMs, huwa aċċettabbli illi l-verita' tal-kejl tiġi stmata permezz ta' rkupru ta' addizzjonijiet ta' ammonti magħrufa ta' l-element għall-kampjuni mhux magħrufa. L-attenzjoni tinġibed lejn il-fatt li, mhux bħall-analite, l-element miżjud mhuwiex marbut kimikament fil-matriċi ta' veru u li għalhekk ir-riżultati akkwistati b'dan il-mod għandhom inqas validità minn dawk akkwistati bl-użu ta' CRMs. Id-data ta' l-irkupru huma aċċettabbli biss meta huma sa ± 10 % mill-valur immirat

2.4.2.2. Preċiżjoni tal-metodi kwantitattivi

fil-każ ta' analiżi ripetuta ta' kampjun imwettqa taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità fil-laboratorju, il-koeffiċjenti intra-laboratorju tal-varjazzjoni (CV) tal-medja m'għandiex teċċedi l-valuri li ġejjin:

Tabella 8

CVs għal metodi kwantitattivi fi skala ta' ishma tal-piżijiet ta' l-elementi

Sehem tal-piż | CV (%) |

≥ 10 jig/kg sa 100 jig/kg | 20 |

> 100 jig/kg sa 1000 jig/kg | 15 |

≥ 1000 jig/kg | 10 |

2.4.3. Rekwiżiti speċifiċi għal differential pulse anodic stripping voltametry (DPASV)

Qirda totali ta' materja organika f'kampjuni qabel id-determinazzjoni b'DPASV huwa ta' importanza prinċipali. L-ebda sinjali wesgħin minħabba l-preżenza ta' materjali organiċi m'għandha tidher fil-voltamogrammi. Il-kostitwenti tal-matriċi inorganika jistgħu jinfluwenzaw l-ogħla punti f'DPASV. Għalhekk, il-kwantifikazzjoni għandha ssir bil-metodu ta' addizzjonijiet standard. kampjuni ta' voltamogrammi tipiċi ta' taħlita kampjun għandhom jiġu forniti mal-metodu.

2.4.4. Rekwiżiti speċifiċi għall-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku (AAS)

Din it-teknika hija fuq il-bażi mono-elementali u teħieġ għalhekk ottimizzazzjoni tas-settings ta' l-esperiment skond l-element partikolari li għandu jiġi kkwantifikat. Fejn possibbli, ir-riżultati għandhom jiġu vverifikati kwalitattivament u kwantitattivament billi jintużaw linji ta' assorbiment alternattivi (idealment, għandhom jingħażlu żewġ linji differenti ta' l-assorbiment). L-istandards tal-kalibratura għandhom jiġu ppreparati f'matriċi ta' taħlitiet li taqbel kemm jista' jkun ma' dik tat-taħlita għall-kejl tal-kampjun (eż., konċentrament ta' l-aċidu jew komposizzjoni tal-modifikatur). Biex il-valuri vojta jiġu mminimizzati, ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' l-akbar purità disponibbli. Skond il-mod magħżul għall-vaporizzazzjoni u/jew atomizzazzjoni ta' kampjun, jistgħu jiġu distinti diversi tipi ta' AAS.

2.4.4.1. Ħtiġiet speċifiċi għall-AAS bil-fjamma

Is-settings ta' l-istrument għandhom jiġu ottimizzati għal kull element. Għandhom jiġu vverifikati speċjalment il-komposizzjoni tal- gass u r-rati tal-mixi. Korrettur ta' l-għajn kontinwu għandu jintuża sabiex jiġu evitati interferenzi mill-assorbiment fl-isfond. Fil-każ ta' matriċi mhux magħrufa, għandha ssir verifika rigward liema korrezzjoni ta' l-isfond hija meħtieġa.

2.4.4.2. Rekwiżiti speċifiċi għall-AAS bil-forn tal- grafite

Il-kontaminazzjoni fil-laboratorju spiss taffettwa l-eżattezza meta jintużaw livelli ultra-traċċi fil-forn tal-grafite. Għalhekk, reaġenti ta' purezza għolja, ilma deionizzat u oġġetti tal-plastik inert għall-użu tal-kampjun u ta' l-istandard għandhom jintużaw. Is-settings ta' l-istrumenti għandhom jiġu ottimizzati għal kull element. Għandhom jiġu vverifikati speċjalment il-kondizzjonijiet qabel it-trattament u ta' l-atomizzazzjoni (temperatura, ħin) u l-modifika tal-matriċi.

Il-ħidma taħt kondizzjonijiet ta' atomizzazzjoni iżotermali (eż., tubu tal-grafite trasvers imsaħħan bi pjanċa ta' Lvov integrata (8) tnaqqas l-influwenza tal-matriċi rigward l-atomizzazzjoni ta' l-analite. Flimkien mal-modifikazzjoni tal-matriċi u l-korrezzjoni ta' l-isfond ta' Zeeman (9), il-kwantifikazzjoni permezz ta' kurva tal-kalibratura fuq il-bażi tal-kejl ta' taħlitiet bl-ilma standard jiġi permess.

2.4.5. Rekwiżiti speċifiċi għall-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-hydrides

Il-komposti organiċi li fihom elementi bħall-arseniku, bismuth, germanju, ċomb, antimonju, selenju, landa u tellurju jistgħu jkunu stabbli ħafna u jjkunu jeħtieġu dekomposizzjoni ossidattiv biex jiġu akkwistati riżultati korretti għall-konenut ta' l-element kollu. Għalhekk id-diġestjoni bil-microwaves jew inċinerazzjoni bil-pressa għolja taħt kondizzjonijiet ossidattivi qawwijin huma rrakkmandati. Għandha tingħata l-akbar attenzjoni għall-konverżjoni sħiħa u riproduċibbli ta' l-elementi għall-hydrides korrrispondenti tagħhom

Il-formazzjoni ta' arsenic hydride fit-taħlita ta' aċidu idrokloriku b'NaBH4 tiddependi fuq l-istat ta' ossidazzjoni ta' l-arsenic (As III: formazzjoni mgħaġġla, As V: ħin itwal tal-formazzjoni). Biex jiġi evitat telf ta' sensittivita' għad-determinazzjoni ta' As V bil-metodu ta' injezzjoni tal-mixja, ikkawżata mill-ħin qasir għar-reazzjoni f'din is-sistema. As V għandu jitnaqqas għal As III wara d-dekomposizzjoniossidattiv. Il-potassium iodide/aċidu askorbiku jew cysteine huma xierqa għal dak l-għan. Riżultati vojta, taħlitiet tal-kalibratura u taħlitiet tal-kampjuni għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Il-ħidma b'sistema ta' lottijiet tippermetti d-determinazzjoni taż-żewġ speċje ta' arseniku mingħajr ma tiġi affettwata l-eżattezza. Minħabba l-formazzjoni ttardjata ta' As V-hydride, il-kalibratura għandha ssir b'integrazzjoni ta' l-arja ta' l-ogħla punt. Is-settings ta' l-istrumenti għandhom jiġu ottimizzati. Il-mixja tal-gass, li jittrasferixxi l-hydride għall-atomizzatur, huwa ta' importanza speċjali u għanduha tiġi vverifikata.

2.4.6. Rekwiżiti speċifiċi għall-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku bil-fwar kesħa

Il-fwar kiesaħ jintuża biss fil-każ tal-merkurju. Minħabba t-telf mill-iżvintar u l-assorbiment tal-merkurju elementali, hija meħtieġa attenzjoni speċjali matul l-analiżi kollha. Il-kontaminazzjoni bir-reaġenti jew mill-ambjent għandha tiġi evitata bir-reqqa.

