32002D0622(01)



Official Journal C 150 , 22/06/2002 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta'Ġunju 2002

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur ta' l-Europol biex jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u korpi li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea.

(2002/C 150/01)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' l-Uffiċċju tal-Pulizija Ewropew (Konvenzjoni ta' l-Europol) [1],

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Europol ma' Stati terzi u korpi li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 f'dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dwar l-ilqugħ ta' informazzjoni mill-Europol minn terzi [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 f'dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 1999 li jadotta r-regoli dwar it-trasmissjoni ta' data personali mill-Europol għal Stati terzi u korpi terzi [4], u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 f'dak l-Att,

Billi:

(1) Ħtiġijiet operazzjonali u l-bżonn ta' taqbida b'mod effettiv tal-forom organizzati ta' kriminalità permezz ta' l-Europol, speċjalment il-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar, jeħtieġu li l-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) jiżdiedu fil-lista ta' l-Istati terzi ma' liema d-Direttur ta' l-Europol huwa awtorizzat li jibda n-negozjati.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 [5] għandha għalhekk tiġi emendata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 hija hawnhekk emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 2(1):

(a) fl-intestatura

"Stati Terzi"

, l-inċiż li ġej għandu jiżdied, qabel il-Bolivja:

"- Albanija";

(b) fl-intestatura

"Stati Terzi"

, l-inċiż li ġej għandu jiżdied, bejn il-Bolivja u l-Bulgarija: '

"- l-Bosnja u l-Ħerzegovina";

(ċ) fl-intestatura

"Stati Terzi"

, l-inċiż li ġej għandu jiżdied, bejn il-Kolumbja u Ċipru:

"'- il-Kroazja";

(d) fl-intestatura

"Stati Terzi"

, l-inċiż li ġej għandu jiżdied, bejn l-Estonja u l-Ungerija:

"'- ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja"

"'- Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu fit-13 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Rajoy Brey

[1] ĠU C 316, tas-27.11.1995, p.2

[2] ĠU C 26, tat-30.1.1999, p.19.

[3] ĠU C 26, tat-30.1.1999, p.17.

[4] ĠU C 88, tat-30.3.1999, p. 1.

[5] ĠU C 106, tat-13.4.2000, p. 1.

--------------------------------------------------