Il-komposti organiċi li fihom il-merkurju jeħtieġu dekomposizzjoni ossidattiva biex jiġu akkwistati r-riżultati għall-kontenut sħiħ tal-merkurju. Għad-dekomposizzjoni, sistemi ssiġillati bid-diġestjoni bil-microwaves jew inċineraturi bil-pressa għolja għandhom jitnużaw. Hija meħtieġa attenzjoni speċjali għat-tindif tat-tagħmir li kellu kuntatt mal-merkurju.

Hemm vantaġġi fil-ħidma bil-metodu ta' injezzjoni tal-fluss. Għal limiti ta' deċiżjoni aktar baxxi, l-assorbiment tal-merkurju elementali fuq assorbitur tad-deheb jew tal-platina segwita minn desorbiment termali hija rrakkmandata. Kuntatt ta' l-assorbitur jew taċ-ċellola ma' l-umdità jiddisturba l-kejl u għandu jiġi evitat.

2.4.7. Rekwiżiti speċifiċi għall-ispettrometrija ta' l-emissjoni atomika bil-plażma kkoppjata induttivament (ICP-AES)

L-ispettrometrija ta' l-emissjoni atomika bil-plażma kkoppjata induttivament (10) huwa metodu multi-element, li jippermetti kejl simultanju ta' diversi elementi. Biex tuża l-ICP-AES, il-kampjuni għandhom l-ewwel jiġu diġeriti sabiex il-matriċi organiċi jiġu dikomposti. Għandhom jintużaw sistemi ssiġillati bid-diġestjoni bil-microwaves jew inċineraturi bil-pressa għolja. Għall-analiżi ICP-AES sinifikanti, il-kalibratura ta' l-istrumenti u l-għażla ta' l-element jew tal-wavelength għandhom rwol essenzjali.Għall-kalibratura ta' l-istrumenti, fil-każ ta' kurvi ta' kalibratura lineari, huwa ġeneralment neċessarju li jitkejlu t-taħlitiet tal-kalibratura ta' erba' konċentrazzjonijiet biss, għaliex il-kurvi tal-kalibratura ta' l-AES ġeneralment huma lineari fuq erba' sa sitt ordnijiet ta' kobor tal-konċentrazzjoni. Il-kalibratura tas-sistema ta' l-ICP-AES għandha normalment issir b'standard multi-elementali, li għandu jiġi ppreparat f'taħlita li fiha l-istess konċentrazzjoni ta' l-aċidu daqs it-taħlita tal-kejl. Għall-kurva lineari, il-konċentrazzjonijiet ta' l-elementi għandhom jiġu vverifikati.

L-għażla tal-wavelengths għall-kejl ta' l-emissjoni mill-analiti hija xierqa għall-konċentrazzjoni ta' l-elementi li għandhom jiġu determinati. Meta l-konċentrazzjoni ta' l-analite taqa' barra mill-iskala tal-ħidma ta' linja ta' emissjoni, għandha tintuża linja ta' emissjoni differenti. Għall-ewwel għandha tingħażel il-linja ta' emissjoni l-aktar sensittiva bla interferenza), imbagħad linja inqas sensittiva. Meta jsir ix-xogħol fi jew qrib limitu ta' skoperta, il-linja l-aktar sensttivia għall-analite rispettiva hija ġeneralment l-aħjar għażla. L-interferenzi spettrali u mill-isfond jikkawżaw l-akbar diffikultajiet fl-ICP-AES. Interferenzi possibbli huma, eż., taqlib sempliċi fl-isfond, taqlib minħabba sfond immejjel, overlap dirett spettrali u taqlib kumpless fl-isfond. Kull waħda minn dawn l-interferenzi għandha l-kawżi u r-rimedji tagħha.. Skond il-matriċi,il-korrezzjoni ta' l-interferenzi u l-ottmizzazzjoni tal-parametri operanti għandhom jiġu applikati. Xi interferenzi jistgħu jiġu evitati bit-taħlit jew adattament tal-matriċi. Ma' kull lott ta' kampjuni tat-tesijiet li jiġi analizzat, materjal ta' riferenza jew iffortifikat li fih ammonti magħrufa ta' l-analite/i kif ukoll matejral vojt għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-kampjuni tat-testijiet. Għat-testjar għal drift, l-istandard għandu jiġi vverifikat, eż., wara 10 kampjuni. Ir-reaġenti kollha u l-gass tal-plażma għandhom ikunu ta' l-ogħla purezza disponibbli..

2.4.8. Ħtiġiet speċifiċi għall-ispettrometrija bil-piż ikkoppjat induttivament (ICP-MS)(11))

Id-determinazzjoni ta' l-elementi traċċi tal-piż mmedju atomiku, bħall-kromju, ramm u nikel tista' tkun soġġetta għal interferenza qawwija minn joni oħrajn iżobariċi u poliatomiċi. Dan jista' jitrażżan biss meta hija disponibbli saħħa ta' riżoluzzjoni ta' mhux inqas minn 7000 sa 8000. diffikultajiet assoċjati mat-tekniċi MS jinkludu drift istrumentali, effetti tal-matriċi u interferenza mill-joni molekulari (m/z < 80). Standardizzazzjoni multipla interna li tkopri l-istess grad ta' piżijiet bħall-elementi hija meħtieġa għall-korrezzjoni tad-drift istrumentali u l-effetti tal-matriċi

Dekomposizzjoni sħiħa tal-materja organika fil-kampjuni qabel il-kejl ta' l-ICP_MS huwa meħtieġ. Bħal fl-AAS, wara d-diġestjoni f'kontenituri ssiġillati, l-elementi volatili, eż., l-jodju għandhom jiġu ttrasferiti fi tat stabbli ta' ossidazzjoni. L-interferenza l-aktar severa tirrużulta mill-kombinazzjonijiet ta' l-joni molekulari ta' l-argon (gass tal-plażma), idroġenu, karbon, nitroġenu u ossiġenu (aċidi tat-taħlit, impuritajiet fil-gass tal-plażma u gassijiet atmosferiċi entrained) u l-kampjun tal-matriċi. Id-diġestjoni kompleta, il-kejl ta' l-isfond, għażla xierqa ta' piżijiet analitiċi kultant assoċjata ma' abbundanza inqas (limitu ta' skoperta aktar nieqes) u tat-taħlitiet ta' l-aċidi, eż., aċidu nitriku, huma meħtieġa biex jiġu evitati l-interferenzi.

Biex jiġu ddeterminati l-elementi, l-interferenzi għandhom jiġu esklużi bl-għażla xierqa ta' piżijiet analitiċi speċifiċi inkluża l-konferma ta' proporzjonijiet ta' l-iżotopi. Ir-risposta ta' l-istrumenti li jikkunsidraw il-Fano-fatturi għandhom jiġu vverifikati għal kull kejl bl-użu ta' standards interni.

3. VALIDAZZJONI

Il-validazzjoni għandha turi li l-metodu analitiku jikkonforma mal-kriterji li jgħoddu ghall-karatteristiċi tal-ħidma rilevanti.

Skopijiet ta' kontroll differenti jeħtieġu kategoriji differenti ta' metodi. Din it-tabella tiddetermina liema karatteristika ta' ħidma għandha tiġi vverifikata għal limea tip ta' metodu.

Tabella 9

Klassifika ta' metodi analitiċi bil-karatteristiċi ta' ħidma li għandhom jiġu ddeterminati

S = metodi ta' screening; C = metodi konfermatorji; + = determinazzjoni obbligatorja.

| Limitu ta' l-iskopertaCCE | Limitu tad-deċiżjoniCCa | Verità/irkupru | Preċiżjoni | Selettività/Speċifiċità' | Applikabbilità/saħħa/stabbilità |

Metodi kwalitattivi | S | + | – | – | – | + | + |

C | + | + | – | – | + | + |

Metodi kwantitattivi | S | + | – | – | + | + | + |

C | + | + | + | + | + | + |

3.1. PROĊEDURI TA' VALIDAZZJONI

Dan il-kapitlu jipprovdi eżempji u/jew riferenzi għall-proċeduri ta' validazzjoni ta' metodi analitiċi. Modi oħrajn biex jintwera li l-metodi analitku jikkonforma mal-kriterji tal-ħidma għall-karatteristiċi tal-ħidma jistgħu jintużaw, kemm-il darba jilħqu l-istess livell u kwalità ta' informazzjoni.

Il-validazzjoni tista' ssir ukoll billi jsir studju inter-laboratorju bħal dak stabbilit bil-Codex Alimentarius, ISO jew l-IUPAC (12), jew skond metodi alternattivi bħal studji f'laboratorju wieħed jew validazzjoni interna (13)(14).Din il-parti tiffoka fuq studji f'laboratorju wieħed (jew validazzjoni interna) bl-użu ta' mod modulari. Dan il-mod jikkonsisti f'

1. sett ta' karatteristiċi tal-ħidma komuni indipendenti mill-mudell ta' validazzjoni użat u

2. proċeduri aktar speċifiċi li jiddependu fuq il-mudell kif deskritt fit-Tabella 10.

Tabella 10

Parametri tal-ħidma indipendenti mill-mudell u dipendenti fuq il-mudell

Validazzjoni |

Parametri tal-ħidma indipendenti mill-mudell | Parametri tal-ħidma dipendenti fuq il-mudell |

Karatteristiċi komuni tal-ħidma (3.1.1) | Mod ta' validazzjoni konvenzjonali (3.1.2) | Mod ta' validazzjoni interna (3.1.3) |

Speċificità | Irkupru | Irkupru |

Verità | Repetibilità | Repetibilità |

Saħħa: tibdil minuri | Riproduċibilità fil-laboratorju | Riproduċibilità fil-laboratorju |

stabilità | Riproduċibilità | Riproduċibilità |

Limitu tad-deċiżjoni (CCa) | Limitu tad-deċiżjoni (CCa) |

Kapaċità ta' l-iskoperta (CCP) | Kapaċità ta' l-iskoperta (CCP) |

Kurvi tal-kalibratura | Kurvi tal-kalibratura |

Saħħa: tibdil maġġuri | Saħħa |

3.1.1. Karatteristiċi tal-ħidma indipendenti mill-mudell

Irrespettivament mill-mod ta' validazzjoni magħżul, dawn il-karatteristiċi tal-ħidma għandhom jiġu ddeterminati. Biex l-ammont ta' xogħol jiġi minimizzat, mod iddiżinjat bir-reqqa u statistikament bis-sens jista' jintuża sabiex l-esperimenti jiġu kkombinati biex jiġu ddeterminati parametri differenti.

3.1.1.1. Speċifiċità

Għall-metodi analitiċi, is-saħħa tad-diskriminazzjoni bejn l-analite u s-sostanzi relatati fil-qrib (isomers, metaboliti, prodotti degradati, sostanzi endoġeni, kostitwenti tal-matriċi, eċċ) hija imporatanti. Huma meħtieġa żewġ metodi għall-verifika dwar jekk hemmx interferenzi

Għalhekk, sostanzi li potenzjalment jinterferixxu għandhom jingħażlu u l-kampjuni vojta rilevanti għandhom jiġu analizzati sabiex tiġi skoperta l-preżenza ta' interferenzi possibbli u jkun stmat l-effett ta' l-inteferenzi:

- agħżel skala ta' komposti relatati kimikament (metaboliti, derivattivi, eċċ) jew sostanzi oħrajn li x' aktarx setgħu ltaqgħu mal-kompost ta' interess li jista' jkun preżenti fil-kampjuni;

- analizza n-numru xieraq ta' kampjuni vojta rapprezentattivi (n ≥ 20) u vverifika jekk hemmx interferenzi (sinjali, l-ogħla punti, traċċi ta' l-joni) fir-reġjun ta' l-interess fejn huwa mistenni li jeluta l-analite mmirat;

- minbarra dan, il-kampjuni vojta rappreżentattivi għandhom jiġu ffortifikati f'konċentrazzjoni rilevanti b'sostanzi li x' aktarx jinterferixxu ma' l-identifikazzjoni u/jew il-kwantifikazzjoni ta' l-analite;

- wara l-analiżi, investiga jekk:

- il-preżenza tistax twassal għal identifikazzjoni falza

- l-identifikazzjoni ta' l-analite mmirata hijiex ostakolata bil-preżenza ta' interferenza waħda jew aktar minnhom, jew

- il-kwantifikazzjoni hijiex influwenzata notevolment

3.1.1.2. Verità

F'dan il-paragrafu, hija deskritta d-determinazzjoni tal-verità (component wieħed ta' l-eżattezza) Il-verità tista' tiġi stabbilita biss permezz ta' materjal ta' riferenza ċċertifikat (CRM). CRM jintuża kull fejn hu disponibbli. Il-proċedura hija deskritta fid-dettall f'ISO 5725-4 (5). Jingħata eżempju taħt

- analizza sitt repliki tas-CRM skond l-istruzzjonijiet tat-test għall-metodu,

- iddetermina l-konċentrazzjoni ta' l-analite preżenti f'kull kampjun tar-replikati,

- aħdem il-medja, id-devjazzjoni standard u l-koeffiċjenti tal-varjazzjoni ( %) għal dawn il-konċentrazzjonijiet,

- aħdem il-verità billi tiddividi l-medja tal-konċentrazzjoni skoperta bil-valur ċertifikat (imkejjel bħala konċentrazzjoni) u mmolteplika b'100, biex tesprimi r-riżultat bħala perċentwal.

Verità ( %) = konċentrazzjoni medja korretta bl-irkupru skopert x 100/valur iċċertifikat

Jekk mhux disponibbli CRM, minflok il-verità, l-irkupru jista' jiġi ddeterminat kif deskritt hawn taħt f'4.1.2.1.

3.1.1.3. Applikabilità/Saħħa (tibdil minuri)

Dawn l-istudji jużaw l-introduzzjoni deliberat ta' varjazzjonijiet minuri raġjonevoli mil-laboratorju u l-osservazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom.

L-istudji li jsiru qabel l-investigazzjonijiet għandhom isiru billi jingħażlu l-fatturi tal-kampjun qabel it-trattament, tindif u analiżi, li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati tal-kejl. Dawn il-fatturi jistgħu jinkludu l-analist, l-għajn u l-eta' tar-reaġenti, is-solventi, l-istandards u l-estratti tal-kampjuni, ir-rata tas-sħana, it-temperatura, il-valur pH kif ukoll ħafna fatturi oħrajn li jistgħu jseħħu fil-laboratorju. Dawn il-fatturi għandhom jiġu mmodifikati f'segwenza ta' kobor li taqbel mad-devjazzjonijiet li normalment jokkorru qalb il-laboratorji.

- Identifika l-fatturi possibbli li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati.

- Varja kull fattur ftit.

- Agħmel test għas- saħħa bl-użu tal-metodu ta' Youden (15) (16). (Jistgħu jintużaw metodi approvati oħrjan f'dan il-punt. Iżda l-metodu ta' Youden iżomm fil-minimu l-ħin u l-isforz meħtieġa). Il-metodu ta' Youden huwa disinn fattoriku frazzjonali. Interazzjonijiet bejn il-fatturi ma jistgħux jiġu skoperti.

- Fejn fattur jinsab li jinfluwenza r-riżultati tal-kejl b'mod sinifikanti, agħmel esperimenti oħrajn sabiex tiddeċiedi dwar il-limit ta' l-aċċettabilità ta' dan il-fattur

- Il-fatturi li jinfluwenzaw lir-riżultati b'mod sinifikanti għandhom jiġu identifikati b'mod ċar fil-protokoll tal-metodu

L-idea bażika mhix li tiġi studjata alterazzjoni waħda waħda iżda li jiġu introdotti diversi varjazzjonijiet f'daqqa. Bħala eżempju, jekk A, B, C, D, E, F, G jindikaw il-valuri nominali għal seba' fatturi differenti li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati, jekk il-valuri nominali tagħhom jinbidlu xi ftit; u jekk il-valuri alternattivi tagħhom jiġu indikati bl-ittri żgħar korrispondenti a, b, c, d, e, f u g. Dan jirriżulta f'27 jew 128 kombinazzjonijiet differenti possibbli.

Huwa possibbli li jingħażel subsett ta' tmienja minn dawn il-kombinazzjonijiet li għandhom bilanċ bejn l-ittri bkbar u żgħar (tabella 11). Għandhom isiru tmien determinazzjonijiet, li jużaw kombinazzjoni tal-fatturi magħżula (A-G). Ir-riżultati tad-determinazzjonijiet jintwerew fit-Tabella 11 taħt bħala S sa Z.

Tabella 11

Disinn għall-esperiment għall-istudji tas- saħħa (tibdil minuri)

Għall-kalkoli ara l-eżempji għat-testjar għas-saħħa f' 3.3.

Valur tal-fattur F | Kombinazzjoni tan-numru tad-determinazzjonijiet |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

Ana | A | A | A | A | a | a | a | a |

Bib | B | B | b | b | B | B | b | b |

C/c | C | c | C | c | C | c | C | c |

Did | D | D | d | d | d | d | D | D |

Eke | E | e | E | e | e | E | e | E |

F/f | F | f | f | F | F | f | f | F |

Gig | G | g | g | G | g | G | G | g |

Osservat riżultat R Għsaħħa | S | T | U | V | W | X | Y | Z |

3.1.1.4. Stabbilità

Ġie osservat illi stabbilità insuffiċjenti ta' l-analite jew il-kostitwenti tal-matriċi fil-kampjun matul il-ħażna jew l-analiżi jistgħu jwasslu għal devjazzjonijiet sinifikanti fir-riżultat ta' l-analiżi. Monbarra dan, l-istabbilità ta' l-istandard tal-kalibratura fit-taħilita għandha tiġi vverifikata. Normalment l-istabbilità ta' l-analite hija karatterizzata sew taħt kondizzjonijiet varji tal-ħażna. Is-sorveljanza tal-kondizzjonijiet tal-ħażna tifforma parti mis-sistema ta' akkreditazzjoni tal-laboratorju normali. Meta dan mhux magħruf, jingħataw eżempji taħt dwar kif tista' tiġi ddeterminata l-istabbilità.

Stabbilità ta'l-analite f'taħlita:

- Ipprepara taħlitiet friski ta' l-analite/i, u ħallat kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tat-test biex tagħti alikwoti suffiċjenti (eż., 40) ta' kull konċenmtrazzjoni magħżula (madwar il-limitu minimu tal-ħidma meħtieġ għal sostanzi li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda limitu permess jew madwar il-limitu permess għal sostanzi oħrajn. Ipprepara ż-żewġ taħlitiet ta' l-analite użat għall-fortifikazzjoni u użat fit-taħlita ta' l-analiżi finali, u kwalunkwe taħlita oħra li hija ta' interess (eż., standards derivatizzati).

- Iżen il-kontenut ta' l-analite fit-taħlita friska skond l-istruzzjonijiet tat-test.

- Itfa' volumi xierqa f kontenituri xierqa, ittikkettja u aħżen skond l-iskema:

Tabella 12

Skema għad-determinazzjoni ta' l-istabbilità ta' l-analite f'taħlita

| -20°C | +4°C | +20°C |

skuri | 10 alikwoti | 10 alikwoti | 10 alikwoti |

ċari | | | 10 alikwoti |

- Iż-żmien kemm jinħażen jista' jingħażel bħala ġimgħa, ġimgħatejn, tliet jew erba' ġimgħat jew aktar jekk dan huwa neċessarju eż sa ma jkunu osservabbli l-ewwel fenomeni ta' degradazzjoni matul l-identifikazzjoni u/jew il-kwantifikazzjoni. Il-ħin massimu kemm jinħażen u l-kondizzjonijiet ottimi għall-ħażna għandhom jiġu rreġistrati.

- - Il-kalkolu tal-konċentrazzjoni ta l-analite/i f'kull alikwota għandu jsir bl-użu tat-taħlita friska ta' l-analite magħmula fil-ħin ta' l-analiżi bħala 100 %.

Analite li jkun fadal (%) =

Ci × 100/Cfresh

Ci = koncentrazzjoni fil-punt tal-ħin

Cfresh = konċentrazzjoni tat-taħlita friska

Stabbilità ta' analite/i fil-matriċi

- Kull fejn possibbli għandhom jintużaw il-kampjuni incurred. Meta ma jkun disponibbli l-ebda materjal incurred, għandha tintuża l-matriċi fortifikata bl-analite.

- Meta huwa disponibbli materjal incurred, il-konċentrazzjoni fil-materjal għandha tiġi ddeterminata waqt li l-materja ikun għadu frisk. Aktar alikwoti tal-materjal jistgħu jittieħdu wara ġimgħa, ġimagħtejn, erba' ġimgħat u għoxrin ġimgħau l-konċentrazzjoni għandhom jiġu ddeterminati. It-tessut għandu jinħażen f; għall-inqas minus 20 °C jew inqas jekk meħtieġ, l

- Jekk ma jkun disponibbli l-ebda materjal incurred, ħu ftit materjal vojt u omoġenizzat. Qassam il-materjal f'ħames alikwoti. iffortifika kull alikwota bl-analite, li preferibbilment għandu jiġi ppreparat f'kwantità żgħira ta' taħlita bl-ilma. Analizza alikwota wa]da minnufih. Aħżen l-alikwoti li fadal f'għal inqas 20 °C jew inqas jekk meħtieġ u analizzahom wara ġimgħa, ġimagħtejn, erba' ġimgħat u għoxrin ġimgħa.

3.1.1.5. Kurvi tal-kalibratura

Meta jintużaw il-kurvi tal-kalibratura għall-kwantifikazzjoni:

- għandhom jintużaw għall-inqas ħames livelli (inkluż iż-żero) fil-kostruzzjoni tal-kurva,

- l-iskala tal-ħidma tal-kurva għandha tiġi deskritta,

- il-formola matematika tal-kurva u l-goodness-of-fit tad-data mal-kurva għandhom jiġu deskritti,

- skali ta' aċċettabilita' għall-parametri tal-kurva għandhom jiġu deskritti.

Meta tkun meħtieġa l-kalibratura serjali fuq il-bażi ta' taħlita, għandhom jiġu indikati l-iskali aċċettabbli għall-parametri tal-kurva tal-kalibratura li jistgħu jvarjaw minn serje għall-oħra.

3.1.2. Proċeduri ta' validazzjoni konvenzjonali

Il-kalkolu tal-parametri skond il-metodi konvenzjonali jirrikjedi t-twettiq ta' diversi esperimenti individwali. Kull karatteristika ta' ħidma għandha tiġi ddeterminata għal kull tibdil maġġuri (ara taħt applikabilità saħħa fuq). Għall-metodi b'ħafna analiti, diversi analiti jistgħu jiġu analizzati fl-istess ħin, sa fejn jiġu esklużi interferenzi possibilment rilevanti qabel. Diversi karatteristiċi tal-ħidma jistgħu jiġu ddeterminati b'mod simili. Għalhekk, biex jitnaqqas l-ammont tax-xogħol, huwa rrakkmandat li l-esperimenti jiġu kkombinati kemm jista' jkun (eż., repetibilità u r-riproduċibilità fil-laboratorju ma' l-ispeċfiċità, analiżi ta' kampjuni vojta għad-determinazzjoni tal-limitu tad-deċiżjoni u t-testjar għall-ispeċifiċità.

3.1.2.1. Irkupru

Jekk l-ebda CRM ma hu disponibbli, l-irkupru għandu jiġi ddeterminat bl-esperimenti bl-użu ta' matriċi vojta ffortifikata, bl-użu, per eżempju, ta' l-iskema li ġejja:

- agħżel 18-il alikwota ta' materjal vojt u ffortifika sitt alikwoti f'kull waħda minn 1, 1,5 u 2 darbiet daqs il-minimu tal-limitu tal-ħidma rekwiżit jew 0,5, 1 u 1,5 darbiet daqs il-limitu permess,

- analizza l-kampjuni u kkalkula l-konċentrazzjoni preżenti f'kull kampjun,

- bl-użu ta' l-ekwazzjoni taħt, aħdem l-irkupru għal kull kampjun,

- aħdem il-medja ta' l-irkupru u s-CV mis-sitt riżultati f'kull livell,

- % Irkupru = 100 x il=kontenut miżun/livell ta' fortifikazzjoni

Dan il-metodu konvenzjonali għad-determinazzjoni ta' l-irkupru huwa varjant tal-metodu ta' żieda standard deskritt f'3.5, meta:

- il-kampjun jitqies kampjun vojt minflok kampjun li għandu jiġi analizzat,

- jitiqes li l-għotja [2] u l-irkupru [3] huma simili għaż-żewġ partijiet tat-test,

- il-kampjuni tat-test għandhom l-istess piżijiet u l-estratti tal-partijiet tat-test għandhom l-istess volum

- l-ammont ta' l-istandard tal-kalibratura li jiżdied mat-tieni parti tat-test (imħallat) jiġi nnutat XADD·(XADD = pA·VA),

- x1 huwa l-valur imkejjel għall-vojt u x2 il-valur imkejjel għat-tieni parti tat-test (imħallat),

- mela, % irkupru = 100 (x2 -x1)/xADD.

Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet fuq hija (jew suppost li ma ġietx) milħuqa, allura l-proċedura sħiħa għad-determinazzjoni ta' l-irkupru permezz tal-metodu taż-żieda standard kif deskritt f'3.5 għandha titwettaq.

3.1.2.2. Repetibilità

- Ipprepara sett ta' kampjuni ta' matriċi identiċi, iffortifikati bl-analite biex jagħtu konċentrazzjonijiet ekwivalenti għal 1, 1,5 u 2 darbiet il-limitu minimu tal-ħidma meħtieġ jew 0,5, 1 u 1,5 darbiet il-limitu permess.

- F'kull livell l-analiżi għandha ssir b'għall-inqas sitt repliki.

- Analizza l-kampjuni.

- Aħdem il-konċentrazzjoni skoperta f'kull kampjun.

- Sib il-medja tal-konċentrazzjoni, id-devjazzjoni standard u l-koeffiċjenti tal-varjazzjoni ( %) tal-kampjuni ffortifikati.

- Irrepeti dawn il-passi f'għall-inqas żewġ okkażjonijiet oħrajn.

- Aħdem il-medja tal-konċentrazzjonijiet kollha u s-CVs għall-kampjuni ffortifikati.

3.1.2.3. Riproduċibilitàfil-laboratorju

- Ipprepara sett ta' kampjuni ta' materjal tat-test speċifikat (matriċi identiċi jew differenti ffortifikati bl-analite/i) biex jagħtu konċentrazzjonijiet ekwivalenti għal 1, 1,5 u 2 darbiet il-limitu minimu tal-ħidma meħtieġ jew 0,5, 1 u 1,5 darbiet il-limitu permess.

- F'kull livell l-analiżi għandha ssir b'għall-inqas sitt repliki.

- Irrepeti dawn il-passi f'għall-inqas żewġ okkażjonijiet oħrajn b'operaturi differenti u kondizzjonijiet ambjentali differenti eż., lottijiet differenti ta' reaġenti, solventi, eċċ, temperaturi ambjentali differenti, strumenti differenti, eċċ jekk possibbli.

- Analizza l-kampjuni

- aħdem il-konċentrazzjoni skoperta f'kull kampjun.

- Sib il-medja tal-konċentrazzjoni, id-devjazzjoni standard u l-koeffiċjenti tal-varjazzjoni ( %) tal-kampjuni ffortifikati

3.1.2.4. Riproduċibiltà

Meta r-riproduċibilità trid tiġi vverifikata, il-laboratorji għandhom jipparteċipaw fi studji kollaborattivi skond l-ISO 5725-2 (5).

3.1.2.5. Limitu tad-Deċiżjoni (CCa)

Il-limitu tad-deċiżjoni għandu jitwaqqaf skond ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni jew l-identifikazzjoni bil-kwantifikazzjoni kif definiti taħt "Kriterji ta' Ħidma u rekwiżiti oħrajn għal metodi analitiċi" (it-2 Parti).

Il-każ ta' sostanzi li għalihom ma twaqqaf l-ebda limitu permess, CCa jista' jitwaqqaf:

- jew bil-proċedura tal-kurva tal-kalibratura skond l-ISO 11843 (17) (hawn imsemmi bħala l-valur kritiku tal-varjabbli netta ta' l-istat) F'dan il-każ għandu jintuża materjal vojt, li huwa ffortifikat fi u oltre l-minimu tal-livell tal-ħidma f'passi ekwidistanti. Analizza l-kampjuni. Wara l-identifikazzjoni, ippjana s-sinjal kontra l-konċentrazzjoni miżjuda.Il-konċentrazzjoni korrispondenti fl-interċessjoni y flimkien 2,33 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilità fil-laboratorju ta' l-interċessjoni huwa daqs il-limitu tad-deċiżjoni. Dan jgħodd għall-provi kwantitattivi biss (a = 1 %),

- jew bl-analiżi ta' għall-inqas 20 materjal vojt għal kull matriċi sabiex wieħed ikun jista' jikkalkola l-proporzjon tas-sinjal għall-ħoss fit-terminu li fih huwa mistenni l-analite. Tliet darbiet il-proporzjoni tas-sinjal għall-ħoss jista' jintuża bħala l-limitu tad-deċiżjoni. Dan jgħodd għal provi kwantitattivi u kwalitattivi.

Fil-każ ta' sostanzi bil-limitu permess stabbilit, CCa jista' jitwaqqaf:

- jew bil-proċedura tal-kurva tal-kalibratura skond l-ISO 11843 (17) (hawn imsemmi bħala l-valur kritiku tal-varjabbli netta ta' l-istat) F'dan il-każ għandu jintuża materjal vojt, li huwa ffortifikat fi u oltre l-minimu tal-livell tal-ħidma f'passi ekwidistanti. Analizza l-kampjuni. Wara l-identifikazzjoni, ippjana s-sinjal kontra l-konċentrazzjoni miżjuda. Il-konċentrazzjoni korrispondenti fil-limitu permess plus 1,64 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilità fil-laboratorju huwa daqs il-limitu tad-deċiżjoni (a = 5 %),

- jew bl-analiżi ta' għall-inqas 20 materjal vojt għal kull matriċi iffortifikat bl-analite/i fil-limitu permess. Il-konċentrazzjoni korrispondenti fil-limitu permess flimkien ma' 1,64 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilità fil-laboratorju huwa daqs il-limitu tad-deċiżjoni (a = 5 %).

Ara wkoll l-Artikolu 5 u punt 3.2.

3.1.2.6. Kapaċità ta' l-iskoperta (CCβ)

Il-kapaċità ta' l-iskoperta għandha tiġi ddeterminata skond ir-rekwiżiti għall-iscreening, l-identifikazzjoni jew l-identifikazzjoni bil-kwantifikazzjoni kif iddefiniti (ara l-parti 2).

Fil-każ ta' sostanzi li għalihom ma twaqqaf l-ebda limitu permess, CCβ jista' jitwaqqaf b':

- proċedura tal-kurva tal-kalibratura skond l-ISO 11843 (17) (hawn imsemmi bħala l-valur minimu li jista' jiġi skopert tal-varjabbli net state). F'dan il-każ għandu jintuża materjal rappreżentanti vojt, iffortifikat fi u taħt il-livell minimu ta' ħidma meħtieġ f'passi ekwidistanti. Analizza l-kampjuni. Wara l-identifikazzjoni, ippjana s-sinjal kontra l-konċentrazzjoni miżjuda. Il-konċentrazzjoni korrispondenti fil-limitu tad-deċiżjoni plus 1,64 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilita' fil-laboratorju huwa daqs il-limitu tad-deċiżjoni (β = 5 %),

- analiżi ta' għall-inqas 20 materjal vojt għal kull matriċi iffortifikat bl-analite/i fil-limitu tad-deċiżjoni. Analizza l-kampjuni u identifika l-analiti. Il-valur tal-limitu tad-deċiżjoni plus 1,64 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilita' fil-laboratorju huwa daqs il-kapaċità ta' l-iskoperta (β = 5 %),

- fejn ma huma disponibbli l-ebda riżultati kwantitattivi, il-kapaċità ta' l-iskoperta tista' tiġi ddeterminata bl-investigazzjoni ta' materjal vojt iffortifikat fi u lil hinn mil-limitu tad-deċiżjoni. F'dan il-każ, il-livell tal-konċentrazzjoni, fejn jibqgħu biss <_ 5 riżultati konformi foloz, huwa daqs li-kapaċità ta' l-iskoperta tal-metodu. Għalhekk, għall-inqas 20 investigazzjoni għal mhux inqas minn livell wieħed ta' konċentrazzjoni għandhom isiru sabiex jiġi aċċertat li hemm bażi affidabbli għal din id-determinazzjoni.

Fil-każ ta' sostanzi li għalihom twaqqaf limitu permess, CCβ jista' jitwaqqaf:

- jew bil-proċedura tal-kurva tal-kalibratura skond l-ISO 11843 (17) (hawn imsemmi bħala l-valur minimu ta' l-iskoperta ta' l-istat nett). F'dan il-każ għandu jintuża materjal vojt rappreżentant, li huwa ffortifikat madwar il-limitu permess f'passi ekwidistanti. Analizza l-kampjuni u identifika l-analite/i. Aħdem id-devjazzjoni standard tal-kontenut medju mkejjel fil-limitu tad-deċiżjoni. Il-konċentrazzjoni korrispondenti fil-valur tal-limitu tad-deċiżjoni permess plus 1,64 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilità fil-laboratorju huwa daqs il-kapaċità ta' l-iskoperta (β= 5 %),

- - jew bl-analiżi ta' għall-inqas 20 materjal vojt għal kull matriċi iffortifikat bl-analite/i fil-limitu tad-deċiżjoni. Il-valur tal-limitu tad-deċiżjoni permess plus 1,64 darbiet daqs id-devjazzjoni standard tar-riproduċibilità fil-laboratorju huwa daqs il-kapaċità ta' l-iskoperta (β = 5 %).

Ara wkoll taqsima 3.2.

3.1.2.7. Saħħa (tibdil maġġuri)

Il-metodu analitiku għandu jiġi ttestjat taħt kondizzjonijiet esperimentali differenti, li jinkludu, ngħidu aħna, speċje differenti, matriċi differenti jew kondizzjonijiet differenti tat-teħid tal-kampjuni. It-tibdiliet introdotti għandhom ikunu maġġuri. L-importanza ta' dawn it-tibdiliet tista' tiġi valutata, per eżempju, bl-użu tal-metodu ta'Youden (15)(16). Kullkaratteristika tal-ħidma għandha tiġi ddeterminata għat-tibdil maġġuri kollu li ntwera li għandu effett sinkifikanti fuq il- ħidma ta' l-prova.

3.1.3. Validazzjoni skond mudelli alternattivi

Meta jiġu applikati proċeduri ta' validazzjoni alternattivi, il-mudell u l-istrateġija bil-prerekwiżiti, assunzjonijiet u formoli rispettivi għandhom jitwaqqfu fil-protokoll tal-validazzjoni jew għall-inqas għandhom jingħataw riferenzi għad-disponibilitŕ tagħhom. F'dan li ġej jingħata eżempju għal metodu alternattiv. Meta jiġi applikat eż il-mudell ta'validazzjoni interna, il-karatteristiċi tal-ħidma jiġu ddeterminati b'mod li jippermetti l-validazzjoni għat-tibdil maġġuri fl-istess proċedura tal-validazzjoni. Dan jeħtieġ diżinn ta' pjan esperimentali għall-validazzjoni

3.1.3.1. Pjan Esperimentali

Għandu jiġi ddiżinjat pjan esperimentali skond in-numru ta' speċje differenti u fatturi differenti taħt l-investigazzjoni. Għalhekk, l-ewwel pass tal-proċedura tal-validazzjoni għandu jikkunsidra l-gruppi tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati fil-laboratorju fil-futur sabiex jingħażlu l-ispeċje l-aktar importanti u dawk il-fatturi li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati tal-kejl. Sussegwentament, l-iskala tal-konċentrazzjoni għandha tingħażel b'mod addattat għall-iskop skond il-livell ta' interess.

Eżempju:

- jistgħu jiġu analizzati diversi analite fl-istess ħin bil-metodu analitiku li qed jiġi validat,

- żewġ varjazzjonijiet tal-fattur ewlieni ġew identifikati (A u B). Il-fatturi ewlieni jiffurmaw il-bażi li fuqha jiġu kkombinati. Dawn il-fatturi ewlenin jistgħu jinkludu fatturi jew il-matriċi. F'dan l-eżempju il-fattur ewlieni ġie varjat fuq żewġ livelli, i.e., żewġ speċje differenti (speċje A u B) ġew meqjusa. Ġeneralment, huwa possibbli li l-fatturi ewlenin jiġu varjati fuq aktar minn żewġ livelli, li jżidu biss in-numru ta' analiżijiet li għandhom jiġu mwettqa,

- il-fatturi magħżulin għandhom jiġu varjati fuq żewġ livelli (indikati bħala jew + jew -).

Tabella 13

Eżempji għall-fatturi kkunsidrati importanti għall-proċedura tal-validazzjoni

Sess ta’ l-annimal | (fattur 1) |

Razza | (fattur 2) |

Kondizzjonijiet tat-trasport | (fattur 3) |

Kondizzjonijiet tal-ħażna | (fattur 4) |

Kemm hu frisk il-kampjun | (fattur 5) |

Kondizzjonijiet tat-tismin | (fattur 6) |

Operaturi differenti b’esperjenza differenti | (fattur 7). |

Tabella 14

Pjan possibbli esperimentali għall-eżempju ta' fuq

Speċje | Fattur 1 | Fattur 2 | Fattur 3 | Fattur 4 | Fattur 5 | Fattur 6 | Fattur 7 | Nru tal-Kampjun |

A | + | + | + | + | - | + | - | 1 |

A | + | + | - | - | + | - | - | 2 |

A | + | - | + | - | - | - | + | 3 |

A | + | - | - | + | + | + | + | 4 |

A | - | + | + | - | + | + | + | 5 |

A | - | + | - | + | - | - | + | 6 |

A | - | - | + | + | + | - | - | 7 |

A | - | - | - | - | - | + | - | 8 |

B | + | + | + | + | + | - | + | 9 |

B | + | + | - | - | - | + | + | 10 |

B | + | - | + | - | + | + | - | 11 |

B | + | - | - | + | - | - | - | 12 |

B | - | + | + | - | - | - | - | 13 |

B | - | + | - | + | + | + | - | 14 |

B | - | - | + | + | - | + | + | 15 |

B | - | - | - | - | + | - | + | 16 |

Minħabba li kull kampjun (kull kombinazzjoni tal-livell tal-fatturi) għandu jiġi mħallat b'erba' konċentrazzjonii differenti madwar il-livell ta' l-interess, u kampjun wieħed vojt għandu jiġi analizzat għal kull livell, 5 x 16 = 80 għandhom isiru analiżi għall-esperiment tal-validazzjoni sħiħ.

Minn dawn it-80 riżultat ta' kejl huwa possibbli li taħdem (13)(14).

Irkupru

- repetibilità għal kull livell ta' konċentrazzjoni (sir),

- riproduċibilità fil-laboratorju konċentrazzjoni (sir),

- limitu tad-deċiżjoni (CCα),

- kapaċitŕ ta' l-iskoperta (CCβ),

- rata ta' żball-β għall-kurva tal-qawwa kontra l-konċentrazzjoni (ara 3.1.3.2),

- saħħa ta' tibdil maġġuri; saħħa għal tibdil minuri jista' jiġi determinat skond il-paragrafu 3.1.1.3

- 16 kurvi tal-kalibratura relatati mal-kampjuni

- kurva ġenerali tal-kalibratura waħda ġenerali

- interval tat-tbassir tal-kurva ġenerali tal-kalibratura ġenerali,

- devjazzjonijiet ikkawżati mill-matriċi (smat)

- devjazzjonijiet ikkawżati mir-run (srun),

- effett tal-fatturi individwali fuq ir-riżultati tal-kejl.

Dawn il-karatteristiċi ta' ħidma jippermettu l-valutazzjoni komprensiva tal-livell tal-ħidma tal-metodu, ladarba ma tiġix investigata biss l-influwenza tal-fatturi individwali, iżda wkoll il-kombinazzjonijiet rilevanti ta' dawn il-fatturi. bl-għajnuna ta' dan id-diżinn ta' esperiment huwa possibbli li wieħed jiddeċiedi jekk xi wieħed mill-fatturi magħżula għandux jiġi eskluż mill-kurva tal-kalibratura ġenerali, għaliex jiddevja b'mod sinifikanti mid-devjazzjonijiet standard tal-fatturi l-oħrajn.

3.1.3.2. Kurva tal-qawwa

Il-kurva tal-qawwa tagħti informazzjoni dwar il-kapaċità ta' l-iskoperta tal-metodu fl-iskala tal-konċentrazzjoni magħżula. Tirreferi għar-risku ta' żball-β meta l-metodu ta' investigazzjoni jiġi applikat. Il-kurva tal-qawwa tippermetti l-kalkolu tal-kapaċitajiet ta' l-iskoperta għall-kategoriji rispettivi (screening, konferma) jew tipi (kwalitattiv jew kwant- itattiv) tal-metodi għal żball-β ċert (eż. 5 %).

+++++ TIFF +++++

Figura 1Konċentrazzjoni

Il-figura 1 turi eżempju tat-twaqqif grafiku ta' kapaċità ta' l-iskoperta (CCβ) ta' metodu analitiku. Dan il-metodu partikolari għandu riskju rimanenti li tittieħed deċiżjoni falza ta' 5 % f'konċentrazzjoni ta' 0,50 jig/kg. F'konċentrazzjoni ta' 0,55 jig/kg ir-riskju li tittieħed deċiżjoni konformi falza jonqos għal %.

3.1.3.3. Riproduċibilità

Id-determinazzjoni tar-riproduċibilità ta' metodu bil-kunċett ta' l-istudji f'laboratorju wieħed (validazzjoni interna)tirrikjedi parteċipazzjoni ripetuta fi studji ta' profiċjenza skond il-gwida ta' l-ISO 43-1 (3) u 43-2 (4). Il-laboratorji huma permessi li jagħżlu l-metodi tagħhom, sakemm dawn il-metodi jintużaw taħt il-kondizzjonijiet ta' rutina. Id-devjazzjoni standard tal-laboratorju tista' tintuża biex tiġi stmata r-riproduċibilità tal-metodu

3.2. RAPPREŻENTAZZJONI GRAFIKA TAL-LIMITI ANALITIĊI DIFFERENTI

+++++ TIFF +++++

Figura 2Sostanzi li għalihom ma twaqqaf l-ebda limitu permess

+++++ TIFF +++++

Figura 3Sostanzi b'limitu permess stabbilita

3.3. EŻEMPJU TA' KIF JINĦADEM IT-TESTJAR TAR-SAĦĦA TA' TIBDIL MINURI SKOND IL-METODU TA' YOUDEN(16)

Paragun tal-medji (A)

AAΣ(Ai)/4ABΣ(Bi)/4ACΣ(Ci)/4ADΣ(Di)/4AEΣ(Ei)/4AFΣ(Ei)/4AGΣ(Gi)/4AaΣ(ai)/4AbΣ(bi)/4AcΣ(ci)/4AdΣ(di)/4AeΣ(ei)/4AfΣ(fi)/4AgΣ(gi)/4 | Qabbel il-medji ta’ l-ittri kbar (AA sa A G) mal-medji ta’ l-ittri żgħar korrispondenti (Aa to A g). Jekk fattur għandu effett, id-differenza tkun sinifikatament akbar mid-differenzi tal-fatturi l-oħrajn. Metodu robust m’għandux jiġi affettwat minn tibdil li jsibu kważi żgur il-laboratorji Jekk m’hemmx differenza lampanti, il-kejl l-aktar realistiku ta’ l-iżball każwali jingħata bis-seba’ differenzi. |

Differenzi (Di) | Kubu tad-differenzi (Di2) |

DaA - a = Σ(Ai) - Σ(ai)DbB - b = Σ(Bi) - Σ(bi)DcC - c = Σ(Ci) - Σ(ci)DdD - d = Σ(Di) - Σ(di)DeE - e = Σ( Ei ) - Σ(ei)DfF - f = Σ( Fi) - Σ(fi)DgG - g = Σ(Gi) - Σ(gi) | Da2valur aDb2valur bDc2valur cDd2valur dDe2valur eDf2valur fDg2valur g |

Devjazzjoni standard tad-differenzi Di (SDi):

+++++ TIFF +++++

Fejn SDi huwa sinifikatament akbar mid-devjazzjoni standard tal-metodi mwettaq taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità fil-laboratorju skond (ara fuq) hija konklużjoni ovvja li l-fatturi kollha flimkien għandhom effett fuq ir-riżultat anke jekk kull fattur waħdu ma jurix influwenza sinifikanti u li l-metodu m'huwiex robust biżżejjed kontra l-modifiki magħżula.

3.4. EŻEMPJI TA' KIF TINĦADEM IL-PROĊEDURA TAL-VALIDAZZJONI INTERNA

Eżempji u kalkoli għall-protokoll tal-validazzjoni interna kif deskritta taħt il-validazzjoni skond mudelli alternattivi(3.1.3) (13) (14).

3.5. EŻEMPJI TA' KIF JINĦADEM IL-METODU TA' ADDIZZJONI STANDARD

Kampjun tat-test b'kontenut T ta' l-analite jinqasam f'żewġ partijiet tat-test 1 u 2 tal-piżijiet rispettivi m1 u m2. Il-parti tat-test 2 jitħallat ma' volum VA ta' taħlita ta' konċentrazzjoni PA ta' l-analite. Żewġ estratti tal-partijiet tat-test tal-volumi rispettivi V1 u V2 jiġu akkwistati wara l-estrazzjoni u l-purifikazzjoni tal-metodu. L-irkupru ta' l-analite għandha tkun rc. Iż-żewġ estratti jiġu provati b'metodu ta' kejl ta' sensittivitŕ b u jagħtu risposta analitika ta' x1, u x2 rispettivament.

Jekk jiġi assunt li rc u b huma l-istess għall-analite fil-kampjun nativ u fil-kampjun imħallat, allura l-kontenut T jista' jinħadem bħala:

T = x

· V

· ρ

· V

/

x2 · V2 · m1 - V1 · m2

Il-metodu jippermetti d-determinazzjoni ta' l-irkupru rc. Imbagħad, flimkien ma' l-prova deskritta fuq, parti mill-estratt tal-parti tat-test 1 (volum V) jitħallat ma' ammont magħruf p,.VB ta' l-analite u jiġi provat. Ir-risposta analitika hija X3 u l-irkupru huwa:

rc = x

· V

· V

· ρ

· V

/

T · m

+ ρ

· V

V

- V

B

Barra dan, huwa possibbli li tinħadem is-sensitività, b, bħala:

b = x

· V

/rc· T · m

1

Il- kondizzjonijiet kollha ta' l-applikazzjoni u d-dettalji ġew deskritti (18).

4. TAQSIRIETUŻATI

AAS Spettrometrija ta' l-assorbiment atomiku

AES Spettrometrija ta' l-emissjoni atomika

AOAC-I Assoċjazzjoni ta' Kimiċi Analitiċi Uffiċjali Internazzjonali

B ishma marbuta (immunoprovi)

CI jonizzazzjoni kimika

CRM Materjal ta' riferenza ċertifikat

CV koeffiċjenti tal-varjazzjoni

2 D bi-dimenzjonali

DAD skoperta tad-diode-array

DPASV differential pulse anodic stripping voltametry

ECD skoperta tal-qbid ta' l-elettroni

El jonizzazzjoni ta' l-impatt ta' l-elettroni

GC kromatografija bil-gass

HPLC kromatografija likwida ta' kwalità tajba

HPTLC kromatografija ta' kwalità tajba b'saff irqiq

FIRMS riżoluzzjoni għolja (spettrometrija tal-piż)

ICP-AES spettrometrija inductively coupled plasma-atomic emission

ICP-MS spettrometrija inductively coupled plasma-mass

IR infrared

ISO Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandards

LC kromatografija bil-likwidi

LR (MS) riżoluzzjoni baxxa (spettrometrija tal-piż)

MRPL Limitu minimu tal- ħidma rekwiżita

MS spettrometrija tal-piż

m/z proporzjon tal-karika tal-piż

RF migrazzjoni relattiva għall-front solventi (TLC)

RSDL devjazzjonijiet standard relattivi tal-laboratorju

SIM sorveljanza tal-joni magħżula

TLC kromatografija bis-saff irqiq

UV dawl ultra violet

VIS dawl li jidher

5. RIFERENZI

(1) ISO 17025: 1999 Rekwiżit ġenerali għal-laboratorji tal-kompetenza tal-kalibratura u ttestjar.

(2) ISO 3534-1: 1993 Metodi statistiċi ghall-kontroll tal-kwalità - Vol. 1 vokabularju u simboli.

(3) Gwida ISO 43-1: 1997 Testjar tal-profiċjenza bi tqabbil interlaboratorju -L-1 Parti 1: Żvilupp u operazzjoni ta' l-iskemi tat-testjar għall-profiċjenza.

(4) Gwida ISO 43-2: 1997 Testjar tal-profiċjenza bi tqabbil interlaboratorju - It-2 Parti: Għażla u uæu ta' skemi tat-testjar għall-profiċjenza minn korpijiet li jakkreditaw il-laboratorji

(5) ISO 5725: 1994 Accuratezza (verità u preċiżjoni) tal-metodi tal-kejl u r-riżultati - L-1 Parti: Prinċipji u definizzjonijiet ġenerali; ISO 5725-2 It-2 Parti: Metodu bażiku għad-determinazzjoni tar-repetibilità u r-riproduċibilita' ta' metodu standard tal-kejl; ir-4 Parti: Metodi bażiċi għad-determinazzjoni tal-verita' ta' metodu tal-kejl standard.

(6) ISO 78-2: 1999 Kimika - Diżinji għal standards - It-2 Parti: Metodi ta' analiżi kimika

(7) W.G de Ruig u J.M Weseman "A new approach to confirmation by infrared spectrometry" J. Chemometrics 4 (1990) 61-77.

(8) Ara eæ. May, T.W., Brumbaugh, W.G., 1982, Matriċi modifier and Lvov platform for elimination of matrix interferences in the analysis of fish tissues for lead by grafite furnace atomic absorption spectrometry: Analytical Chemistry 54(7): 1032-1037 (90353).

(9) Applications of Zeeman Grafite Furnace Atomic Absorption Spectrometry in the Chemical Laboratory and in Toxicology, C. Minoia, S. Caroli (Eds.), Pergamon Press (Oxford), 1992, pp. xxvi + 675.

(10) Inductively Coupled Plasmas in Analytical Atomic Spectrometry, A. Montaser, D. W. Golighty (Eds.), VCH Publisbers, Inc. (New York), 1992.

(11) Plasma Source Mass Spectrometry Developments and Applications, G. Holland, S. D. Tanner (Eds.), The Royal Society of Chemistry, 1997, p. 329.

(12) IUPAC (1995), Protocol for the design, conduct and interpretation of method-performance studies, Pure & Applied Chem, 67, 331.

(13) Julicher, B., Gowik, P. u Uhlig, S. (1998) Assessment of detection methods in trace analysis by means of a statistically based in-house validation concept. Analyst, 120, 173.

(14) Gowik, P., Julicber, B. u Uhlig, S. (1998) Multi-residue method for non-steroidal anti-inflammatory drugs in plasma using high performance liquid chromatography-photodiode-array detection. Method description and comprehensive in-house validation. J. Chromatogr., 716, 221.

(15) OAC-I Peer Verified Methods, Policies and Procedures, 1993, AOAC International, 2200 Wilson Blvd., Suite 400, Arlington, Virginia 22201-3301, USA.

(16) W.J. Youden; Steiner, E.H.; "Statistical Manual of the AOAC-Association of Official Analytical Chemists", AOAC-I, Washington DC: 1975, p. 35 ff.

(17) ISO 11843: 1997 Kapaċità ta' l-iskoperta - L-1 Parti - Terminoloġija u definizzjonijiet, it-2 Parti Metodoloġija fil-każ tal-kalibratura lineari.

(18) R.W. Stephany & L.A. van Ginkel: "Yield or recovery: a world of difference". Proceedings Eight Euro Food Chem, Vienna, Austria September 18-20 (1995) Federation of European Chemical Societies, Event 206. ISBN 3-900554 17X, p 2 to 9.

(19) Direttiva 71/354/KEE tat-18 ta' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward unitajiet ta' kejl, ĠU L 243, 29.10.1971, p. 29).

(20) ISO 31-0: 1992 Kwantitajiet u unitajiet - Parti 0: prinċipji ġenerali

[1] Għal ishma tal-piż inqas minn 100 jig/kg l-applikazzjoni ta' l-Ewkazzjoni ta' Horwitz tagħti valuri għoljin mhux aċċettabbli. Għalhekk is-CVs għal konċentrazzjonijiet inqas minn 100 jig/kg għandhom ikunu baxxi kemm jista' jkun.

[2] Għotja: dik il-parti tal-piż ta' l-analite li tinsab fil-kampjun, li hija preżenti fl-estratt finali.

[3] Irkupru (hawn): dak is-sehem tal-piż ta' l-analite miżjud mal-kampjun, li jinsab fl-estratt finali. Matul il-bqija tad-dokument jiġi assunt illi l-għotja u l-irkupru huma indaqs u għalhekk it-terminu 'rkupru' biss jintuża.

--------------------------------------------------